<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-447/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0447</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1098">EU:C:2019:1098</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20191218">18.12.2019</DATE> – Kawża C‑447/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20191218">18 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: is-Slovakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT></KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċju tax-xjuħija</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 492/2011</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema nazzjonali u tal-ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġi soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva l-għoti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>allowance għar-rappreżentanti sportivi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> biss għaċ-ċittadini ta’ dan l-Istat</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑447/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20180529">29 ta’ Mejju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20180709">9 ta’ Lulju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">UB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, R. Silva de Lapuerta, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxu bħala Imħallfin tat-Tielet Awla, L. S. Rossi (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Kap ta’ Diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20190507">7 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Slovakk, minn B. Ricziová u M. Kianička, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Pavliš u J. Vláčil kif ukoll minn L. Dvořáková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin, A. Tokár u B.‑R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(w) u tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72), kif ukoll tal-Artikolu 34(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn UB u l-Generálny riaditel’ Sociálnej poist’ovne Bratislava (id-Direttur Ġenerali għall-Assigurazzjoni Soċjali ta’ Bratislava, is-Slovakkja) rigward il-legalità tad-deċiżjoni li tirrifjuta lil tal-ewwel il-benefiċċju ta’ allowance imħallsa lil ċerti sportivi ta’ livell għoli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 883/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>w)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>pensjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tkopri mhux biss pensjonijiet imma wkoll benefiċċji mogħtijin bħala somma waħda f’daqqa li jistgħu jingħataw minflok il-pensjoni u ħlas fil-forma ta’ ħlas lura ta’ kontribuzzjonijiet u, mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Titolu III, żidied fuq bażi ta’ valutazzjoni mill-ġdid jew allowances supplimentarji;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Oqsma koperti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-fergħat li ġejjin tas-sigurtà soċjali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin mal-mard;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>benefiċċji ta’ maternità u benefiċċji ekwivalenti ta’ paternità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin ma’ l-invalidità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>benefiċċji marbuta ma’ l-età;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>benefiċċji għas-superstiti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>għotjiet marbutin ma’ mewt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>benefiċċji ta’ qabel l-irtirar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>benefiċċji marbuta mal-familja.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal benefiċċji speċjali, li mhumiex kontributorji, li jingħataw fi flus u li huma koperti mill-Artikolu 70.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom igawdu l-istess benefiċċji u għandhom ikunu suġġetti għall-istess obbligi taħt il-leġislazzjoni ta’ kull Stat Membru daqs li kieku kienu ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Trattament ugwali ta’ benefiċċji, dħul, fatti u każijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, u fid-dawl tad-disposizzjonijiet speċjali ta’ implimentazzjoni stabbiliti, għandu japplika dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta, taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, ir-riċceviment ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u ta’ dħul ieħor joħloq ċerti effetti legali, id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dik il-leġislazzjoni għandhom japplikaw ukoll għar-riċeviment ta’ benefiċċji ekwivalenti miksuba taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor u għal dħul miksub fi Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta, taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, jkunu attribwiti ċerti effetti legali meta jseħħu ċerti fatti jew każijiet, dak l-Istat Membru għandu jqis fatti u każijiet simili li jseħħu fi kwalunkwe Stat Membru bħallikieku seħħew fit-territorju tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>It-Titolu III tar-Regolament Nru 883/2004 jinkludi l-Kapitolu 9, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Dan il-kapitolu jinkludi artikolu wieħed, jiġifieri l-Artikolu 70 ta’ dan ir-regolament, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Disposizzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, u li jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="070.