|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6340 |
20.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12096 – BPCE / NOVO BANCO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6340)
1.
Fit-12 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BPCE S.A. (“BPCE”, Franza), |
|
— |
Novo Banco SA (“Novo Banco”, il-Portugall), ikkontrollat minn Lone Star Global Acquisitions, Ltd. (l-Istati Uniti). |
BPCE se jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Novo Banco.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
BPCE huwa bank kooperattiv universali Franċiż li jopera fis-setturi tal-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur u tal-assigurazzjoni fi Franza, kif ukoll fil-ġestjoni tal-assi u tal-ġid, is-servizzi bankarji bl-ingrossa, il-lokazzjoni, u l-finanzjament tat-tagħmir madwar id-dinja, |
|
— |
Novo Banco huwa bank universali Portugiż li jipprovdi firxa komprensiva ta’ servizzi bankarji u finanzjarji lill-individwi, lin-negozji u lill-klijenti istituzzjonali. Huwa jopera kważi esklużivament fil-Portugall. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12096 — BPCE / NOVO BANCO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6340/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)