<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑86/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0086</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:645">EU:C:2013:645</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20131010">10.10.2013</DATE> — KAWŻA C‑86/12</P><P>ALOKPA U MOUDOULOU</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Ċittadinanza tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz axxendent dirett ta’ ċittadini tal-Unjoni ta’ età żgħira</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadini tal-Unjoni mwielda fi Stat Membru li ma huwiex dak li tiegħu huma għandhom in-nazzjonalità u li ma għamlux użu mid-dritt tagħhom ta’ moviment liberu</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet fundamentali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑86/12,</P><P>li għandha bħala suġġetta talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20120220">20 ta’ Frar 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Adzo Domenyo Alokpa,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Jarel Moudoulou,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Eja Moudoulou</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, J. L. da Cruz Vilaça, G. Arestis, J.-C. Bonichot u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal A. D. Alokpa kif ukoll it-tfal tagħha Jarel u Eja Moudoulou, minn A. Fatholahzadeh u S. Freyermuth, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Lussemburgiż, minn P. Frantzen u C. Schiltz, bħala aġenti, assistiti minn L. Maniewski, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne u C. Pochet, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u N. Graf Vitzthum, kif ukoll minn A. Wiedmann, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn T. Papadopoulou, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn D. Kriaučiūnas u V. Balčiūnaitė, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u C. Wissels, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u M. Szpunar, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Maidani u C. Tufvesson, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal-<DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE kif ukoll id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal‑membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id‑Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, A. D. Alokpa u t-tfal tagħha Jarel u Eja Moudoulou Jarel, u, min-naħa l-oħra, il-Ministru tax-Xogħol, tal-Impjiegi u tal-Immigrazzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ministru<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar id-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li tirrifjuta lil A. D. Alokpa dritt ta’ residenza fil-Lussemburgu u li tordnalu li jitlaq mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttivi 2003/86/KE u 2003/109/KE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu19, Vol. 6, p. 224), u l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272), dawn id-direttivi għandhom l-għan li jistabbilixxu, rispettivament, il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri għandhom, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ resident għat-tul mogħti minn Stat Membru liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju tiegħu, u d-drittijiet marbuta miegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2004/38/KE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ċittadin tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-qraba diretti dipendenti u dawk tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb/sieħba kif imfissra fil-punt (b);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Stat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser l-Istat Membru li jmur fih ċittadin ta’ l-Unjoni sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u residenza.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/38, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jiċċaqilqu jew li jgħixu fi Stat Membru għajr iċ-ċittadini ta’ l-istess Stat Membru, u għall-membri tal-familja tagħhom kif imfissra fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 li jakkumpanjawhom jew li jingħaqdu magħhom.