<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑580/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CO0580</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:835">EU:C:2015:835</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAS-<DATE ISO="20151217">17.12.2015</DATE> – KAWŻA C‑580/14</P><P>BITTER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/87/KE</KEYWORD><KEYWORD>Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra</KEYWORD><KEYWORD>Multa għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑580/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (tribunal amministrattiv ta’ Berlin, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141121">21 ta’ Novembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20141216">16 ta’ Diċembru 2014</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Sandra Bitter</HT>, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza ta’ Ziegelwerk Höxter GmbH,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesrepublik Deutschland,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President ta’ Awla, J.‑C. Bonichot (Relatur) u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Bundesrepublik Deutschland, minn G. Buchholz, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u K. Petersen, bħala aġenti</P></ITEM><ITEM><P>għall-Parlament Ewropew, minn P. Schonard u A. Tamás, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn M. Simm u N. Rouam, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. White u A. C. Becker, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20031013">13 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="140" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2009">ĠU L 140, p. 63</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 2003/87<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn S. Bitter, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza ta’ Ziegelwerk Höxter GmbH (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ziegelwerk Höxter<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u l-Bundesrepublik Deutschland (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja), dwar multa imposta minn din tal-aħħar lil Ziegelwerk Höxter peress li naqset mill-obbligi tagħha ta’ dikjarazzjoni u li ċċedi l-kwoti tagħha tal-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju għas-sena 2011.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 2 tad-Direttiva 2003/87 hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600.2002.KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [tat-<DATE ISO="20020722">22 ta’ Lulju 2002</DATE>, li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 152] jidentifika l-bidla fil-klima bħala prijorità għall-azzjoni u jipprovdi li tiġi stabbilita skema għall-iskambju ta’ emissjonijiet matul il-Komunità kollha sas-sena 2005. Dan il-Programm jagħraf illi l-Komunità hija impenjata li tikseb tnaqqis ta’ 8 % fl-emissjoni tal-gassijiet serra bejn mis-sena 2008 sas-sena 2012 meta pparagunat mal-livelli tas-sena 1990, u li, fuq skond iktar fit-tul, l-emissjonijiet globali jridu jeħtieġu li jiġu mnaqqsa b’madwar 70 % meta pparagunati mal-livelli tas-sena 1990.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 4 ta’ din id-direttiva tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ġaladarba jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ta’ Kyoto li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-<DATE ISO="20020425">25 ta’ April 2002</DATE> li jirrigwarda l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto ta’ mal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima u t-twettiq konġunt tiegħu [<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2002">ĠU L 130, p. 1</REF.DOC.OJ>], irid jikkommetti lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra antropoġeniċi aggregati tagħhom elenkati fl-Anness A mal-Protokoll bi 8 % pparagunati mal-livelli tas-sena 1990 fil-perjodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(3) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-operatur ta’ kull installazzjoni jċedi numru ta’ kwoti, barra minn dawk il-kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II, ekwivalenti ghat-total tal-emissjonijet ta’ dik l-installazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikati skond l-Artikolu 15, u li wara dawn jiġu kkanċellati.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull operatur li ma jċedix kwoti biżżejjed sat-30 ta’ April ta’ kull sena sabiex ikopri l-emissjonijiet tiegħu matul is-sena ta’ qabel għandu jinżamm lijabbli li jħallas penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet. Il-penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet għandu jkun ta’ EUR 100 għal kull tunnellata metrika tad-dijossidu tal-karbonju mitfugħ minn dik l-istallazzjoni li għaliha<?PAGE NO="3"?> l-operatur ma jkunx ċeda kwoti. Il-ħlas tal-penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet ma għandux jeħles lill-operatur mill-obbligu li jċedi ammont ta’ kwoti egwali għall-dawk l-emissjonijiet maqbuża meta jċedi l-kwoti f’relazzjoni mas-sena kalendarja ta’ wara.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2003/87 fil-verżjoni inizjali tiegħu kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Matul il-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin li jibda fl-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-penali l-iktar baxxa għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet ta’ EUR 40 għal kull tunnellata metrika tad-dijossidu tal-karbonju mitfugħa minn dik l-istallazzjoni li għaliha l-operatur ma jkunx ċeda kwoti. Il-ħlas tal-penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet ma għandux jeħles lill-operatur mill-obbligu li jċedi ammont ta’ kwoti egwali għall-dawk l-emissjonijiet maqbuża meta jċedi l-kwoti f’relazzjoni mas-sena kalendarja ta’ wara.