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu għandu japplika għal benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus taħt il-leġislazzjoni li, minħabba l-ambitu personali, objettivi u/jew kondizzjonijiet dwar l-intitolar, għandha karatteristiċi kemm tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1) u kemm ta’ assistenza soċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="070.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser dawn il-benefiċċji li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huma maħsuba biex jagħtu jew:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>protezzjoni supplimentari, sostituta jew sekondarja kontra r-riskji koperti mill-fergħat ta’ sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1), u li jiggarantixxu lill-persuni konċernati dħul minimu għall-għajxien fil-waqt li jikkunsidraw is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Istat Membru konċernat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>jew</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>protezzjoni speċifika biss għal persuni b’diżabilità, liema protezzjoni hija marbuta ma’ l-ambjent soċjali tal-persuna konċernata fl-Istat Membru konċernat;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="4"?><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta l-iffinanzjar jiġi b’mod esklużiv minn taxxi obbligatorji maħsubin biex ikopru l-ispiża pubblika ġenerali u l-kondizzjonijiet biex jingħataw u biex ikunu ikkalkulati l-benefiċċji ma jiddependux fuq xi kontribuzzjoni fir-rigward tal-benefiċjarju. Madanakollu, benefiċċji mogħtija biex jissupplimentaw benefiċċju kontributorju ma għandhomx jitqiesu bħala benefiċċji kontributorji minħabba din ir-raġuni biss;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>huma elenkati fl-Anness X.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>), jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Slovakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 taz-zákon č. 112/2015 Z.z. o príspevku športovému reprezentantovi a o zmene a doplnení zákona č. 461/2003 Z.z. o sociálnom poistení v znení neskorších predpisov (il-Liġi Nru 112/2015 dwar l-Allowances għar-Rappreżentanti Sportivi u dwar l-Emenda tal-Liġi Nru 461/2003 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali), fil-verżjoni applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Liġi Nru 112/2015<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Din il-liġi tirregola l-għoti ta’ allowance għar-rappreżentanti sportivi (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>allowance<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>) fil-forma ta’ benefiċċju soċjali tal-Istat, li l-iskop tagħha huwa li tipprovdi garanzija finanzjarja lill-atleti li, inkwantu rappreżentanti sportivi tar-Repubblika Ċekoslovakka, tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka, tar-Repubblika Federali Ċekoslovakka, tar-Repubblika Federali Ċeka u dik Slovakka jew tar-Repubblika Slovakka, kisbu midalji fil-Logħob Olimpiku, fil-Logħob Paralimpiku, fid-Deaflimpiċi, fil-Kampjonati tad-Dinja jew fil-Kampjonati Ewropej.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Tista’ titlob allowance kull persuna fiżika li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>inkwantu rappreżentant sportiv tar-Repubblika Ċekoslovakka, tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka, tar-Repubblika Federali Ċekoslovakka, tar-Repubblika Federali Ċeka u dik Slovakka jew tar-Repubblika Slovakka, kisbet,</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>midalja tad-deheb (l-ewwel post), midalja tal-fidda (it-tieni post) jew midalja tal-bronż (it-tielet post) fil-Logħob Olimpiku, fil-Logħob Paralimpiku jew fid-Deaflimpiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>midalja tad-deheb (l-ewwel post), midalja tal-fidda (it-tieni post) jew midalja tal-bronż (it-tielet post) fil-Kampjonati tad-Dinja, jew midalja tad-deheb (l-ewwel post) fil-Kampjonati Ewropej f’dixxiplina sportiva inkluża mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fil-Logħob Olimpiku, mill-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali fil-Logħob Paralimpiku, jew mill-Kumitat<?PAGE NO="5"?