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Dritt ta’ residenza ta’ aktar minn tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ aktar minn tliet xhur jekk huma:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ħaddiema jew nies li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ospitanti; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għandhom biżżejjed riżorsi għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza u għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti; jew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>miktuba f’istitut privat jew pubbliku, akkreditat jew finanzjat mill-Istat Membru ospitanti skond il-bażi tal-leġislazzjoni jew tal-prattika amministrattiva tiegħu, għall-iskop prinċipali li jiġi segwit kors ta’ studju, inkluż taħriġ professjonali; u</P></ITEM><ITEM><P>għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti u jassiguraw lill-awtorità nazzjonali rilevanti, permezz ta’ dikjarazzjoni jew b’mezzi oħrajn ekwivalenti li jagħżlu huma, li għandhom riżorsi suffiċjenti għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza; jew</P></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>membri tal-familja li qed jakkumpanjaw jew li se jingħaqdu ma’ ċittadin ta’ l-Unjoni li jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (ċ).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt ta’ residenza previst fil-paragrafu 1 għandu jkun estiż għall-membri tal-familja li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru, li jakkumpanjaw jew li jingħaqdu maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti, sakemm dan iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b) jew (ċ).</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Lussemburgiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Liġi tad-<DATE ISO="20080829">29 ta’ Awwissu 2008</DATE> li tirrigwarda l-moviment liberu tal-persuni u l-immigranti (<HT TYPE="ITALIC">Mémorial</HT> A 2008, p. 2024, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Liġi dwar il‑moviment liberu<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) għandha l-għan li tittrasponi d‑Direttivi 2003/86 u 2004/38 fl‑ordinament ġuridiku Lussemburgiż.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jirresjedi fit-territorju għal perijodu ta’ iktar minn tliet xhur jekk jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>huwa jaħdem bħala ħaddiem impjegat jew għal rasu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>huwa għandu għalih innifsu u għall-membri tal-familja tiegħu, skont l Artikolu 12, riżorsi suffiċjenti sabiex jevita li jkun piż fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali, u li jkollu assigurazzjoni għall mard;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>ikun irreġistrat f’istituzzjoni edukattiva pubblika jew privata, akkreditata fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu skont il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ, sabiex isegwi prinċipalment studji jew, f’dan il-kuntest, taħriġ vokazzjonali, waqt li jiggarantixxi li jkollu għad-dispożizzjoni għalih innifsu u għall-membri tal-familja tiegħu riżorsi suffiċjenti sabiex jevita li jsir piż fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali, u li jkollu assigurazzjoni għall mard.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Regolament tal-Gran Dukat jippreċiża r-riżorsi li jeżiġu l-punti 2 u 3 tal-paragrafu (1) iktar ’il fuq, u l-modalitajiet skont liema tali prova għandha tinġieb.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-liġi msemmija jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>għandhom jiġu kkunsidrati bħala membri tal-familja:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-axxendenti diretti li huma responsabbiltà ta’ ċittadin tal-Unjoni u l-axxendenti diretti li huma responsabbiltà tal-konjuġi jew tal-partner imsemmi fil-punt b).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Ministru jista’ jawtorizza li xi membru ieħor tal-familja, tkun xi tkun in nazzjonalità tiegħu, li ma jkunx kopert mid-definizzjoni li tinsab fil-paragrafu (1) sabiex jirresjedi fit-territorju, jekk jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>fil-pajjiż tal-oriġini, huwa r-responsabbiltà jew huwa parti mill-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jibbenefika prinċipalment mid-dritt ta’ residenza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>iċ-ċittadin tal-Unjoni għandu mandatorjament u personalment jieħu ħsieb minħabba raġunijiet gravi ta’ saħħa tal-membru tal-familja kkonċernat.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>It-talba għad-dħul u għar-residenza tal-membri tal-familja msemmija fil-paragrafu preċedenti hija suġġetta għal eżami fil-fond li jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali tagħhom.