|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/126 |
27.1.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/126
tal-24 ta’ Jannar 2025
li tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2767 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valuri referenzjarji għal ċerti produtturi u importaturi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2026
(notifikata bid-dokument C(2025) 390)
(It-testi bl-Estonjan, bil-Pollakk u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2767 (2) tiddetermina l-valuri referenzjarji għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2026 għal kull produttur jew importatur li jkun qiegħed legalment fis-suq l-idrofluworokarburi għall-perjodu referenzjarju rilevanti, f’konformita mar-Regolament (UE) 2024/573. |
|
(2) |
Jeħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2767 tiġi kkoreġuta sabiex jiġu rettifikati l-iżbalji fir-rigward ta’ xi importaturi u produtturi. L-ewwel nett, jenħtieġ li jiġi kkoreġut l-indirizz ta’ żewġ impriżi. It-tieni, żewġ impriżi ma kellhomx jirċievu valur referenzjarju peress li ma kellhomx reġistrazzjoni valida fil-Portal tal-gassijiet F fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, u għalhekk jenħtieġ li jitneħħew mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Barra minn hekk, żewġ impriżi li rċevew valuri referenzjarji individwali ngħaqdu f’impriża waħda qabel l-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, u għalhekk dik l-impriża unika biss jenħtieġ li tibqa’ fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni u l-valur referenzjarju tagħhom jenħtieġ li jiġi adattat skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2024/573. Fl-aħħar nett, impriża waħda kellha tirċievi valur referenzjarju u għalhekk jenħtieġ li tiżdied fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2767 tapplika mill-1 ta’ Jannar 2025. Għalhekk jenħtieġ li l-korrezzjonijiet introdotti b’din id-Deċiżjoni japplikaw mill-istess data. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, stabbilit bl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2024/573, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Korrezzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2767
1. Fl-Artikolu 3, ir-ringiela 634 li ġejja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“(634) |
54469 |
|
2. Fl-Artikolu 3, titħassar ir-ringiela 836 li ġejja:
|
“(836) |
41211 |
|
3. Fl-Artikolu 3, titħassar ir-ringiela 842 li ġejja:
|
“(842) |
9973 |
|
4. Fl-Artikolu 3, titħassar ir-ringiela 1127 li ġejja:
|
“(1127) |
34808 |
|
5. Fl-Artikolu 3, ir-ringiela 1401 li ġejja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“(1401) |
33788 |
|
6. Fl-Artikolu 3, tiżdied ir-ringiela 1542 li ġejja:
|
“(1542) |
41147 |
|
7. L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2767 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Data tal-applikazzjoni
L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
(1) |
54469 |
|
||||||
|
(2) |
41211 |
|
||||||
|
(3) |
9973 |
|
||||||
|
(4) |
20846 |
|
||||||
|
(5) |
34808 |
|
||||||
|
(6) |
33788 |
|
||||||
|
(7) |
41147 |
|
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Wopke HOEKSTRA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L, 2024/573, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/573/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2767 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li tiddetermina, skont ir-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-valuri referenzjarji għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2026 għal kull produttur jew importatur li legalment qiegħed l-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023 (ĠU L, 2024/2767, 15.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2767/oj).
ANNESS
“ANNESS I
Il-valuri referenzjarji (1) msemmija fil-punt 4(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2024/573 għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Diċembru 2026 għal kull produttur u importatur li għalih disponibbli d-data dwar it-tqegħid legalment fis-suq tal-idrofluworokarburi fl-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2023.
(1) (Tagħrif kummerċjalment sensittiv — kunfidenzjali — ma għandux jiġi ppubblikat).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/126/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)