> Internazzjonali tal-Isport għat-Torox fid-Deaflimpiċi, immedjatament qabel il-Kampjonati tad-Dinja jew il-Kampjonati Ewropej, jew li nżammu matul is-sena li fiha nżammu l-Kampjonati tad-Dinja jew il-Kampjonati Ewropej;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>hija ċittadin tar-Repubblika Slovakka;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>għandha r-residenza prinċipali tagħha fir-Repubblika Slovakka jew hija persuna li għaliha tapplika leġiżlazzjoni speċifika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ma tirċevix allowance simili minn barra l-pajjiż;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>laħqet l-età tal-irtirar; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>talbet benefiċċju tal-irtirar skont leġiżlazzjoni speċifika.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-ammont tal-allowance għandu jikkonsisti fid-differenza:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>bejn is-somma ta’ EUR 750 u s-somma tal-ammonti tal-benefiċċji tal-irtirar mogħtija taħt leġiżlazzjoni speċifika u benefiċċji tal-irtirar simili mħallsa barra l-pajjiż, sakemm il-persuna naturali tkun rebħet:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>midalja tad-deheb fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2(1)(a);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>midalja tad-deheb fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2(1)(a) fil-Kampjonati tad-Dinja; jew</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>bejn is-somma ta’ EUR 600 u s-somma tal-ammonti tal-benefiċċji tal-irtirar mogħtija taħt leġiżlazzjoni speċifika u benefiċċji tal-irtirar simili mħallsa barra l-pajjiż, sakemm il-persuna fiżika tkun rebħet:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>midalja tal-fidda fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2(1)(a),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>midalja tal-fidda fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2(1)(a) fil-Kampjonati tad-Dinja; jew</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>bejn is-somma ta’ EUR 500 u s-somma tal-ammonti tal-benefiċċji tal-irtirar mogħtija taħt leġiżlazzjoni speċifika u benefiċċji tal-irtirar simili mħallsa barra l-pajjiż, sakemm il-persuna fiżika tkun rebħet:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>midalja tal-bronż fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2(1)(a),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>midalja tal-bronż fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2(1)(a) fil-Kampjonati tad-Dinja; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>midalja tad-deheb fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2(1)(a) fil-Kampjonati Ewropej.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-sena 1971, UB, ċittadin Ċek li rrisjeda għal 52 sena fit-territorju li llum huwa s-Slovakkja, rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej tal-Ice Hockey u l-midalja tal-fidda fil-Kampjonati Dinjija tal-istess dixxiplina, inkwantu membru tat-tim nazzjonali tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Max-xoljiment tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka, li seħħ fil-<DATE ISO="19921231">31 ta’ Diċembru 1992</DATE> f’nofs il-lejl, UB għażel in-nazzjonalità Ċeka. Madankollu, huwa kompla jirrisjedi fit-territorju tas-Slovakkja. Waqt is-seduta, il-Gvern Slovakk speċifika, barra minn hekk, mingħajr ma ġie kontradett mill-partijiet l-oħra kkonċernati, li, mal-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka u tar-Repubblika Ċeka mal-Unjoni Ewropea fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, UB kien impjegat fi skola primarja u kompla jeżerċita dan l-impjieg mill-inqas sas-sena 2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, UB talab li jibbenefika mill-allowance għar-rappreżentanti sportivi prevista mil-Liġi Nru 112/2015 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>allowance għar-rappreżentanti sportivi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>). Peress li kkonstatat li l-persuna kkonċernata ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni rigward il-pussess taċ-ċittadinanza Slovakka, prevista fl-Artikolu 2(1)(b) ta’ din il-liġi, l-assigurazzjoni soċjali ta’ Bratislava ċaħdet din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>UB ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Krajský súd v Košiciach (il-Qorti Reġjonali ta’ Košice, is-Slovakkja) billi sostna li, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, il-leġiżlazzjoni Slovakka kellha effett diskriminatorju bbażat fuq in-nazzjonalità u li hija ma kinitx qed tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li kien ilu jgħix fit-territorju tas-Slovakkja għal 52 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li dan ir-rikors ġie miċħud, UB ippreżenta appell ta’ kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din il-qorti kkonstatat, mal-qari