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 103 tal-istess liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Qabel ma tittieħed deċiżjoni li tirrifjuta r-residenza, li tirtira jew li ma ġġeddidx il-permess tar-residenza jew li tordna tkeċċija mit‑territorju kontra ċ‑ċittadin tal‑pajjiż terz, il-Ministru għandu jikkunsidra it-tul tar-residenza tal‑persuna kkonċernata fit-territorju tal‑Lussemburgu, l-età tagħha, l-istat tas-saħħa tagħha, is-sitwazzjoni familjari u ekonomika, l-integrazzjoni soċjali u kulturali tagħha fil‑pajjiż u l-intensità tar-rabtiet tagħħa mal-pajjiż ta’ oriġini, ħlief jekk il‑preżenza tagħha hija ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika.</ALINEA><ALINEA>L-ebda deċiżjoni ta’ tkeċċija mit-territorju, ħlief dik li tkun ibbażata fuq raġunijiet gravi ta’ sigurtà publika, ma tista’ tittieħed kontra minuri li mhux akkumpanjat minn rappreżentant legali, salv jekk it-tkeċċija hija neċessarja fl-interess tiegħu stess.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>A. D. Alokpa, ċittadina tat-Togo, ippreżentat fil-<DATE ISO="20061121">21 ta’ Novembru 2006</DATE>, quddiem l-awtoritajiet Lussemburgiżi, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tal-Liġi tal-<DATE ISO="20060505">5 ta’ Mejju 2006</DATE> dwar id-dritt għal ażil u forom supplimentari ta’ protezzjoni (<HT TYPE="ITALIC">Mémorial</HT> A 2006, p. 1402). Din l-applikazzjoni ġiet madankollu miċħuda minn dawn l-awtoritajiet u d-deċiżjoni ta’ dawn tal-aħħar ġiet ikkonfermata mill-qrati Lussemburgiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Sussegwentement, A. D. Alokpa ppreżentat quddiem dawn l-awtoritajiet applikazzjoni għal status ta’ tolleranza. Minkejja li din l-applikazzjoni ġiet inizjalment suġġetta għal deċiżjoni ta’ ċaħda, din ġiet ikkunsidrata mill-ġdid u tali status ingħata lil A. D. Alokpa sal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, minħabba l-fatt li hija kienet welldet tewmin fis-<DATE ISO="20080817">17 ta’ Awwissu 2008</DATE>, fil-Lussemburgu, u dawn tal-aħħar kienu jeħtieġu l-kura fid-dawl tat-twelid prematur tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>It-tfal ta’ A. D. Alokpa ġew irrikonoxxuti, fir-redazzjoni tal-atti tat-twelid tagħhom, minn J. Moudoulou, ċittadin Franċiż. Huma għandhom nazzjonalità Franċiża u bbenefikaw mill-ħruġ ta’ passaport u ta’ karta tal-identità nazzjonali Franċiża, fil-15 ta’ Mejju u fl-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Sadanittant, applikazzjoni għal tiġdid tal-istatus ta’ tolleranza ppreżentata minn A. D. Alokpa ġiet miċħuda mill-awtoritajiet Lussemburgiżi, li madankollu taw lil din tal-aħħar sospensjoni tad-deportazzjoni sal-<DATE ISO="20100605">5 ta’ Ġunju 2010</DATE>, li ma ġietx sussegwentement estiża.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100506">6 ta’ Mejju 2010</DATE>, A. D. Alokpa ppreżentat applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ residenza skont il-Liġi dwar il-moviment liberu. Bi tweġiba għal talba għal iktar informazzjoni mill-Ministru, A. D. Alokpa indikat li hija ma setgħetx tistabbilixxi ruħha mat-tfal tagħha fit-territorju Franċiż, fejn jirrisjedi missier dawn it-tfal, minħabba li hija ma kellha ebda relazzjoni miegħu u dawn it-tfal kienu jeħtieġu kura medika fil-Lussemburgu minħabba t-twelid prematur tagħhom. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, il-Ministru ċaħad din l-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont din id-deċiżjoni, fl-ewwel lok, peress li d-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni huwa limitat għall-axxendenti diretti li huma dipendenti tiegħu, A. D. Alokpa ma tissodisfax din il-kundizzjoni. Fit-tieni lok, lanqas it-tfal ta’ A. D Alokpa ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tal-Liġi dwar il-moviment liberu. Barra minn hekk,<?PAGE NO="6"?> l-imsemmija deċiżjoni rrilevat li l-kura medika ta’ dawn it-tfal setgħet tiġi perfettament żgurata fi Franza u li A. D. Alokpa lanqas ma kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa taħt il-kategoriji l-oħra ta’ residenza previsti mill-imsemmija liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>A. D. Alokpa ppreżentat, f’isimha proprju u għan-nom taż-żewġt itfal tagħha, azzjoni kontra d-deċiżjoni tal-Ministru quddiem it-tribunal administratif (Luxembourg) (Tribunal Amministrattiv tal-Lussemburgu). Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20110921">21 ta’ Settembru 2011</DATE>, dan it-tribunal ċaħad din l-azzjoni bħala infondata. Permezz ta’ rikors ippreżentat fil-<DATE ISO="20111031">31 ta’ Ottubru 2011</DATE>, A. D. Alokpa ressqet appell minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-qorti tal-aħħar tirrileva li ma huwiex ikkontestat li t-tfal ta’ A. D. Alokpa qatt ma gawdew ħajja tal-familja ma’ missierhom, li sempliċement iddikjara t-twelid tagħhom u rrenda possibbli l-ħruġ tad-dokumenti ta’ identità Franċiża tagħhom. Bl-istess mod, din il-qorti tikkonstata li A. D. Alokpa u t-tfal tagħha kellhom, fil-fatt, ħajja tal-familja komuni f’ċentru ta’ ospitalità, sa mir-residenza fit-tul ta’ dawn it-tfal fis-sala tal-maternità, u li dawn tal-aħħar ma eżerċitawx strettament id-dritt tagħhom għal moviment liberu.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Cour Administrative ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-Artikolu 20 TFUE, jekk meħtieġ moqri flimkien mal-Artikoli 20, 21, 24, 33 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jew ma’ wieħed jew diversi fosthom meħuda b’mod separat jew flimkien, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru, minn naħa, jirrifjuta lil ċittadin ta’ Stat terz, li waħdu jieħu ħsieb uliedu li għadhom żgħar, li huma ċittadini tal-Unjoni, ir-residenza fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ dawn tal-aħħar fejn huma jgħixu miegħu mit-twelid tagħhom, mingħajr ma għandhom in-nazzjonalità tiegħu, u min-naħa l-oħra, jirrifjuta lill-imsemmi ċittadin ta’ Stat terz permess ta’ residenza u saħansitra permess ta’ xogħol?</P><P>Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jitqiesu bħala tali li jċaħdu lill-imsemmija tfal, fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom fejn huma għexu sa mit-twelid tagħhom, mit-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet relatati mal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni anki fis-sitwazzjoni fejn l-axxendent dirett l-ieħor, li miegħu qatt ma kellhom ħajja ta’ familja komuni, jirrisjedi fi Stat ieħor tal-Unjoni, li tiegħu stess huwa ċittadin?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi rrilevat li, anki jekk il-qorti tar-rinviju llimitat id-domandi tagħha għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 20 TFUE, dan il-fatt ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli sabiex tingħata deċiżjoni fil-kawża li jkollha quddiemha, u dan irrispettivament minn jekk il-qorti tar-rinviju tkunx għamlet riferiment għalihom fid-domandi tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, McCarthy, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-434/09" PAGE.ECR="I-3375" YEAR="2011">C-434/09, Ġabra p. I-3375</REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>B’dan il-mod, id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju għandha tinftiehem bħala li tipprevedi, essenzjalment, il-kwistjoni ta’ jekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru milli jirrifjuta lil ċittadin ta’ pajjiż terz dritt ta’ residenza fit-territorju tiegħu, meta dan iċ-ċittadin ikun responsabbli waħdu minn żewġt itfal żgħar, ċittadini tal-Unjoni, li jkunu joqogħdu miegħu f’dan l-Istat Membru sa mit-twelid tagħhom, mingħajr ma jkollhom in-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru u mingħajr ma jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-drittijiet li jistgħu jingħataw liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jikkonċernaw iċ-ċittadinanza tal-Unjoni ma humiex drittijiet ta’ dawn iċ-ċittadini stess, iżda drittijiet derivati mill-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment minn ċittadin tal-Unjoni. L-iskop u l-ġustifikazzjoni ta’ tali drittijiet derivati, b’mod partikolari d-drittijiet ta’ dħul u ta’ residenza ta’ membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, huma bbażati fuq il-konstatazzjoni li r-rifjut ta’ rikonoxximent tagħhom huwa ta’ natura li jippreġudika l-libertà ta’ moviment tal-imsemmi ċittadin, sa fejn dan jiġi skoraġġit milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta’ dħul u ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20130508">8 ta’ Mejju 2013</DATE>, Ymeraga u Ymeraga-Tafarshiku, C‑87/12, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għandu jiġi enfasizzat li hemm sitwazzjonijiet ikkaratterizzati mill-fatt li, anki jekk dawn huma rregolati minn regolamenti li jaqgħu <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, jiġifieri