<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑312/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0312</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:621">EU:C:2015:621</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET JÄÄSKINEN – KAWŻA C‑312/14</P><P>BANIF PLUS BANK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Jääskinen</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑312/14</P><P>Banif Plus Bank Zrt.</P><P>vs</P><P>Márton Lantos u Mártonné Lantos</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Ráckevei Járásbíróság (l-Ungerija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-investitur</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ self iddenominat f’munita barranija</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ strument finanzjarju skont il-punt 17 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ servizzi ta’ investiment skont il-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39</KEYWORD><KEYWORD>Ċirkustanzi li fihom fornituri ta’ servizzi bħal dawn ikunu obbligati jivvalutaw kemm ikunu xierqa għal klijenti</KEYWORD><KEYWORD>Validità ta’ ftehimiet li jiksru dawn ir-rekwiżiti</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/39</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-deċiżjoni tar-rinviju r-Ráckevei Járásbíróság, l-Ungerija, (Qorti Distrettwali ta’ Ráckeve) titlob, fost affarijiet oħra, gwida dwar it-tipi ta’ strumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/39<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, <HT TYPE="BOLD">dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE</HT> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).</P></NOTE>. Tistaqsi wkoll jekk mill-istess direttiva joħroġx l-obbligu li ssir valutazzjoni ta’ kemm ikunu xierqa servizzi ta’ investiment u prodotti finanzjarji għal klijenti individwali. Il-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tagħmel hekk fil-kuntest ta’ tilwima dwar self iddenominat f’munita barranija, magħmul biex ikun iffinanzjat xiri ta’ karozza. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ preċiżjoni fid-deskrizzjoni kemm tal-fatti rilevanti kif ukoll tal-qafas legali nazzjonali, ir-rinviju huwa fl-opinjoni tiegħi inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Wara li għidt dan, it-talba għal deċiżjoni preliminari tolqot problema soċjali u ekonomika diffiċli ta’ importanza kbira f’ħafna Stati Membri. Sfortunatament, id-deċiżjoni tar-rinviju u l-litigazzjoni ewlenija ma jirrappreżentawx opportunità adatta biex tkun żviluppata l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar din il-kwistjoni, li għandha sseħħ fil-kuntest tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, u b’mod partikolari d-Direttiva 2008/48<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, <HT TYPE="BOLD">dwar ftehim ta</HT>’ <HT TYPE="BOLD">kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2008">ĠU L 133, p. 66</REF.DOC.OJ>). B’kuntrast, id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20140204">4 ta’ Frar 2014</DATE>, <HT TYPE="BOLD">dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="2014">ĠU L 60, p. 34</REF.DOC.OJ>), li għandha kapitolu dwar self f’munita barranija, b’mod ċar ma hijiex applikabbli għal dan il-każ.</P></NOTE>, milli tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-investitur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/39</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-premessi 2 u 31 tad-Direttiva 2004/39 jgħidu dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(2)</NO.P><TXT>Dawn l-aħħar snin iktar investituri saru attivi fis-swieq finanzjarji u qegħdin jiġu offruti sett saħansitra iktar kumpless u mifrux fil-wisa’ rigward servizzi u strumenti. Bil-ħsieb ta’ dawn l-iżviluppi, il-qafas legali tal-Komunità għandu jiġbor il-firxa sħiħa tal-attivitajiet orjentati lejn l-investitur. Għal dan il-fini, huwa meħtieġ li jiġi pprovvdut il-grad ta’ armonizzazzjoni meħtieġ sabiex joffri lill-investituri livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex id-ditti tal-investiment jitħallew jipprovdu servizzi ġewwa l-Komunità kollha, ġaladarba hi Suq Waħdieni, fuq il-bażi tas-sorveljanza tal-pajjiż tal-post. Bil-ħsieb ta’ hawn fuq, id-Direttiva 93/22/KEE għandha tiġi mibdula b’Direttiva ġdida.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(31)</NO.P><TXT>Wieħed mill-għanijiet ta’ din id-Direttiva huwa li jipproteġi lill-investituri. Il-miżuri sabiex jipproteġu lill-investituri għandhom jiġu addattati għall-partikolaritajiet ta’ kull waħda mill-kategoriji tal-investituri (tax-xiri bl-imnut, professjonali u l-kontropartijiet).<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/39 jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti tal-investiment u s-swieq irregolati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2000/12/KE, meta jipprovdu servizz ta’ investiment jew iktar u/jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>[…]</P></ITEM><ITEM><P>Il-Kapitolu II tat-Titolu II bl-esklużjoni tat-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 23(2),</P></ITEM><ITEM><P>[…].<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-punti 2, 6 u 17 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39 għandhom id-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Servizzi u attivitajiet ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> ifissru kull waħda mis-servizzi u l-attivitjiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I li għandhom x’jaqsmu ma’ kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima Ċ tal-Anness I;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>In-negozjar akkont tagħhom infushom<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> ifisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-transazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Strument finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> ifisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima Ċ tal-Anness I<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fit-Titolu II, tal-Kapitolu II, tad-Direttiva 2004/39, fit-Taqsima 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>[d]ispożizzjonijiet sabiex jiżguraw il-protezzjoni ta’ l-investitur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> hemm