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/87 ġiet trasposta mil-Liġi dwar l-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (Gesetz über den Handel mit Berechtigungen zur Emission von Treibhausgasen), tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE> (BGBl. I, p. 1578, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Liġi dwar l-iskambju tal-kwoti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) Liġi dwar l-iskambju tal-kwoti jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-operatur responsabbli għandu, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, għall-ewwel darba fis-sena 2006, iċedi lill-awtorità kompetenti numru ta’ kwoti li jikkorrispondi għall-kwantità ta’ emissjonijiet ikkawżati mill-attivitajiet tiegħu fis-sena kalendarja ta’ qabel.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-Liġi dwar l-iskambju tal-kwoti, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Implementazzjoni tal-obbligu ta’ ċediment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-operatur responsabbli jonqos milli jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu skont il-Paragrafu 6(1), għal kull tunnellata tal-ekwivalenti ta’ dijossidu ta’ karbonju mitfugħ li għaliha l-operatur responsabbli ma jkunx ċeda xi kwoti, l-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-operatur bħala responsabbli għall-pagament ta’ EUR 100, u EUR 40 għall-ewwel perjodu ta’ allokazzjoni. L-awtorità tista’ tirrinunzja li timponi multa jekk l-operatur responsabbli ma setax jikkonforma ruħu mad-dmir tiegħu skont il-Paragrafu 6(1) għal raġunijiet ta’ forza maġġuri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-operatur responsabbli jkun naqas milli jagħti rapport xieraq dwar l-emissjonijiet ikkawżati mill-attivitajiet tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tistima tal-emissjonijiet ikkawżati mill-attivitajiet tiegħu fis-sena kalendarja ta’ qabel. L-istima għandha tikkostitwixxi l-bażi, inkontestabbli, għall-obbligu stipulat fil-Paragrafu 6(1). Ma għandha tingħata ebda stima jekk, fil-kuntest tas-seduta dwar ir-responsabbiltà sabiex isir il-pagament speċifikat fis-subparagrafu (1), l-operatur responsabbli jikkonforma ruħu mad-dmir ta’ rappurtaġġ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>L-operatur responsabbli għandu jibqa’ suġġett għall-obbligu li jċedi l-kwoti neqsin, fil-każijiet koperti bis-subparagrafu (2) skont l-istima, sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara. [...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ziegelwerk Höxter hija kumpannija stabbilita fil-Ġermanja li, sax-xahar tas-Settembru 2011, kienet topera installazzjoni li jemettu gassijiet b’effett serra. Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20111101">1 ta’ Novembru 2011</DATE>, l-Amtsgericht Paderborn (qorti distrettwali ta’ Paderborn, il-Ġermanja) bdiet proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, S. Bitter, avukat, ġiet maħtura mandatarja stralċjarja. F’din il-kwalità, hija ġiet ikkunsidrata mill-awtoritajiet Ġermaniżi bħala l-operatriċi tal-installazzjoni u, għalhekk, responsabbli għall-osservanza tal-obbligi applikabbli għal din l-installazzjoni skont il-Liġi dwar l-iskambju tal-kwoti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Minħabba dan il-fat, dawn l-awtoritajiet talbuha li tipprovdi d-dikjarazzjonijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għas-sena 2011 u li ċċedi l-kwoti ta’ emissjonijiet relatati ma’ din is-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>S. Bitter kkunsidrat li, peress li Ziegelwerk Höxter temmet l-attività tagħha qabel inbdiet il-proċedura ta’ insolvenza fix-xahar ta’ Settembru 2011, din l-impriża ma kinitx iktar obbligata li tiddikjara la li ċċedi l-kwoti tagħha tal-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju emessi fis-sena 2011, peress li d-djun eventwali tagħha jistgħu biss jiġu rreġistrati bħala passiv fil-proċedura ta’ falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, permezz ta’ posta elettronika tal-<DATE ISO="20120920">20 ta’ Settembru 2012</DATE>, mandatarju preċedenti ta’ din l-impriża indika lill-awtoritajiet Ġermaniżi kompetenti li 3324 tunnellata ta’ dijossidu tal-karbonju ġew emessi minn din l-impriża matul is-sena 2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130320">20 ta’ Marzu 2013</DATE>, dawn l-awtoritajiet stmaw li n-numru ta’ kwoti ta’ emissjonijiet li ma ġewx ċeduti ta’ din l-impriża għas-sena 2011 tela’ għal 3323 u ġiet imposta fuqha multa fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">332300</FT>, b’applikazzjoni tal-Artikolu 18 tal-Liġi dwar l-iskambju tal-kwoti, li jittrasponi l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>S. Bitter ikkontestat din id-deċiżjoni quddiem il-Verwaltungsgericht Berlin, li qed tistaqsi dwar il-konformità tal-livell tal-multa prevista minn din id-dispożizzjoni mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Verwaltungsgericht Berlin (qorti amministrattiva ta’ Berlin) tikkunsidra b’mod partikolari li, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkunsidrat li l-multa ta’ EUR 40 għal kull tunnellata tal-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju emessi li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda l-kwoti, previst fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2003/87 