tax-xogħol preparatorju tal-Liġi Nru 112/2015, li l-leġiżlatur Slovakk iġġustifika l-għażla tiegħu li jissuġġetta l-benefiċċju tal-allowance inkwistjoni fil-kawża prinċipali għall-pussess taċ-ċittadinanza Slovakka bil-fatt li din l-allowance tikkostitwixxi benefiċċju soċjali pubbliku, u mhux benefiċċju tal-irtirar, u għandha bħala għan li tikkontribwixxi għas-sigurtà finanzjarja tal-atleti ta’ livell għoli, li, inkwantu ċittadini Slovakki, irrappreżentaw lir-Repubblika Slovakka jew lill-predeċessuri legali tagħha fil-kuntest ta’ kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali importanti. Barra minn hekk, din il-liġi ma hijiex intiża sabiex tapplika għar-rappreżentanti sportivi ċittadini ta’ Stati oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-qorti tar-rinviju, minn naħa, l-allowance għar-rappreżentanti sportivi ma għandhiex biss in-natura ta’ benefiċċju soċjali pubbliku, peress li hija titħallas fuq bażi regolari u b’mod parallel, flimkien mal-benefiċċju tal-irtirar, sabiex l-ammont tal-benefiċċju tal-irtirar jinġab għall-ammonti previsti fl-Artikolu 3(a) sa (c) tal-imsemmija liġi. Minn naħa, UB, inkwantu rappreżentant sportiv fil-kuntest ta’ sport kollettiv, ġie ttrattat b’mod differenti minn sħabu fit-tim għas-sempliċi raġuni li, bil-kontra ta’ dawn tal-aħħar, huwa ma huwiex ċittadin Slovakk, minkejja li huwa wkoll ikkontribwixxa, permezz tal-ħiliet sportivi tiegħu tal-isforzi magħmula, għar-riżultati kollettivi tat-tim nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>L-Artikolu 1(w) u l-Artikoli 4 u 5 tar-[Regolament Nru 883/2004], moqrija flimkien mad-dritt għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għal vantaġġi soċjali stipulat fl-Artikolu 34(1) u (2) tal-[Karta] jistgħu jiġu interpretati, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, fis-sens li dawn jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regola nazzjonali li tipprovdi li l-istituzzjoni Slovakka tas-sigurtà soċjali għandha tqis li l-kundizzjoni fundamentali li tagħti d-dritt għas-suppliment ta’ pensjoni lir-rappreżentanti sportivi hija n-nazzjonalità tal-applikant, anki jekk kundizzjoni legali oħra, jiġifieri [l-fatt li jkunu għamlu parti mit-tim] nazzjonali tal-predeċessuri fid-dritt [tar-Repubblika Slovakka], inkluża r-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka, tkun ukoll element tal-leġiżlazzjoni nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Bid-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(w) u l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament Nru 883/2004, moqrija flimkien mal-Artikolu 34(1) u (2) tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-benefiċċju ta’ allowance stabbilita favur ċerti sportivi ta’ livell għoli li jkunu rrappreżentaw lil dan l-Istat Membru, jew il-predeċessuri legali tiegħu, fil-kuntest ta’ kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali, fost l-oħrajn għall-kundizzjoni li l-applikant ikollu n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi vverifikat b’mod preliminari jekk allowance, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-distinzjoni bejn il-benefiċċji li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 u dawk li huma esklużi minnu hija bbażata essenzjalment fuq l-elementi li jikkostitwixxu kull benefiċċju, b’mod partikolari l-għanijiet u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan, u mhux fuq il-fatt jekk benefiċċju huwiex ikklassifikat jew le bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>A (Għajnuna għal persuna b’diżabbiltà)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:601">EU:C:2018:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>B’dan il-mod, benefiċċju jista’ jitqies li huwa benefiċċju tas-sigurtà soċjali sa fejn, minn naħa, huwa jingħata lill-benefiċjarji indipendentement minn kull evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni legalment iddefinita u sa fejn, min-naħa l-oħra, huwa jkun marbut ma’ wieħed mir-riskji elenkati b’mod espliċitu fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004 (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>A (Għajnuna għal persuna b’diżabbiltà)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:601">EU:C:2018:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-natura kumulattiva taż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti, il-fatt li waħda minnhom ma tkunx issodisfatta jimplika li l-benefiċċju inkwistjoni ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>A (Għajnuna għal persuna b’diżabbiltà)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:601">EU:C:2018:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, it-tieni kundizzjoni, għandu jiġi eżaminat jekk benefiċċju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwiex marbut ma’ wieħed mir-riskji elenkati b’mod espliċitu fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-klassifikazzjoni