l-Artikolu 19, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[k]ondotta tal-obbligi tal-kummerċ meta jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment lill-klijenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Il-punti 4, 5 u 9 tiegħu jgħidu dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta tipprovdi pariri dwar l-investiment jew il-ġestjoni ta’ portafoll, id-ditta tal-investiment għandha tikseb it-tagħrif meħtieġ li jirrigwarda l-gherf u l-eperjenza [l-esperjenza] tal-klijent jew tal-klijent potenzali [potenzjali] fil-kamp tal-investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew tas-servizz, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u l-għanijiet tagħhom ta’ investiment sabiex jgħinu lid-ditta li tirrakkommanda lill-klijent jew lill-klijent potenzali s-servizzi ta’ investiment u l-istrumenti finanzjarji li jaqblu għalihom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-ditti ta’ investiment, meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi oħra għajr dawk riferiti fil-paragrafu 4, jistaqsu lill-klijent jew lill-klijent potenzali rigward l-għerf u l-esperjenza tagħhom fil-kamp tal-investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew tas-servizz offruti jew iddomandati sabiex jgħinu lid-ditta tal-investiment tistma jekk is-servizz jew il-prodott tal-investiment previst ikunux approprjat [adattat] għall-klijent.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ li, fuq il-bażi tat-tagħrif irċevut skond il-paragrafu ta’ qabel, ditta tal-investiment tikkunsidra illi l-prodott jew is-servizz ma jkunux approprjati għall-klijent jew għall-klijent potenzali, id-ditta tal-investiment għandha twissi lill-klijent jew klijent potenzali. Din it-twissija tista’ tiġi pprovvduta f’format standardizzat.</ALINEA><ALINEA>Fil-każijiet meta l-klijent jew il-klijent potenzali jagħżlu li ma jipprovdux it-tagħrif riferit taħt l-ewwel sub-paragrafu, jew meta jipprovdu tagħrif mhux biżżejjed li jirrigwarda l-għerf jew l-esperjenza tagħhom, id-ditta tal-investiment għandha twissi lill-klijent jew il-klijent potenzali illi deċiżjoni bħal din ma tippermettix lid-ditta tistabbilixxi jekk is-servizz jew il-prodott previsti humiex approprjati għalihom. Din it-twissija tista’ tiġi pprovvduta f’format standardizzat.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="019.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet meta servizz ta’ investiment jiġi offrut bħala parti minn prodott finanzjarju li jkun diġà bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra tal-leġislazzjoni Komunitarja jew ta’ l-istandards komuni Ewropej li jkollhom x’jaqsmu ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu u krediti tal-konsumaturi rigward l-istima tar-riskju tal-klijenti u/jew ħtiġijiet tat-tagħrif, dan is-servizz ma għandux ikun bla ħsara b’mod addizzjonali għall-obbligi ddikjarati f’dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 51(1) tad-Direttiva 2004/39 jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li jkunu jistgħu jittieħdu miżuri amministrattivi xierqa jew ikunu jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuni responsabbli meta ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet sabiex tiġi implementata din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri kollha meħuda huma effettivi, proporzjonati u dissważivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Dan qed jingħad bla ħsara għall-proċeduri għall-irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Is-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I jinkludi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>akkont tiegħu inifsu [nnifsu]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Fost is-servizzi anċillari elenkati fit-Taqsima B hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[i]s-servizzi tal-kambju barrani meta dawn ikunu konnessi mal-provvediment tas-servizzi ta’ l-investiment<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Fost l-istrumenti finanzjarji li hemm fil-lista fit-Taqsima C hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[g]ħażliet, ix-xiri bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, it-tpartit, il-ftehimijiet b’rata bil-quddiem u kull kuntratt ieħor tad-derivattivi li għandu x’jaqsam mat-titoli, ir-rati jew ir-riżultat tal-produzzjoni ta’ l-imgħax, jew strumenti oħra tad-derivattivi, indiċijiet finanzjarji jew miżuri finanzjarji li jistgħu jiġu solvuti b’mod fiżiku jew fi flus fil-pront [kontanti]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/48</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/48, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-għan ta’ din id-Direttiva hu li jiġu armonizzati ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri amministrattivi ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ ftehim li jkopru kreditu għall-konsumaturi.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/48, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għal ftehim ta’ kreditu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>ftehim ta’ kreditu li huma konklużi ma’ kumpanniji ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji jew ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE għall-finijiet li investitur ikun jista’ jwettaq tranżazzjoni relatata ma’ l-istrument wieħed jew aktar elenkati fit-Taqsima C ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, fejn il-kumpannija ta’ investiment jew l-istituzzjoni ta’ kreditu li jagħtu l-kreditu hija involuta f’tali tranżazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>fehim ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> tfisser ftehim li bih kreditur jagħti jew iwiegħed li jagħti lil konsumatur kreditu fil-forma ta’ ħlas differit, self jew akkomodazzjoni finanzjarja simili oħra; ħlief għal ftehim għall-forniment fuq bażi kontinwa ta’ servizzi jew il-forniment ta’ merkanzija ta’ l-istess xorta, fejn il-konsumatur iħallas għal tali servizzi jew merkanzija għat-tul ta’ żmien tal-provvista tagħhom permezz ta’ pagamenti bin-nifs;<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 231 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Ungerija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>A Magyar Köztársaság Polgári Törvénykönyvről szoló 1959. évi IV. (Ptk.).