fil-verżjoni inizjali tiegħu matul l-perijodu ta’ skambju bejn is-sena 2005 u s-sena 2007, hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità (is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:664">EU:C:2013:664</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dan ma jistax ikun il-każ tal-multa fl-ammont ta’ EUR 100 għal kull tunnellata tal-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju emessi li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda l-kwoti, previst fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87, mis-sena 2008, minħabba barra minn hekk, il-waqgħa tal-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mix-xahar ta’ Diċembru 2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tfakkar li l-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju għat-twettiq tal-għanijiet leġittimament imfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, u li meta teżisti għażla bejn diversi miżuri xierqa, għandha tintgħażel dik li hija l-inqas oneruża u l-inkonvenjenti kkawżati ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta pparagunati mal-għanijiet intiżi. Hija tagħmel riferiment għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Agrarproduktion Staebelow</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑504/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:30">EU:C:2006:30</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Berlin (qorti amministrattiva ta’ Berlin) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ir-regola li tinsab fit-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87, li tipprovdi li għal kull tunnellata metrika ta’ dijossidu tal-karbonju mitfugħa li għaliha l-operatur jew operatur ta’ ajruplan ma jkunx ċeda kwoti, il-multa fuq l-eċċess tal-emissjonijiet għandha tkun ta’ EUR 100, hija kuntrarja għall-prinċipju ta’ proporzjonalità?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-validità tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87 fir-rigward, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, l-prinċipju ta’ proporzjonalità jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u jeżiġi li l-miżuri implementati minn dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandhom ikunu adattati sabiex jilħqu l-għanijiet leġittimi mfittxija mil-leġiżlazzjoni kkonċernata u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħquhom (ara is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> <NO.CASE>C‑58/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:321">EU:C:2010:321</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:664">EU:C:2013:664</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ dawn il-kundizzjonijiet, għandha madankollu tingħata setgħa diskrezzjonali wiesgħa lil-leġiżlatur tal-Unjoni meta huwa jkollu jintervjeni f’qasam li jinvolvi għażliet, min-naħa tiegħu, ta’ natura politika, ekonomika jew soċjali u li fih huwa jkollu jwettaq evalwazzjonijiet kumplessi. Għalhekk, fl-istħarriġ ġudizzjarju tagħha tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tissostitwixxi l-ġudizzju tal-leġiżlatur tal-Unjoni bil-ġudizzju tagħha. Hija ma tista’ tiċċensura l-għażla normattiva tiegħu ħlief jekk din tkun tidher li hija manifestament żbaljata jew jekk l-iżvantaġġi li jirriżultaw għal ċerti atturi ekonomiċi ma jkunux jibbilanċjaw mal-benefiċċji li din ikollha wkoll (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:664">EU:C:2013:664</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, li għalihom tirreferi l-ewwel premessa tad-Direttiva 2003/87, jirriżulta li l-istabbiliment ta’ skema tal-Unjoni tal-kontabbiltà u għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju fil-livell tal-Unjoni jikkostitwixxi għażla normattiva li tirrifletti orjentazzjoni politika f’kuntest ta’ urġenza sabiex jiġu ttrattati preokkupazzjonijiet ambjentali serji. Barra minn hekk, din l-għażla normattiva hija bbażata, fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u tekniċi kumplessi ħafna u diskussi b’mod wiesa’, deskritti fil-green paper dwar l-iskambju ta’ emissjoni tal-gassijiet ġewwa l-Unjoni Ewropea [COM (2000) 87 finali]. Bil-għan li jikkontribwixxi għall-implementazzjoni tal-impenji tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta’ Kyoto, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu għalhekk jevalwa u jikkunsidra huwa nnifsu l-effetti futuri u inċerti tal-intervent tiegħu (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:664">EU:C:2013:664</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa l-evalwazzjoni fuq il-proporzjonalità ta’ att tal-Unjoni ma jistax jiddependi minn evalwazzjonijiet retrospettivi li jikkonċernaw il-livell ta’ effikaċja tiegħu. Meta l-leġiżlatur tal-Unjoni jkun obbligat jevalwa l-effetti futuri ta’ leġiżlazzjoni li tkun se tiġi adottata u l-effetti tagħha ma jistgħux ikunu previsti b’eżattezza, l-evalwazzjoni tiegħu tista’ biss tiġi kkritikata jekk din kienet tidher manifestament żbaljata fid-dawl tal-elementi li huwa kellu fil-mument tal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni. (ara f’dan is-sens, is-sentenzi, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Jippes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-189/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:420">EU:C:2001:420</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:664">EU:C:2013:664</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>B’applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C 203/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:664">EU:C:2013:664</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet in-natura proporzjonali mhux biss tal-multa tranżitorja ta’ EUR 40 għal kull tunnellata prevista fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2003/87, fil-verżjoni inizjali tiegħu, iżda wkoll tal-multa fissa ta’ EUR 100 għal kull tunnellata prevista fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, peress li dan l-ammont ma jinkludix ebda possibbiltà ta’ modulazzjoni mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat ukoll li d-Direttiva 2003/87 tagħti lill-operaturi terminu raġonevoli sabiex jikkonformaw ruħhom mal-obbligu restituttiv tagħhom u li huwa leġittimu għall-Istati Membri li jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ avviżi, ta’ rkupru u ta’ ċediment antiċipat li jippermettu lill-operaturi <HT TYPE="ITALIC">bona fid</HT>e li jkunu informati sewwa bl-obbligu restituttiv u li b’hekk ma jieħdu ebda riskju li tiġi imposta fuqhom multa. (is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-203/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:664">EU:C:2013:664</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat b’mod partikolari li l-obbligu ta’ ċediment previst fl-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87 u l-multa fissa li tissanzjonah fl-Artikolu 16(3) u (4) ta’ din id-direttiva, u dan mingħajr flessibbiltà oħra għajr it-tnaqqis tranżitorju tal-livell tagħha, bejn is-sena 2005 u s-sena 2007, kienu neċessarji għal-leġiżlatur tal-Unjoni, fit-tfittix tal-għan leġittimu li tiġi stabbilita skema effiċjenti għall-iskambju ta’ kwoti ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju, sabiex jevita li ċerti operaturi jew intermedjarji tas-suq jitħajru jevitaw jew jimmanipulaw l-iskema billi abbużivament jimmanipulaw il-prezzijiet, il-kwantitajiet, it-termini jew il-prodotti finanzjarji kumplessi li kull suq joħloq (is-sentenza Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka, C-203/12, EU:C :2013:664, punt 39).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Hija rrilevat, b’mod partikolari, il-livell relattivament għoli tal-multa huwa ġġustifikat min-neċessità li n-nuqqasijiet ta’ twettiq tal-obbligu ta’ ċediment ta’ numru suffiċjenti ta’ kwoti jiġu ttrattati b’mod strett u konsistenti madwar l-Unjoni kollha (is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-203/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:664">EU:C:2013:664</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-fatt li l-ammont inkwistjoni huwa ogħla minn dak li fuqu ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C-203/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:664">EU:C:2013:664</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma huwiex ta’ natura li jikkontesta din l-evalwazzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta’ multa ta’ ammont iktar baxx matul l-ewwel perijodu ta’ skambju kienet iġġustifikata, kif ikkonstatat ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, peress li fir-rigward ta’ perijodu ta’ prova tal-iskema, li fil-kuntest tiegħu l-operaturi ekonomiċi kkonċernati kienu suġġetti għal obbligi inqas stretti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma żiedx għalhekk l-ammont tal-multa applikabbli wara dan l-ewwel perijodu ta’ skambju, iżda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[...]naq[...]as<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> b’mod tranżitorju, matul l-ewwel perijodu, l-ammont tal-multa għall-perijodu ffissata, fin-nuqqas, għal EUR 100 skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87 (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C 203/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:664">EU:C:2013:664</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; punti 25 u 39).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument li l-prezzijiet tal-kwoti ta’ emissjoni ġew imnaqqsa sew wara l-ewwel perijodu ta’ skambju, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat, fil-punt <REF.DOC.ECR><REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> tas-sentenza <NAME.CASE>Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C 203/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:664">EU:C:2013:664</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried, billi jistabbilixxi huwa stess multa predefinita, jipproteġi l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti mid-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-manipulazzjonijiet tas-suq. Kif jirriżulta mill-punt 25 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni bl-evalwazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-eżami tad-domanda magħmula ma rrivela ebda element ta’ natura li jeffettwa, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-validità tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87, sa fejn din tipprevedi multa ta’ EUR 100 għal kull tunnellata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju emessi li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda l-kwoti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-eżami tad-domanda magħmula ma rrivela ebda element ta’ natura li jeffettwa, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-validità tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20031013">13 ta’ Ottubru 2003</DATE> li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, sa fejn din tipprevedi multa ta’ EUR 100 għal kull tunnellata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju emessi li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda l-kwoti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>