ta’ benefiċċju soċjali bħala benefiċċju tax-xjuħija, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(d) ta’ dan ir-regolament, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li tista’ tiġi kklassifikata bħala tali allowance addizzjonali mħallsa esklużivament lill-benefiċjarji ta’ pensjoni tal-irtirar u/jew tas-superstiti, li s-sorsi ta’ finanzjament tagħha huma l-istess bħal dawk previsti għall-finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar u tas-superstiti u li takkumpanja l-pensjoni tal-irtirar, li tippermetti lill-benefiċjarji jsostnu lilhom infushom billi tiggarantilhom suppliment finanzjarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Noteboom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:51">EU:C:2005:51</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑361/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:601">EU:C:2015:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat, qabel kollox, li, minkejja li wieħed mill-għanijiet tal-allowance għar-rappreżentanti sportivi huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>li tipprovdi garanzija finanzjarja lill-atleti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, kif jistabbilixxi b’mod espliċitu l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 112/2015, mill-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-raġuni għal din l-allowance hija prinċipalment li jiġu rrikonoxxuti lil numru ristrett ħafna ta’ atleti ta’ livell għoli l-isforzi eċċezzjonali magħmula u r-riżultati eċċezzjonali miksuba fil-kuntest ta’ ċerti kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali. L-għan essenzjali tal-imsemmija allowance huwa, għalhekk, li l-benefiċjari ta’ din jiġu kkumpensati għall-kisbiet tagħhom fil-qasam sportiv meta rrappreżentaw il-pajjiż tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sussegwentement, dan l-għan essenzjali jispjega, minn naħa, li l-imsemmija allowance hija ffinanzjata direttament mill-Istat, barra mis-sorsi ta’ finanzjament tas-sistema nazzjonali ta’ sigurtà soċjali u indipendentement mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-benefiċjarji tagħha, u, min-naħa l-oħra, li hija titħallas mhux lill-atleti kollha li pparteċipaw f’tali kompetizzjonijiet, iżda biss lil numru ristrett ħafna fosthom li, f’dan il-kuntest, kisbu ċerti midalji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, minkejja li l-ammont massimu tal-allowance inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa limitat b’riferiment għal eventwali pensjoni tal-irtirar li l-benefiċjarju jista’ wkoll jirċievi, il-ħlas ta’ din l-allowance huwa suġġett mhux għad-dritt tal-benefiċjarju li jirċievi tali pensjoni iżda biss għal talba f’dan is-sens imressqa minn dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, allowance bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax titqies bħala benefiċċju tax-xjuħija u, għalhekk, ma hija marbuta mal-ebda wieħed mir-riskji elenkati b’mod espliċitu fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li t-tieni kundizzjoni msemmija fil-punt 23 ta’ din is-sentenza ma hijiex issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li din l-allowance ma tkopri l-ebda wieħed mir-riskji korrispondenti għall-oqsma ta’ sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004, peress li ma hijiex intiża biss sabiex tiżgura l-protezzjoni speċifika tal-persuni b’diżabbiltà u peress li, f’kull każ, ma hijiex elenkata fl-Anness X ta’ dan ir-regolament, hija lanqas ma tista’ titqies bħala benefiċċju speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja, fis-sens tal-Artikolu 70 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, allowance bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li tiġi eżaminata l-kwistjoni mqajma mill-perspettiva tal-Artikolu 34(1) u (2) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minkejja dan, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, huwa l-kompitu ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha. F’dan id-dawl, jekk ikun il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu sarulha. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-kompitu li tinterpreta d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni li l-qrati nazzjonali jkollhom bżonn sabiex jiddeċiedu fuq tilwim imressaq quddiemhom, anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux indikati b’mod espliċitu fid-domandi li jkunu indirizzati lilha minn dawn il-qrati. Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeduċi mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, in-normi u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni li jeżiġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minkejja li l-qorti tar-rinviju ma għamlitx mistoqsijiet b’mod formali lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004, għandu jiġi eżaminat, kif issuġġeriet il-Kummissjoni, jekk ir-Regolament Nru 492/2011, b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) ta’ dan, għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ġie osservat fil-punt 13 ta’ din is-sentenza, b’risposta għal domanda magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja waqt is-seduta, il-Gvern Slovakk speċifika li, mal-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka u tar-Repubblika Ċeka mal-Unjoni, UB kien impjegat fi skola primarja u kien kompla jeżerċita dan l-impjieg mill-inqas sas-sena 2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 45(2) TFUE jipprevedi li l-moviment liberu tal-ħaddiema jimplika t-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni, ibbażata fuq iċ-ċittadinanza, bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri, fir-rigward tal-impjieg, ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ xogħol (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Depesme <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑401/15 sa C‑403/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:955">EU:C:2016:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 huwa l-espressjoni partikolari, fil-qasam speċifiku tal-għoti ta’ vantaġġi soċjali, tar-regola ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilita fl-Artikolu 45(2) TFUE u għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħal din id-dispożizzjoni msemmija l-aħħar (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Depesme <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑401/15 sa C‑403/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:955">EU:C:2016:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru għandu jgawdi, fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra, mill-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li din id-dispożizzjoni tibbenefika mingħajr distinzjoni kemm lill-ħaddiema migranti li jirrisjedu fi Stat Membru ospitanti, kif ukoll lill-ħaddiema transkonfinali li, filwaqt li jeżerċitaw l-attività bħala persuna impjegata tagħhom f’dan l-Istat Membru msemmi l-aħħar, jirrisjedu fi Stat Membru ieħor (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Depesme <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑401/15 sa C‑403/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:955">EU:C:2016:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Aubriet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑410/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:582">EU:C:2019:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li ħaddiem li kien jeżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru ospitanti fi żmien l-adeżjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu mal-Unjoni u li kompla jeżerċita tali impjieg wara din l-adeżjoni jista’, mid-data tal-imsemmija adeżjoni, jinvoka l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE> dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15), li l-formulazzjoni tiegħu ġiet riprodotta fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, sakemm id-dispożizzjonijiet tranżitorji previsti permezz tal-att ta’ adeżjoni ma jipprovdux mod ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890927">27 ta’ Settembru 1989</DATE>, <NAME.CASE>Lopes da Veiga</NAME.CASE>, <NO.CASE>9/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:346">EU:C:1989:346</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sa mill-adeżjoni, fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, tar-Repubblika Slovakka u tar-Repubblika Ċeka mal-Unjoni, il-moviment liberu tal-ħaddiema japplika, bħala prinċipju, b’mod sħiħ għaċ-ċittadini Ċeki li jaħdmu fis-Slovakkja, b’mod konformi mal-Artikolu 24 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, iffirmat fis-<DATE ISO="20030416">16 ta’ April 2003</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 236, p. 33</REF.DOC.OJ>), kif ukoll mal-punt 1.1 tal-Anness V ta’ dan l-att, biss bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tranżitorji previsti fil-punti 1.2 sa 1.14 tal-imsemmi anness. Peress li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 ma huwiex is-suġġett ta’ tali dispożizzjonijiet tranżitorji, din id-dispożizzjoni tapplika, fir-rigward tal-imsemmija ċittadini Ċeki, mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> (ara, b’mod analogu, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890927">27 ta’ Settembru 1989</DATE>, <NAME.CASE>Lopes da Veiga</NAME.CASE>, <NO.CASE>9/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:346">EU:C:1989:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 jibbenefika wkoll lil ħaddiem, bħalma huwa UB, li, filwaqt li ma ċaqlaqx il-post ta’ residenza tiegħu, sab ruħu, minħabba l-adeżjoni mal-Unjoni tal-Istat li huwa ċittadin tiegħu u tal-Istat li fit-territorju tiegħu huwa stabbilixxa r-residenza tiegħu, fis-sitwazzjoni ta’ ħaddiem migrant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk hemm lok li jiġi vverifikat jekk allowance għar-rappreżentanti sportivi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>vantaġġ soċjali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-riferiment magħmul mill-imsemmija dispożizzjoni għall-vantaġġi soċjali ma jistax jiġi interpretat b’mod restrittiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19750930">30 ta’ Settembru 1975</DATE>, <NAME.CASE>Cristini</NAME.CASE>, <NO.CASE>32/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1975:120">EU:C:1975:120</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860417">17 ta’ April 1986</DATE>, <NAME.CASE>Reed</NAME.CASE>, <NO.CASE>59/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:157">EU:C:1986:157</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-għan ta’ ugwaljanza fit-trattament segwit permezz tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>vantaġġ soċjali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> estiż permezz ta’ din id-dispożizzjoni għall-ħaddiema ta’ Stati Membri oħra jinkludi l-vantaġġi kollha li, marbuta jew le ma’ kuntratt ta’<?PAGE NO="10"?> impjieg, huma ġeneralment irrikonoxxuti lill-ħaddiema nazzjonali, prinċipalment minħabba l-kwalità oġġettiva tagħhom ta’ ħaddiema jew minħabba s-sempliċi fatt tar-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali, u l-estensjoni tagħhom għall-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra tidher għalhekk xierqa sabiex tiffaċilita l-mobbiltà tagħhom fi ħdan l-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860417">17 ta’ April 1986</DATE>, <NAME.CASE>Reed</NAME.CASE>, <NO.CASE>59/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:157">EU:C:1986:157</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Martínez Sala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:217">EU:C:1998:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Ioannidis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:559">EU:C:2005:559</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u, għalhekk, l-integrazzjoni tagħhom fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, jikkostitwixxu tali vantaġġi, b’mod partikolari, allowance tal-qgħad intiża għaż-żgħażagħ li jkunu għadhom kemm temmew l-istudji tagħhom u li jkunu qegħdin ifittxu l-ewwel impjieg tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Ioannidis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:559">EU:C:2005:559</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), allowance tal-edukazzjoni għall-wild ta’ ħaddiem (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Martínez Sala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:217">EU:C:1998:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-possibbiltà, għall-armla u l-ulied minuri ta’ ħaddiem migrant, li jibbenefikaw minn tnaqqis fuq il-prezzijiet ta’ trasport bil-ferrovija applikabbli għall-familji kbar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19750930">30 ta’ Settembru 1975</DATE>, <NAME.CASE>Cristini</NAME.CASE>, <NO.CASE>32/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1975:120">EU:C:1975:120</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-possibbiltà, għall-akkużat li għandu l-kwalità ta’ ħaddiem, li juża waħda mil-lingwi disponibbli għar-residenti ta’ komun tal-Istat Membru ospitanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850711">11 ta’ Lulju 1985</DATE>, <NAME.CASE>Mutsch</NAME.CASE>, <NO.CASE>137/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:335">EU:C:1985:335</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jew ukoll il-possibbiltà li s-sieħeb ta’ ħaddiem, mhux miżżewweġ u mhux ċittadin tal-Istat Membru ospitanti, jiġi awtorizzat jirrisjedi hemm miegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860417">17 ta’ April 1986</DATE>, <NAME.CASE>Reed</NAME.CASE>, <NO.CASE>59/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:157">EU:C:1986:157</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), peress li dawn il-miżuri kollha jistgħu jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-ħaddiem migrant fil-pajjiż ospitanti u għalhekk għat-twettiq tal-għan tal-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fuq l-istess linja, għandu jiġi ammess li l-possibbiltà għal ħaddiem migrant li jiġi kkumpensat, bl-istess mod bħall-ħaddiema ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, għar-riżultati sportivi eċċezzjonali li huwa kiseb bħala rappreżentant ta’ dan l-Istat Membru, jew tal-predeċessuri legali ta’ dan, tista’ tikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta’ dan il-ħaddiem fl-imsemmi Stat Membru u għalhekk għat-twettiq tal-għan tal-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma tistax, bil-kontra tal-osservazzjonijiet tal-Gvern Slovakk magħmula waqt is-seduta, tiġi kkontestata permezz tas-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790531">31 