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Kodiċi Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="231.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, djun monetarji għandhom jitħallsu fil-munita li tkun valuta legali fil-post tal-eżekuzzjoni tal-obbligazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="231.002"><NO.PARAG>2</NO.PARAG><ALINEA>Djun iddeterminati f’munita oħra jew mad-deheb jinqalbu abbażi tar-rata tal-kambju (prezz) applikata fil-post u fid-data tal-ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Kúria, fil-kompetenza tagħha bħala l-Qorti Suprema Ungeriża, fis-sentenza 6/2013 PJE, stabbilixxiet interpretazzjoni vinkolanti tal-ġurisprudenza nazzjonali dwar ftehimiet ta’ self iddenominati f’munita barranija. Abbażi tal-Artikolu 231 tal-Kodiċi Ċivili, il-Kúria kklassifikat self iddenominat f’munita barranija bħala self ta’ munita. Hija nnotat li bħala riżultat ta’ dak is-self ta’ munita jkun hemm responsabbiltà għal munita barranija, iżda li, b’kuntrast ma’ self ġenwin ta’ munita<?PAGE NO="5"?> (li jkun fih klawżola ta’ eżekuzzjoni effettiva f’munita barranija), f’self iddenominat f’munita barranija, munita tkun speċifikata bħala munita li fiha għandhom ikunu ssodisfatti obbligazzjonijiet ta’ ħlas, iżda l-munita li fiha l-ħlasijiet attwalment isiru tkun il-forint. Konsegwentement, il-Kúria interpretat din it-tranżazzjoni bħala li tfisser li l-fluss monetarju rreġistrat f’munita barranija jkun fittizju u l-fluss monetarju f’forinti Ungeriżi jkun reali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari magħmula</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju tgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>fil-<DATE ISO="20080611">11 ta’ Ġunju 2008</DATE>, abbażi tal-Artikolu 523 tal-Liġi IV tal-1959 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Ungerija […], l-istituzzjoni finanzjarja Banif Plus Bank Zrt. (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>bank<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/>), ir-rikorrent, daħal fi ftehim ta’ self iddenominat f’munita barranija mal-ewwel konvenut, klijent ta’ nazzjonalità Ungeriża. L-għan tal-ftehim ta’ self kien li jkunu speċifikati t-termini relatati mal-ammont ta’ flus (provvista ta’ servizz) li kien ser ikun disponibbli u l-ħlasijiet lura tas-self (korrispettiv). It-termini tal-ftehim ta’ self kienu jinkludu l-istipulazzjonijiet kuntrattwali essenzjali relatati mal-fluss finanzjarju fittizzju (reġistrat) f’munita barranija u l-fluss monetarju reali f’forinti.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju tkompli tgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>fiż-żmien li fih ingħata s-self, il-bank ikkalkola l-ammont ekwivalenti f’munita barranija tal-ammont li kien ser jagħti f’forinti, skont ir-rata tal-kambju applikabbli f’data li kienet ġiet iffissata minn qabel u skont l-Artikolu 231 tal-Kodiċi Ċivili. [Imbagħad,] il-bank xtara mingħand il-klijent dik il-munita, li (kienet ġiet irreġistrata bħala) li kellha titħallas minnu, billi uża r-rata tal-kambju attwali għal xiri ta’ munita barranija li kienet applikabbli fiż-żmien meta ngħata s-self (tranżazzjoni bir-rata tal-kambju prevalenti) u ħallas l-ammont ekwivalenti f’forinti lill-klijent. [Wara,] il-bank biegħ lill-klijent il-munita rreġistrata bi skambju tal-forinti, billi uża r-rata tal-kambju attwali għal xiri ta’ munita barranija li kienet applikabbli fiż-żmien tal-ħlas lura tas-self (tranżazzjoni bir-rata tal-kambju futura applikabbli fiż-żmien tal-ħlas lura), biex il-klijent ikun jista’ jissodisfa, f’munita barranija, il-ħlas lura tal-obbligazzjoni tiegħu, li kien irreġistrat f’munita barranija.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju żżid tgħid li meqjus <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>li l-ftehim ta’ self iddenominat f’munita barranija, li huwa s-suġġett tal-kawża prinċipali, għandu dimensjoni fis-suq monetarju (li tikkonsisti mis-self), u possibbilment dimensjoni fis-swieq tal-kapital (li tikkonsisti fit-tranżazzjonijiet tar-rata tal-kambju ta’ munita), iqumu dubji dwar l-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ strument finanzjarju u attività ta’ investiment imwettqa permezz ta’ strument finanzjarju.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti nazzjonali għamlet id-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>(1)</NO.P><TXT>Il-fatt li klijent jiġi propost, taħt titolu ta’ kuntratt ta’ self f’munita barranija, tranżazzjoni (ta’ kambju), li timplika kambju fi forint Ungeriż ta’ ammont f’munita barranija, u li tikkonsisti fi spot transaction fil-mument tar-radd ta’ fondi u bil-prezz miftiehem imma mħallas wara fil-mument tal-ħlas lura, li permezz tagħha s-self mogħti lill-klijent jesponieh għall-varjazzjonijiet tas-suq tal-kapital u għar-riskji li jirriżultaw minnu (riskju ta’ kambju) għandha tiġi kkunsidrata bħala li taqa’ taħt il-kunċett ta’ strument finanzjarju, fis-sens tad-definizzjonijiet li jinsabu fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) (servizzi u attivitajiet ta’ investiment) u fil-punt 17 tal-Artikolu 4(1) (strument finanzjarju), kif ukoll fil-punt (4) tat-Taqsima Ċ tal-Anness I (ix-xiri [kuntratti] bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, strumenti tad-derivattivi) tad-[Direttiva 2004/39]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jekk l-istrument finanzjarju li għalih isir riferiment fl-ewwel domanda jagħmel parti mit-twettiq ta’ attività kummerċjali akkont tagħha nnifisha, għandu jiġi kkunsidrat bħala servizz jew bħala attività ta’ investiment fis-sens tad-definizzjonijiet li jinsabu fil-punt (6) tal-Artikolu 4(1) (in-negozjar akkont tagħhom infushom) u fil-punt (3) tat-Taqsima A tal-Anness I (il-kummerċ akkont tiegħu innifsu) tad-[Direttiva 2004/39]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>L-istabbiliment finanzjarju għandu l-obbligu li jwettaq l-evalwazzjoni tal-adegwatezza prevista fl-Artikolu 19(4) u (5) [ad-[Direttiva 2004/39], peress illi t-tranżazzjoni bil-prezz miftiehem imma mħallas wara f’munita barranija, inkwantu servizz ta’ investiment li jirrigwarda strument finanzjarju derivattiv, ġiet proposta fil-kuntest ta’ prodott finanzjarju ieħor (is-self) u li l-istrument derivattiv huwa, minnu nnifsu, strument finanzjarju kumpless? L-applikazzjoni tal-Artikolu 19(9) tad-[Direttiva 2004/39] hija eskluża fid-dawl tal-fatt li r-riskji inerenti għas-self u għall-istrument finanzjarju jvarjaw fundamentalment, meta l-imsemmija evalwazzjoni tal-adegwatezza tidher indispensabbli fid-dawl tas-suġġett tat-tranżazzjoni mwettqa mill-istrument derivattiv?