|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2385 |
27.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2385
tas-26 ta’ Ottubru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 (1), li stabbiliet Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) b'mandat sad-19 ta' Settembru 2018. |
|
(2) |
Fl-24 ta' Lulju 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/1856 (2), li estendiet l-EUTM RCA bi tliet xhur, sal-31 ta' Diċembru 2026, biex jippermetti t-tlestija tar-rieżami strateġiku olistiku tal-EUTM RCA, u tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), li ġiet stabbilita f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 (3). |
|
(3) |
Fil-qafas tar-rieżami strateġiku olistiku tal-EUAM RCA u tal-EUTM RCA, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel li jestendi l-mandat taż-żewġ missjonijiet sal-31 ta' Awwissu 2028 għal tranżizzjoni b’mod ordnat lejn strumenti oħra tal-Unjoni biex jissawwar mill-ġdid l-involviment tal-Unjoni mar-Repubblika Ċentru-Afrikana, mill-1 ta' Settembru 2028. Għal dak l-għan, ser tiġi ppreżentata strateġija ta' tranżizzjoni mhux aktar tard minn Lulju 2027 abbażi ta' qafas politiku għal approċċ għal kriżijiet għar-Repubblika Ċentru-Afrikana li għandu jitwettaq u jiġi ppreżentat kmieni fl-2027. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-EUTM RCA tingħata l-isem ġdid ta' “Missjoni ta' Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA)”. |
|
(4) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
L-EUMAM RCA ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u tista' xxekkel l-ilħuq tal-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
it-Titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni ta' Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA)”. |
|
(2) |
fit-test kollu, l-isem “EUTM RCA” huwa sostitwit bi “EUMAM RCA” |
|
(3) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej: “10. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUMAM RCA għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2027 sal-31 ta' Awwissu 2028 għandu jkun ta' EUR 12 993 000. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 51(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 għandu jkun 0 % għall-impenji u 0 % għall-pagamenti.”. |
|
(5) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Il-mandat tal-EUMAM RCA għandu jintemm fil-31 ta' Awwissu 2028.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. HEYDON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/610/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1856 tal-24 ta' Lulju 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L, 2026/1856, 27.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1856/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), (ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2110/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2385/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)