r-regolamenti dwar id-dritt ta’ dħul u ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt derivat li, taħt ċerti kundizzjonijiet, jipprovdu għall-għoti ta’ tali dritt, dawn għandhom, madankollu, rabta intrinsika mal-libertà ta’ moviment ta’ ċittadini tal-Unjoni li tipprekludi li tali dritt ta’ dħul u ta’ residenza jiġi rrifjutat lil dawk iċ-ċittadini fl-Istat Membru fejn dan iċ-ċittadin jirrisjedi, sabiex din il-libertà ma tiġix ippreġudikata (ara s-sentenza Ymeraga u Ymeraga-Tafarshiku, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, hemm lok li jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li A. D. Alokpa ma tistax titqies li hija benefiċjarja tad-Direttiva 2004/38, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kwalità ta’ membru tal-familja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>dipendenti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> taċ-ċittadin tal-Unjoni li jkollu d-dritt ta’ residenza hija r-riżultat ta’ sitwazzjoni fattwali kkaratterizzata mill-fatt li s-sostenn materjali tal-membru tal-familja huwa żgurat mid-detentur tad-dritt ta’ residenza, b’tali mod li, fis-sitwazzjoni inversa, jiġifieri meta d-detentur tad-dritt ta’ residenza huwa dipendenti taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, dan tal-aħħar ma jistax jipprevalixxi ruħu mill-kwalità ta’ axxendent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>dipendenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tal-imsemmi detentur, fis-sens tad-Direttiva 2004/38, bil-għan li jgawdi dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti (sentenza tat-<DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, Iida, C‑40/11, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, huma d-detenturi tad-dritt ta’ residenza, jiġifieri, iż-żewġt itfal ta’ A. D. Alokpa, li huma fil-fatt dipendenti ta’ din tal-aħħar, b’tali mod li l-parti kkonċernata ma tistax tipprevalixxi ruħha mill-kwalità ta’ axxendent dipendenti tagħhom, fis-sens tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kuntest ta’ sitwazzjoni simili għal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin tal-Unjoni twieled fl-Istat Membru ospitanti u ma eżerċitax id-dritt ta’ moviment liberu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>għandhom<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> biżżejjed riżorsi, li jinsabu fid-dispożizzjoni simili tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa biżżejjed li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom dawn ir-riżorsi disponibbli, mingħajr ma din id-dispożizzjoni tinvolvi l-inqas rekwiżit fir-rigward tal-oriġini tagħhom, b’mod li dawn tal-aħħar jistgħu jiġu pprovduti, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, miċ-ċittadin ta’ Stat terz, ġenitur taċ-ċittadini ta’ età żgħira kkonċernati (ara, f’dan is-sens, fir-rigward ta’ strumenti tad-dritt tal-Unjoni li jippreċedu lil din id-direttiva, is-sentenza tad-<DATE ISO="20041019">19 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Zhu u Chen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-200/02" PAGE.ECR="I-9925" YEAR="2004">C-200/02, Ġabra p. I-9925</REF.DOC.ECR>, punti 28 u 30).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, ġie kkonstatat li r-rifjut li ġenitur, ċittadin ta’ Stat Membru jew ta’ Stat terz, li għandu effettivament il-kustodja ta’ ċittadin tal-Unjoni li huwa minuri, jitħalla jirrisjedi ma’ dan iċ-ċittadin fl-Istat Membru ospitanti jċaħħad minn kull effettività d-dritt ta’ residenza ta’ dan tal-aħħar, peress illi t-tgawdija tad-dritt ta’ residenza minn wild ta’ età żgħira timplika neċessarjament li dan il-wild ikollu d-dritt li jkun akkumpanjat mill-persuna li tiżgura effettivament il-kustodja tiegħu u, għalhekk, li din il-persuna tkun fil-pożizzjoni li tirrisjedi miegħu fl-Istat Membru ospitanti matul din ir-residenza (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Zhu u Chen, punt 45, kif ukoll Iida, punt 69).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>B’dan il-mod, jekk l-Artikolu 21 TFUE u d-Direttiva 2004/38 jagħtu dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti liċ-ċittadin minuri ta’ età żgħira ta’ Stat Membru ieħor li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva, dawn l-istess dispożizzjonijiet jippermettu lill-ġenitur li għandu fil-fatt il-kustodja ta’ dan iċ-ċittadin li jirrisjedi miegħu fl-Istat Membru ospitanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Zhu u Chen, iċċitata iktar ’il fuq, punti 46 u 47).