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>L-evitar tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(4) u (5) tad-[Direttiva 2004/39] jimplika, waħdu, il-konstatazzjoni tan-nullità tal-kuntratt ta’ self konkluż bejn il-bank u l-klijent?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub kienu rċevuti mingħand il-konvenuti, Márton Lantos u Mártonné Lantos, il-gvernijiet tal-Ungerija, tal-Ġermanja, tal-Polonja u tar-Renju Unit, u l-Kummissjoni. Ma kien hemm ebda seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, id-deċiżjoni tar-rinviju hija inammissibbli għar-raġunijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Niftakar li bl-informazzjoni mogħtija fid-deċiżjoni tar-rinviju l-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri u oħrajn li kellhom il-jedd jissottomettu osservazzjonijiet, għandhom ikunu jistgħu jifhmu b’mod iktar ċar il-kuntest fil-fatt u fid-dritt tal-kawża prinċipali, u l-informazzjoni għandha tagħti r-raġunijiet għaliex il-qorti nazzjonali ma hijiex ċerta dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u għaliex tqis li huwa meħtieġ li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa importanti jiġi enfasizzat li l-informazzjoni mogħtija fid-deċiżjoni tar-rinviju sservi mhux biss biex ikun żgurat li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti risposta utli, iżda ugwalment biex tagħti lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lil partijiet oħra kkonċernati l-għażla li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom b’konformità mal-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara d-digriet Herrenknecht (C‑366/14, EU:C 2014:2353, punti 14, 15 u 17 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Dawk ir-rekwiżiti dwar il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari jinsabu espliċitament fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura u huma riflessi wkoll fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lil qrati u tribunali b’rabta mal-bidu ta’ proċeduri għal deċiżjoni preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="338" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 C 338, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. Huwa evidenti, b’mod partikolari mill-punt 22 ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet, li talba għal deċiżjoni preliminari għandha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>tkun suffiċjentement kompleta u tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti b’mod li tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll lill-partijiet interessati li għandhom id-dritt li jippreżentaw osservazzjonijiet, li <HT TYPE="ITALIC">jifhmu tajjeb</HT> il-kuntest fattwali u d-dritt tal-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> (enfasi tiegħi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju sservi bħala l-bażi tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, huwa essenzjali li l-qorti nazzjonali tagħti, fid-deċiżjoni tar-rinviju nnifisha, il-kuntest fil-fatt u fid-dritt tal-każ fil-kawża prinċipali u, għall-inqas, ammont minimu ta’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-għażla tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li hija titlob li jkunu interpretati u tar-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawk id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-proċeduri pendenti quddiemha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Digriet Talasca (C‑19/14, EU:C 2014:2049, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-qrati nazzjonali huma marbuta li josservaw ir-rekwiżiti dwar il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>b’mod skrupuluż<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ibid punt 21.</P></NOTE>, iżda fl-opinjoni tiegħi d-deċiżjoni tar-rinviju fil-kawża prinċipali ma tagħmilx hekk.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-informazzjoni fattwali limitata mogħtija fid-deċiżjoni tar-rinviju hija riprodotta fil-punti 14 sa 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Għall-kompletezza nżid li hemm deskrizzjoni qasira tal-fehmiet tal-partijiet li ma jaqblux bejniethom dwar il-problema legali attwali, inkluż riferiment qasir ħafna għal fehmiet f’kompetizzjoni bejniethom dwar l-applikabbiltà tad-Direttiva 2004/39. Fid-dokument tidher ukoll ġabra fil-qosor ta’ xi dispożizzjonijiet apparentement rilevanti tad-dritt Ungeriż, iżda xejn iktar.</P></NOTE>. Għalhekk hemm ammont kbir ta’ informazzjoni fattwali li ma tinsabx fid-deċiżjoni tar-rinviju li jeħtiġilha tkun hemm qabel ma d-domandi preliminari magħmula jkun jista’ jingħatalhom risposta b’mod li jagħmel sens. Hawn għandi f’moħħi, pereżempju, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali eżatti li hemm fit-tilwima, u deskrizzjoni ddettaljata ta’ x’ġara bejn il-partijiet biex huma spiċċaw f’litigazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi legali rispettivi tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Skont l-osservazzjonijiet tad-debituri, il-litigazzjoni ewlenija tidher li hija dwar l-irkupru tas-self mill-bank. Márton Lantos huwa d-debitur ewlieni, iżda Mártonne Lantos tħarket mill-bank abbażi ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-responsabbiltà konġunta tal-konjuġi dwar kreditu relatat ma’ proprjetà matrimonjali. L-osservazzjonijiet tagħhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tat-termini kuntrattwali, b’diskussjoni qasira biss tal-klawżoli rilevanti tal-kuntratt ta’ self. Dan tal-aħħar huwa anness mal-osservazzjonijiet bil-miktub tad-debituri.</P></NOTE>. Id-deċiżjoni tar-rinviju nieqsa wkoll minn kull informazzjoni dwar il-munita barranija li fiha kien intlaħaq il-ftehim<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Filwaqt li d-deċiżjoni tar-rinviju ma jgħid xejn dwar il-munita barranija inkwistjoni, skont diversi osservazzjonijiet bil-miktub l-arranġamenti kienu saru fi franki Svizzeri.