ta’ Mejju 1979</DATE>, <NAME.CASE>Even u ONPTS</NAME.CASE> (<NO.CASE>207/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:144">EU:C:1979:144</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Baldinger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:535">EU:C:2004:535</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Huwa minnu li f’dawn is-sentenzi l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li allowances mogħtija lill-ex ġellieda li għandhom inkapaċità għax-xogħol attribwibbli għal fatt ta’ gwerra jew lill-ex priġunieri tal-gwerra, li jipprovdu prova ta’ priġunerija għal perijodu twil, bħala xhieda tal-gratitudni nazzjonali għat-tbatija li kienu għaddew minnha, ma kinux jaqgħu, sa fejn kienu jitħallsu bħala korrispettiv għas-servizzi li taw lill-pajjiżhom, taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>vantaġġ soċjali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, u dan minkejja li l-applikanti għal tali allowances kienu ħaddiema migranti. B’dan il-mod, dawn l-allowances ma kinux jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-allowance inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha bħala għan li tikkumpensa lil atleti ta’ livell għoli li jkunu rrappreżentaw lill-Istat Membru ospitanti, jew lill-predeċessuri legali ta’ dan, f’kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali u li jkunu kisbu riżultati eċċezzjonali. B’mod partikolari, din l-allowance għandha bħala effett mhux biss li tagħti lill-benefiċjari tagħha sigurtà finanzjarja intiża, b’mod partikolari, sabiex tagħmel tajjeb għall-assenza ta’ integrazzjoni sħiħa fis-suq tax-xogħol matul is-snin iddedikati għall-prattika ta’ sport ta’ livell għoli, iżda wkoll u prinċipalment sabiex tagħtihom prestiġju soċjali partikolari minħabba r-riżultati sportivi li huma jkunu kisbu fil-kuntest ta’ tali rappreżentanza. Il-fatt, għall-ħaddiem migrant, li jibbenefika minn dan il-prestiġju, li minnu jgawdu wkoll iċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti li jinsabu fl-istess sitwazzjoni, jew li kisbu midalji fl-istess tim waqt kompetizzjonijiet ta’ sport kollettiv, huwa tali li jiffaċilita l-integrazzjoni tal-imsemmija ħaddiema migranti fis-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Qorti<?PAGE NO="11"?> tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet l-importanza soċjali kunsiderevoli tal-isport fl-Unjoni, b’mod partikolari tal-isport mhux professjonali, riflessa fl-Artikolu 165 TFUE, kif ukoll ir-rwol ta’ dan l-isport bħala fattur ta’ integrazzjoni fis-soċjetà tal-Istat Membru ospitanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>TopFit u Biffi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑22/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:497">EU:C:2019:497</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, allowance bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>vantaġġ soċjali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, b’tali mod li Stat Membru li jagħti tali allowance lill-ħaddiema nazzjonali tiegħu ma jistax jirrifjutaha lill-ħaddiema ċittadini tal-Istati Membri l-oħra mingħajr ma jwettaq diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, ipprojbita minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun li</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li allowance imħallsa lil ċerti sportivi ta’ livell għoli li jkunu rrappreżentaw lil Stat Membru, jew lill-predeċessuri legali ta’ dan, fil-kuntest ta’ kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali ma taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>benefiċċju tax-xjuħija<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u hija, għalhekk, eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-benefiċċju ta’ allowance stabbilita favur ċerti sportivi ta’ livell għoli li jkunu rrappreżentaw lil dan l-Istat Membru, jew lill-predeċessuri legali ta’ dan, fil-kuntest ta’ kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali, b’mod partikolari għall-kundizzjoni li l-applikant ikollu n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li allowance mħallsa lil ċerti sportivi ta’ livell għoli li jkunu rrappreżentaw lil Stat Membru, jew lill-predeċessuri legali ta’ dan, fil-kuntest ta’ kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali ma taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>benefiċċju tax-xjuħija<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u hija, għalhekk, eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-benefiċċju ta’ allowance stabbilita favur ċerti sportivi ta’ livell għoli li jkunu rrappreżentaw lil dan l-Istat Membru, jew lill-predeċessuri legali ta’ dan, fil-kuntest ta’ kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali, b’mod partikolari għall-kundizzjoni li l-applikant ikollu n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>