|
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU VIII
POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA
KAPITOLU 2
POLITIKA MONETARJA
Artikolu 132
(ex Artikolu 110 TKE)
1. Sabiex jiġu eżegwiti l-kompiti fdati lis-SEBĊ, l-Bank Ċentrali Ewropew għandu, skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE:
|
— |
jagħmel ir-regolamenti sa fejn ikun neċessarju sabiex jiġu implimentati l-kompiti definiti fl-Artikolu 3.1, l-ewwel subinċiż, fl-Artikoli 19.1, 22 u 25.2 ta’ l-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE u f’dawk il-każijiet li ser ikunu indikati fl-atti tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 129(4); |
|
— |
jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji sabiex jiġu esegwiti l-kompiti fdati lis-SEBĊ taħt it-Trattati u fl-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE; |
|
— |
jagħmel rakkomandazzjonijiet u jagħti opinjonijiet. |
2. Il-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jiddeċiedi li jippubblika d-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tiegħu.
3. Fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet adottati mill-Kunsill bil-proċedura stipulata fl-Artikolu 129(4), il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkollu l-jedd li jimponi multi jew ħlasijiet penali perjodiċi fuq impriżi jekk dawn jonqsu milli jħarsu l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tiegħu.