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tgħid fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha li hija studjat il-proċess tal-kawża tal-qorti nazzjonali, u, għalhekk, il-<HT TYPE="ITALIC">lacuna</HT> fattwali kienet parzjalment, għall-Kummissjoni, imtliet. Madankollu, il-proċess tal-kawża ma kienx intbagħat lill-gvernijiet tal-Istati Membri. Huma kellhom jieħdu deċiżjonijiet dwar jekk kellhomx jagħmlu intervent fil-kawża abbażi tad-deċiżjoni tar-rinviju u ta’ tagħrif ġenerali dwar self f’munita barranija mogħti lil konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Barra dan, kif diversi gvernijiet innotaw fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, il-fatti li kienu ntbagħtu, f’ċertu rigward, ma kinux jinftehmu. Konsegwentement qamet, għalhekk, problema dwar il-koerenza tad-domandi preliminari magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-gvern Ungeriż jinnota li l-qorti nazzjonali tagħmel riferiment għal dispożizzjonijiet nazzjonali dwar self għal investiment u għal kuntratti ta’ konverżjoni f’munita barranija mingħajr ma tispeċifika jekk l-arranġament inkwistjoni jkunx ta’ waħda minn dawn il-kategoriji. It-tieni nett, il-gvern Ġermaniż jagħmel riferiment għall-fatt li d-deċiżjoni tar-rinviju tindika li l-kuntratt ta’ self f’munita barranija jkun jikkonsisti f’xiri bi flus kontanti fid-data tal-għoti tas-self u f’xiri bil-quddiem fid-data tar-rimbors. Skont dan il-gvern huwa diffiċli wieħed jifhem għaliex il-qorti nazzjonali tar-rinviju hija tal-fehma li l-kwistjoni hija dwar xiri bil-quddiem ta’ munita meta hija tispjega li tkun tapplika r-rata tal-kambju fid-data tar-rimbors. Il-gvern Ungeriż għandu wkoll diffikultajiet biex jifhem jekk il-qorti nazzjonali ssostnix li l-arranġamenti quddiem il-partijiet jikkostitwixxux tranżazzjoni bil-quddiem ta’ munita barranija (f’suq finanzjarju mhux regolat [over the counter (OTC)]) jew jekk hijiex sempliċement biħsiebha tagħmel riferiment għad-definizzjoni legali ta’ dan il-kunċett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Personalment ninsab f’diffikultajiet biex nifhem għaliex id-debituri kellhom bżonn self mill-bank jekk setgħu jbiegħu lill-bank is-somma rilevanti fi franki Svizzeri. Jingħad fir-riferiment li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[Imbagħad,] il-bank xtara mingħand il-klijent dik il-munita<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota, abbażi tal-proċess nazzjonali tal-kawża, li kien ingħata self fi franki Svizzeri iżda li kien ingħata u kellu jitħallas lura f’forinti Ungeriżi. Skont l-osservazzjonijiet tad-debituri, l-arranġament inkwistjoni huwa ekwivalenti, għall-inqas parzjalment, għal strument dwar investiment fi franki Svizzeri.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>It-tieni nett, ma hemmx konsistenza biżżejjed u preċiżjoni fattwali biex il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi jekk il-miżura deskritta fid-deċiżjoni tar-rinviju tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>strument finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, għall-finijiet tad-Direttiva 2004/39. Kif innotat fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Ġermanja u tar-Renju Unit, hemm nuqqas ta’ ċarezza dwar it-tip ta’ tranżazzjoni li l-bank ftiehem dwarha mad-debitur, u ċertu ambigwità. Il-gvern Ġermaniż iżid jgħid li d-deċiżjoni tar-rinviju xi drabi tagħti l-impressjoni li jkun ser iseħħ ix-xiri u l-bejgħ ta’ munita barranija, iżda fl-istess waqt ikun deskritt fluss fittizju ta’ munita barranija. Ma huwiex ċar liema xiri ta’ muniti u flussi ta’ ħlasijiet kienu attwalment seħħew. Skont ir-Renju Unit ma huwiex ċar jekk hemmhekk l-arranġament jikkonsistix f’żewġ strumenti separati jew wieħed ibridu, u jekk verament hemmx taħlita ta’ tranżazzjoni spot u tranżazzjoni bil-quddiem u mhux żewġ tranżazzjonijiet spot.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Flimkien ma’ dan, ir-rilevanza tad-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fid-deċiżjoni tar-rinviju ma hijiex ċara, minħabba li ma jidhirx kif huma relatati, bir-raġun, mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. Konsegwentement, huwa diffiċli għal dawk li ma għandhomx tagħrif fil-fond tad-dritt Ungeriż jifhmu r-riferiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Nosserva li osservazzjonijiet bil-miktub tal-Ungerija jiddeskrivu l-qafas legali f’iktar dettall mid-deċiżjoni tar-rinviju, iżda dak il-gvern iqis it-talba għal deċiżjoni preliminari bħala inammissibbli, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza b’rabta mar-rilevanza tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jissemmew fiha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>U fl-aħħar nett, il-kwistjoni jekk il-bank jeħtiġlux jagħmel it-test tal-adattabbiltà preskritt mill-Artikolu 19(4) u (5) tad-Direttiva 2004/39, jew jekk huwiex eżentat milli jagħmel hekk mill-Artikolu 19(9) tal-istess direttiva, huwa impossibbli tingħatalha risposta minħabba li ma hemmx informazzjoni biżżejjed fid-deċiżjoni tar-rinviju. Dak li l-Qorti tal-Ġustizzja jeħtiġilha tagħmel hawnhekk huwa li tiddetermina jekk tapplikax id-Direttiva 2004/39, jew jekk japplikax strument legali ieħor tad-dritt tal-Unjoni mfassal biex jipproteġi l-interessi tal-konsumatur, bħad-Direttiva 2008/48. Kif ser jintwera mid-diskussjoni iktar ’il quddiem, hija l-impressjoni tiegħi mill-informazzjoni li hemm li t-tilwima inkwistjoni ma hijiex ġejja mid-Direttiva 2004/39, iżda hija pjuttost irregolata mid-Direttiva 2008/48. Iktar minn hekk, nosserva li leġiżlazzjoni nazzjonali li timplementa d-Direttiva 2004/39 tapplika għal self għal investiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-punt 6 tal-Artikolu 4 tal-Liġi CXXXVIII tal-2007, li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20071201">1 ta’ Diċembru 2007</DATE>, li ttrasponiet fid-dritt Ungeriż id-Direttiva 2004/39 (a befektetési vállalkozásokról és az árutőzsdei szolgáltatókról, valamint az általuk végezhető tevékenységek szabályairól szóló 2007. Évi CXXXVIII. Törvény).