|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1869 |
15.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1869
tat-12 ta’ Settembru 2025
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1267 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 15 u l-Artikolu 24(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1267 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kummissjoni Ewropea imponiet dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza. |
|
(2) |
Il-prodott ikkonċernat kif deskritt fit-taqsima 3 tar-Regolament oriġinali huwa “esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew żjut tal-gass paraffiniċi miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili”, u b’hekk jinkludi fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (“SAF”) li huma esteri idrotrattati u aċidi xaħmin. Il-SAF miksuba permezz tal-proċess HEFA (3)u l-HVO huma idrokarburi paraffiniċi u għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi. Anki jekk jiġu imposti miżuri kumpensatorji skont id-definizzjoni tal-prodott irrispettivament mill-klassifikazzjoni tariffarja, għal finijiet ta’ kjarifika u biex jiġi żgurat l-infurzar korrett tad-dazji kumpensatorji, huwa meqjus neċessarju li r-Regolament oriġinali jiġi emendat biex jinkludi l-kodiċijiet NM ex 2710 19 11 , ex 2710 19 15 , ex 2710 19 21 , ex 2710 19 25 u ex 2710 19 29 u l-kodiċijiet TARIC korrispondenti għall-SAF fl-Artikoli 1(1), 2(1) u 3(1) tiegħu. |
|
(3) |
Din l-emenda ma għandha l-ebda impatt fuq l-ambitu tal-prodott tal-miżuri fis-seħħ. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1267 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. “Qiegħed jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, magħruf b’mod komuni bħala “bijodiżil”, f’forma pura jew f’taħlita li fiha bil-piż aktar minn 20 % ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (il-kodiċijiet TARIC 1516 20 98 21 u 1516 20 98 29), ex 1518 00 91 (il-kodiċijiet TARIC 1518 00 91 21 u 1518 00 91 29), ex 1518 00 95 (il-kodiċi TARIC 1518 00 95 21), ex 1518 00 99 (il-kodiċijiet TARIC 1518 00 99 21 u 1518 00 99 29), ex 2710 19 11 (il-kodiċi TARIC 2710 19 11 10), ex 2710 19 15 (il-kodiċi TARIC 2710 19 15 10), ex 2710 19 21 (il-kodiċi TARIC 2710 19 21 10), ex 2710 19 25 (il-kodiċi TARIC 2710 19 25 10), ex 2710 19 29 (il-kodiċi TARIC 2710 19 29 10), ex 2710 19 42 (il-kodiċijiet TARIC 2710 19 42 21 u 2710 19 42 29), ex 2710 19 44 (il-kodiċijiet TARIC 2710 19 44 21 u 2710 19 44 29), ex 2710 19 46 (il-kodiċijiet TARIC 2710 19 46 21 u 2710 19 46 29), ex 2710 19 47 (il-kodiċijiet TARIC 2710 19 47 21 u 2710 19 47 29), 2710 20 11 , 2710 20 16 , ex 3824 99 92 (il-kodiċijiet TARIC 3824 99 92 10, 3824 99 92 14 u 3824 99 92 17), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (il-kodiċijiet TARIC 3826 00 90 11 u 3826 00 90 19).”
Artikolu 2
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1267 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. “Id-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħrajn kollha’ kif stabbilit fl-Artikolu 1(2), huwa estiż għall-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, magħruf b’mod komuni bħala ‘bijodiżil’, f’forma pura jew f’taħlita li jkun fiha bil-piż aktar minn 20 % ta’ esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, li joriġina mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kanada kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 21), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 21), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 21), ex 2710 19 42 (kodiċi TARIC 2710 19 42 21), ex 2710 19 44 (kodiċi TARIC 2710 19 44 21), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710 19 46 21), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710 19 47 21), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710 20 11 21), ex 2710 20 16 (kodiċi TARIC 2710 20 16 21), ex 3824 99 92 (kodiċi TARIC 3824 99 92 10), ex 3826 00 10 (kodiċi TARIC 3826 00 10 20, 3826 00 10 50, 3826 00 10 89) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826 00 90 11), bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Il-Kanada |
BIOX Corporation, Oakville, Ontario, il-Kanada |
B107 |
|
Il-Kanada |
DSM Nutritional Products Kanada Inc., Dartmouth, Nova Scotia, il-Kanada |
C114 |
|
Il-Kanada |
Rothsay Biodiesel, Guelph, Ontario, il-Kanada |
B108 |
|
Il-Kanada |
Verbio Diesel Kanada Corporation, Welland, Ontario, il-Kanada |
C600 |
Id-dazju li għandu jiġi estiż għandu jkun dak stabbilit għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’ fl-Artikolu 1(2), li huwa dazju kumpensatorju definittiv ta’ EUR 237 għal kull tunnellata netta.
Id-dazju kumpensatorju fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli, bħala proporzjon, fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u żjut tal-gass paraffiniċi miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (il-kontenut tal-bijodiżil).”
Artikolu 3
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1267 huwa sostitwit b’dan li ġej:
1. “Id-dazju kumpensatorju definittiv kif stipulat fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, magħrufa b’mod komuni bħala “bijodiżil”, f’taħlita li jkun fiha bil-piż 20 % jew inqas ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NMex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 33), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 33), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 33), ex 2710 19 44 (kodiċi TARIC 2710 19 44 33), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710 19 46 33), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710 19 47 33), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710 20 11 33), ex 2710 20 16 (kodiċi TARIC 2710 20 16 33), ex 3824 99 92 (kodiċi TARIC 3824 99 92 17) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826 00 90 33).
Id-dazju kumpensatorju fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli, bħala proporzjon, fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u żjut tal-gass paraffiniċi miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (il-kontenut tal-bijodiżil).”
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1037/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1267 tad-29 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 2.8.2021, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1267/oj).
(3) Esteri u Aċidi Xaħmin Idroproċessati.
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1869/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)