Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 410) - Nuqqas ta’ tfassil ta’ ċerti pjanijiet ta’ emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Peress li ma żguratx it-tfassil ta’ pjan ta’ emerġenza estern għall-istabbilimenti kollha suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.

2) Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.