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, self bħal dan ma huwiex tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48, iżda l-inqas ma huwa ddefinit bħala servizz finanzjarju jew strument finanzjarju fid-Direttiva 2004/39. Issa li għidt dan, ma naħsibx li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha informazzjoni biżżejjed quddiemha biex tirrispondi d-domanda 3.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja, madankollu, tqis li d-domandi preliminari huma ammissibbli, ser niddiskuti fil-qosor il-kwistjonijiet legali li, fl-opinjoni tiegħi, jistgħu jkunu rilevanti għal risposta għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ser nadotta ipoteżi fis-sens li l-każ huwa dwar self iddenominat f’munita barranija mogħti lil persuna fiżika, u b’mod iktar preċiż, lil konsumatur. Tabilħaqq, l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-konvenuti fil-kawża prinċipali juru li l-għan tal-arranġament tas-self kien il-finanzjament ta’ xiri ta’ karozza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-konvenuti fil-kawża prinċipali huwa sottomess li Márton Lantos fil-<DATE ISO="20080611">11 ta’ Ġunju 2008</DATE>, kien ftiehem mal-bank, dwar kreditu għall-konsumatur innominat fi franki Svizzeri biex jiġi ffinanzjat l-akkwist ta’ vettura bil-mutur.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Niftakar li l-Avukat Ġenerali Wahl kien osserva <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>f’Kásler u Káslerné Rábai</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑26/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:85">EU:C:2014:85</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0001">1</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[d]in il-kawża saret fil-kuntest tal-offerta ta’ kuntratti ta’ kreditu lill-konsumatur f’munita barranija. L-użu ta’ tali kuntratti, li hija prassi komuni f’ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u li, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, jista’ jitqies li huwa attraenti mill-persuni li jissellfu minħabba r-rata ta’ interess baxxa iktar minn dik ġeneralment applikata, wera, wara l-kriżi finanzjarja internazzjonali fl-aħħar tas-snin 2000, li kien problematiku għal ħafna individwi minħabba l-iżvalutazzjoni ta’ ċerti muniti meta mqabbla mal-munita barranija inkwistjoni (jiġifieri l-frank Svizzeru). Dawn l-individwi sabu ruħhom obbligati<?PAGE NO="9"?> jirrimborsaw pagamenti, f’munita nazzjonali, li kienu kunsiderevolment ogħla minn dawk li kien ikollhom iħallsu li kieku dawn ġew ikkalkolati abbażi tar-rata tal-kambju ta’ dakinhar, applikabbli fil-mument li ngħata s-self. Ir-riperkussjonijiet osservati kienu tali li, b’mod indirett, is-settur bankarju ta’ ċerti pajjiżi sab ruħu affetwat b’mod kunsiderevoli<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>L-Avukat Ġenerali Wahl kompla jispjega (fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 tal-konklużjonijiet) li skont il-qorti tar-rinviju f’dik il-kawża t-teħid ta’ self mill-familji Ungeriżi mingħand stabbilimenti ta’ kreditu kien jirrappreżenta 32.56 % tal-prodott domestiku gross (PDG), skont l-istatistika relatata mat-tieni nofs tas-sena 2012 ipprovduta mill-Magyar Nemzeti Bank (Bank Nazzjonali Ungeriż), u bejniethom, l-ekwivalenti ta’ 18.54 % tal-PDG, somma ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">5289</FT> biljun, relatata ma’ self f’munita barranija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali Kásler. Speċifikatament fir-rigward ta’ self iddenominat fi franki Svizzeri, dan kien ġie offrut fuq skala kbira mhux biss fl-Ungerija, iżda wkoll fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari fil-Polonja u fil-Kroazja.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, il-leġiżlaturi Ungeriżi rreaġixxew għall-piż aggravat tad-dejn fuq familji Ungeriżi permezz ta’ pakkett leġiżlattiv li kien immirat l-iktar biex jipproteġi sidien ta’ djar midjuna. Il-miżuri adottati jgħinu, fost inizjattivi oħra, biex isir il-ħlas lura finali ta’ djun f’munita barranija b’rati tal-kambju preferenzjali fissi permezz ta’ skema sostnuta mill-gvern, u ta’ konverżjoni obbligatorja preskritta ta’ self ipotekarju maħruġ f’munita barranija. Barra dan, huma llimitaw l-użu ta’ bini residenzjali bħala ipoteka, u pprovdew għal self issussidjat b’rata ta’ interessi f’forinti, kif ukoll għal għajnuna soċjali għal debituri li kienu qed iħabbtuha ma’ żgumbrament minħabba diffikultajiet li ltaqgħu magħhom fil-ħlas lura ta’ self f’munita barranija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara fost inizjattivi oħra l-Att LXXV ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffissar tar-rata tal-kambju użata għall-kalkolazzjoni ta’ strumenti ta’ kambju barrani ddenominati bħala self ipotekarju u l-bejgħ bis-subbasta ta’ proprjetajiet residenzjali, Ordni tal-Gvern Nru 341/2011 dwar sussidju ta’ interssi għall-akkomodazzjoni u l-Att CLXXIII tal-2013 dwar faċilità ta’ limitu ta’ rata tal-kambju.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>It-tieni nett, ikun utli jitfakkru l-kunċetti bażiċi tal-liġi dwar l-obbligazzjonijiet monetarji, jiġifieri dawk ta’ <HT TYPE="ITALIC">flus akkont</HT> li jiddefinixxu l-miżura tal-obbligazzjoni monetarja, u dawk ta’ <HT TYPE="ITALIC">flus ta’ ħlas</HT> li huma l-mod ta’ eżekuzzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P><HT TYPE="ITALIC">Mann on the Legal Aspect of Money</HT>, Proctor, Ch., Kleiner, C., u Mohs, Fl. (Edituri.), is-Seba’ Edizzjoni, Oxford University Press, Oxford 2012, f’paġna 127.</P></NOTE>. Id-differenza bejn flus akkont u flus ta’ ħlas permezz ta’ klawżola ta’ munita tgħin lill-kreditur jittrasferixxi r-riskju tad-deprezzament tal-valur estern u/jew intern tal-flus tal-ħlas lid-debitur, li fl-istess waqt ikun jista’ japprofitta minn rata iktar baxxa ta’ interess nominali. Din hija r-raġuni għaliex self iddenominat f’munita barranija jintuża ħafna f’ċerti Stati Membri. L-użu ta’ klawżola ta’ munita jfisser li d-debitur jidħol f’obbligazzjoni li jħallas somma ta’ flus mhux ċerta imma li tista’ tiġi aċċertata. Madankollu, għandna quddiemna obbligazzjoni monetarja li tista’ tiġi llikwidata billi titħallas is-somma rilevanti ta’ flus fil-flus tal-ħlas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P><HT TYPE="ITALIC">Mann on the Legal Aspect of Money</HT>, f’paġna 104. Artikolu 4(28) tad-Direttiva 2014/17, iqis bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>self f’munita barranija<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> kuntratt ta’ kreditu fejn il-kreditu jkun jew iddenominat f’munita li ma tkunx dik li fiha l-konsumatur jirċievi d-dħul li fiha jkollu l-assi li minnhom ikollu jitħallas [lura] l-kreditu, jew iddenominat f’munita li ma tkunx dik tal-Istat Membru ta’ residenza tal-konsumatur.