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk it-tfal ta’ A. D. Alokpa jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38 u jibbenefikawx, għalhekk, minn dritt ta’ residenza fl-Istat Istat Membru ospitanti abbażi tal-Artikolu 21 TFUE. B’mod partikolari, din il-qorti għandha tivverifika jekk dawn it-tfal ikollhomx, huma stess jew permezz ta’ ommhom, riżorsi suffiċjenti u assigurazzjoni għall-mard komprensiva, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38 ma humiex sodisfatti, l-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li dritt ta’ residenza fit-territorju tal-Lussemburgu jiġi rrifjutat lil A. D. Alokpa.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-Artikolu 20 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li hemm sitwazzjonijiet speċifiċi ħafna fejn, minkejja l-fatt li l-leġiżlazzjoni sekondarja dwar id-dritt ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz ma tkunx applikabbli u li ċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat ma jkunx għamel użu mil-libertà ta’ moviment tiegħu, id-dritt ta’ residenza ma jkunx, eċċezzjonalment, jista’ jiġi rrifjutat lil ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni, mingħajr ma tiġi ppreġudikata l-effettività taċ-ċittadinanza tal-Unjoni li huwa jgawdi, jekk, bħala konsegwenza ta’ tali rifjut, dan iċ-ċittadin jiġi obbligat, fil-fatt, li jitlaq mit-territorju tal-Unjoni kkunsidrat fl-intier tiegħu, b’mod li jiġi mċaħħad mit-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Iida, punt 71, kif ukoll Ymeraga u Ymeraga-Tafarshiku, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>B’dan il-mod, jekk il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-Artikolu 21 TFUE ma jipprekludix li dritt ta’ residenza fit-territorju tal-Lussemburgu jiġi rrifjutat lil A. D. Alokpa, din il-qorti għandha mbagħad tivverifika jekk tali dritt ta’ residenza jistax madankollu jingħatalha, fuq bażi eċċezzjonali, fuq il-bażi ta’ preġudizzju lill-effettività taċ-ċittadinanza tal-Unjoni li minnha jgawdu t-tfal tal-parti kkonċernata, peress li, bħala konsegwenza għal tali rifjut, dawn it-tfal jiġu obbligati, fil-fatt, li jitilqu mit-territorju tal-Unjoni kkunsidrat fl-intier tiegħu, b’mod li jiġu mċaħħda mit-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet mogħtija minn dan l-istatus.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 55 u 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, A. D. Alokpa, fil-kwalità tagħha ta’ omm ta’ Jarel u Eja Moudoulou u bħala l-unika persuna li teżerċita l-kura effettiva tagħhom sa mit-twelid tagħhom, tista’ tibbenefika minn dritt derivat sabiex takkumpanjahom u tirrisjedi magħhom fit-territorju Franċiż.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fil-prinċipju, ir-rifjut tal-awtoritajiet Lussemburgiżi li jagħtu dritt ta’ residenza lil A. D. Alokpa ma jistax ikollu l-effett li jġiegħel lit-tfal tagħha jitilqu mit-territorju tal-Unjoni kkunsidrat fl-intier tiegħu. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, dan huwiex effettivament il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għad-domanda li saret għandha tingħata r-risposta li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux Stat Membru milli jirrifjuta lil ċittadin ta’ pajjiż terz dritt ta’ residenza fit-territorju tiegħu, meta dan iċ-ċittadin ikollu taħt ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu tfal ta’ età żgħira, ċittadini tal-Unjoni, li jkunu jirrisjedu miegħu f’dan l-Istat Membru sa mit-twelid tagħhom, mingħajr ma jkollhom in-nazzjonalità ta’ dan l-istess Stat u mingħajr ma jkunu għamlu użu mid-dritt tagħhom ta’ moviment liberu, sa fejn dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2004/38 jew tali rifjut ma jkunx iċaħħad l-imsemmija ċittadini mit-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux Stat Membru milli jirrifjuta lil ċittadin ta’ pajjiż terz dritt ta’ residenza fit-territorju tiegħu, meta dan iċ-ċittadin ikollu taħt ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu tfal ta’ età żgħira, ċittadini tal-Unjoni, li jkunu jirrisjedu miegħu f’dan l-Istat Membru sa mit-twelid tagħhom, mingħajr ma jkollhom in-nazzjonalità ta’ dan l-istess Stat u mingħajr ma jkunu għamlu użu mid-dritt tagħhom ta’ moviment liberu, sa fejn dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, jew tali rifjut ma jkunx iċaħħad l-imsemmija ċittadini mit-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>