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, din is-sitwazzjoni fattwali tidher li hija ekwivalenti għal self maħruġ mill-bank lil konsumatur fejn il-flus akkont miftiehma jkunu franki Svizzeri, li l-valur tagħhom jiddetermina l-kapital tas-self u l-ħlas akkont tagħhom, filwaqt li l-flus ta’ ħlas ikunu forinti Ungeriżi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunċetti ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ strument finanzjarju u servizz ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ investiment (Domandi 1 u 2)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju tindika li l-qorti nazzjonali tar-rinviju hija tal-fehma li l-flussi fittizji ta’ franki Svizzeri inkwistjoni huma ekwivalenti għal strument finanzjarju, hawnhekk ovvjament strument derivattiv bħal tranżazzjoni bil-quddiem ta’ munita bejn il-bank u l-klijent, b’dan tal-ewwel ikun aġixxa f’ismu proprju, u ovvjament f’suq OTC<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Id-deċiżjoni tar-rinviju tagħmel riferiment għal diversi dispożizzjonijiet nazzjonali dwar tranżazzjonijiet bil-quddiem ta’ munita magħmula f’suq finanzjarju mhux regolat (OTC).</P></NOTE> jew fi sfond simili.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Hawnhekk jeħtieġli nibda minn punt fundamentali. L-għan tad-Direttiva 2004/39 huwa l-protezzjoni ta’ investituri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-premessi 2 u 31 tad-Direttiva 2004/39.</P></NOTE>. Investitur skont din id-direttiva huwa xi ħadd li jinvesti jew li jkun biħsiebu jinvesti l-kapital tiegħu stess jew misluf fi strument finanzjarju biex jikseb introjtu, jew għall-inqas jipproteġi l-valur tal-kapital tiegħu. Il-proċess tal-kawża jindika li l-klijent ma kien biħsiebu jinvesti ebda kapital iżda l-għan tiegħu kien li jissellef mill-bank is-somma meħtieġa biex jiffinanzja l-akkwist ta’ prodott li jservi għall-konsumatur, jiġifieri karozza. M’iniex konvint, jekk dan huwa l-punt li d-debituri jixtiequ jagħmlu fl-osservazzjonijiet tagħhom, li kien ikun hemm investiment fi franki Svizzeri, minn waħda miż-żewġ partijiet. Għalkemm ma hijiex deċiżiva legalment għar-riżoluzzjoni tat-tilwima, fl-opinjoni tiegħi l-protezzjoni ta’ investiment skont id-Direttiva 2004/39 ma hijiex maħsuba biex tkopri sitwazzjonijiet li fihom konsumaturi jkunu qed jiffinanzjaw il-konsum tagħhom, b’kuntrast ma’ investimenti, li f’termini ekonomiċi huma għamla ta’ tifdil ta’ flus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Issa li ntqal dan, il-qorti nazzjonali tar-rinviju u l-konvenuti fil-kawża prinċipali jagħtu l-impressjoni li huma qed jibnu fuq l-approċċ li jkun hemm tranżazzjoni bil-quddiem ta’ munita ekwivalenti għal kuntratt derivattiv skont il-punt 4 tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-punt 16 iktar ’il fuq. Barra dan, il-konvenuti fil-kawża prinċipali jsostnu li l-arranġament fih kuntratt imħallat li jinkludi, minn naħa, kuntratt ta’ kreditu, u min-naħa l-oħra, tranżazzjoni bil-quddiem ta’ rata tal-kambju u trasferiment ta’ riskju ta’ munita, b’dawn l-elementi tal-aħħar ikunu servizzi finanzjarji dwar strumenti finanzjarji.</P></NOTE>. Fl-opinjoni tiegħi dan l-approċċ ma huwiex legalment sostenibbli għar-raġunijiet li ser nispjega hawn taħt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Niftakar li skont l-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Servizzi u attivitajiet ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tfisser kull wieħed mis-servizzi u l-attivitajiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I li għandhom x’jaqsmu ma’ kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima C tal-Anness I. Skont l-Artikolu 4(1)(6) tad-Direttiva 2004/39 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>In-negozjar akkont tagħhom infushom<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> tfisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar. Skont l-Artikolu 4(1)(17) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Strument finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima Ċ tal-Anness I.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-arranġament inkwistjoni (self iddenominat f’munita barranija mogħti lil konsumatur, jew il-komponent tiegħu ta’ tranżazzjoni bil-quddiem, jekk dan tal-aħħar jista’ jiġi sseparat legalment mis-self) jista’ jinqabad biss b’dispożizzjoni waħda tad-Direttiva 2004/39; jiġifieri, il-punt 4 tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva. Skont it-termini ta’ din it-taqsima, strumenti finanzjarji jinkludu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>[g]ħażliet, ix-xiri bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, it-tpartit, il-ftehimijiet b’rata bil-quddiem <HT TYPE="ITALIC">u kull kuntratt ieħor tad-derivattivi</HT> li għandu x’jaqsam mat-titoli, ir-rati jew ir-riżultat tal-produzzjoni ta’ l-imgħax, jew strumenti oħra tad-derivattivi, indiċijiet finanzjarji jew miżuri finanzjarji li jistgħu jiġu solvuti b’mod fiżiku jew fi flus fil-pront.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> (enfasi tiegħi)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, ma hemmx ħtieġa li ssir analiżi ta’ liema kategorija preċiża huma l-arranġamenti finanzjarji inkwistjoni, fost dawk li huma elenkati fil-punt 4 tat-Taqsima C tal-Anness 1. Huma kollha kuntratti jew strumenti derivattivi, u kif ġie nnotat fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Polonja, strumenti derivattivi huma dawk li jistgħu jintużaw għal hedging jew għal għanijiet spekulattivi minħabba li prezz, rata jew valur futuri tal-assi bażiku <HT TYPE="ITALIC">jkunu ffissati minn qabel</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Kif tosserva l-Ġermanja, ma hemmx definizzjoni waħda fid-dritt tal-Unjoni li torbot legalment ta’ strumenti derivattivi, iżda ħafna strumenti fid-dritt tal-Unjoni jagħmlu riferiment għall-kunċett. Fil-letteratura dwar il-finanzi u l-ekonomija hemm ħafna definizzjonijiet. Pereżempju, skont id-definizzjonijiet adottati mill-Fond Monetarju Internazzjonali hemm “żewġ tipi wiesa’ ta’ derivattivi finanzjarji. F’kuntratt bil-quddiem, li huwa mingħajr kundizzjonijiet, żewġ kontropartijiet jaqblu li jiskambjaw, f’data speċifikata, kwantità speċifikata ta’ oġġett bażiku (reali jew finanzjarju) bi prezz maqbul b’kuntratt (il-prezz stipulat). F’kuntratt b’opzjoni, ix-xerrej jikseb mingħand il-bejjiegħ dritt li jixtri jew li jbigħ, (skont jekk l-opzjoni hija ta’ xiri jew ta’ bejgħ) oġġett bażiku għal prezz stipulat jew qabel data speċifikata. B’differenza ta’ strumenti ta’ dejn, derivattivi finanzjarji ma jakkumulawx dħul minn investiment; lanqas ma huma ammonti prinċipali mħallsa bil-quddiem li jridu jitħallsu lura.’’ Ara l-paragrafu FD3 ta’ Financial Derivatives. A Supplement to the fifth edition (1993) of the Balance of Payments Manual, Fond Monetarju Internazzjonali, 2000. Jista’ jiġi kkonsultat bil-link http://www.imf.org/external/pubs/ft/fd/2000/finder.pdf.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Dan jimplika l-prospett tal-prezz, rata jew valur attwali li jvarja minn dak li dwaru jkun sar kuntratt għall-futur. Din iċ-ċirkustanza toħloq ukoll fl-istrument derivattiv valur ekonomiku indipendenti, differenti minn kuntratti li jkun jeħtiġilhom biss eżekuzzjoni, f’data fil-futur u fil-valur attwali tiegħu fil-jum tal-eżekuzzjoni, ta’ tranżazzjoni dwar l-assi bażiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Jekk A jagħti lill B self ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> (flus akkont) pagabbli f’dollari Amerikani (flus tal-ħlas) bir-rata applikabbli fid-data tal-ħlas, B ikollu jħallas lura USD <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> jekk ir-rata f’dik id-data tkun 1 USD/EUR, imma USD <FT TYPE="NUMBER">120000</FT> jekk ir-rata tkun 1.2 USD/EUR. Jekk A u B jiftehmu fil-kuntratt ta’ self li r-rata applikabbli għall-ħlas lura tkun 1.2 USD/EUR indipendentement mir-rata attwali applikabbli f’dik id-data, xi ħaġa li legalment hija ekwivalenti għal tranżazzjoni ta’ munita bil-quddiem, il-klawżola tat-tranżazzjoni ta’ munita bil-quddiem ikollha fil-jum tal-ħlas lura valur ta’ żero dollari jekk ir-rata attwali tkun 1.2 USD/EUR (minħabba li EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> ikunu ugwali għal USD <FT TYPE="NUMBER">120000</FT>). Madankollu, jekk ir-rata f’dik id-data tkun 1 USD/EUR, il-parti tat-tranżazzjoni bil-quddiem tan-negozju jkollha valur separat ta’ EUR/USD <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> minħabba li l-kreditur jieħu, minbarra l-kapital ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> (li jkun ugwali għal USD <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> pagabbli mid-debitur) anki USD <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> (li tkun somma ugwali f’EUR) li jirrappreżentaw id-differenza bejn ir-rata fissa u r-rata attwali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fl-arranġamenti tal-munita stabbiliti fl-istruttura tas-self fil-kawża prinċipali, kull likwidazzjoni ta’ obbligazzjonijiet monetarji ddenominati fi franki Svizzeri kellha ssir f’forinti Ungeriżi b’rata applikabbli fiż-żmien tal-ħlas lura tas-self jew fil-ħlasijiet akkont tiegħu. Din il-gradazzjoni fir-rata attwali ta’ franki Svizzeri ċċaħħad l-arranġament min-natura ta’ kuntratt bil-quddiem. Dan huwa għaliex dik li suppost tkun tranżazzjoni bil-quddiem li tagħmel parti mill-arranġament ma tirrappreżenta ebda valur legali jew ekonomiku differenti b’rabta mal-ftehim ta’ self bħala tali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Jekk wieħed jassumi li ma jkunx hemm restrizzjonijiet dwar movimenti tal-kapital jew kontrolli tal-munita.</P></NOTE>. Kif il-Ġermanja sewwa tosserva, essenzjalment hija jkun jeħtiġilha l-likwidazzjoni ta’ dejn iddenominat f’munita barranija fil-munita nazzjonali, iżda bir-rata kurrenti fid-data tal-ħlas, u, għalhekk, ma tirrappreżenta ebda differenza rilevanti b’rabta ma self klassiku f’munita barranija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, jidher li l-kuntratt bil-quddiem allegat huwa sempliċement mod ikkomplikat ta’ kif tiġi fformulata klawżola ta’ munita barranija applikabbli għas-self u kif jiġi ttrasferit ir-riskju tal-munita dwar deprezzament tal-munita nazzjonali mill-kreditur għad-debitur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Madankollu, ma huwiex ta’ kenn għall-kreditur kontra d-deprezzament tal-munita barranija rilevanti kontra l-munita nazzjonali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Dwar id-Domanda 2, niftakar li skont l-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Servizzi u attivitajiet ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tfisser kull wieħed mis-servizzi u l-attivitajiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I li għandhom x’jaqsmu ma’ kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima C tal-Anness I. Għalhekk, għar-raġunijiet deskritti iktar ’il fuq, ma hemmx strument finanzjarju skont it-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39. L-applikabbiltà tat-Taqsima A ta’ dak l-anness hija wkoll eskluża. Konsegwentement id-Direttiva nfisha ma hijiex applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għalhekk, jekk id-Domandi 1 u 2 għandhom jingħataw risposta, fl-opinjoni tiegħi r-risposta għandha tkun fis-sens li self espress f’munita barranija iżda mogħti u pagabbli f’munita nazzjonali fir-rata attwali fil-jum tal-ħlas, la huwa fih innifsu strument finanzjarju jew servizz finanzjarju u lanqas ma jinkludi lil dawn skont kif titlob id-Direttiva 2004/39, u, għalhekk, id-Direttiva ma hijiex applikabbli għall-arranġament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni tal-Artikolu 19(9) tad-Direttiva 2004/39 (Domanda 3)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Id-Domanda 3 hija dwar l-eżistenza ta’ obbligu mill-istituzzjoni finanzjarja li tagħmel it-test tal-adattabbiltà mitlub mill-Artikolu 19(4) u (5) tad-Direttiva 2004/39. Dan kien neċessarjament isegwi, skont id-domanda, kieku kien offrut strument finanzjarju bħala parti minn prodott finanzjarju ieħor (jiġifieri ftehim ta’ self). Kif spjegajt iktar ’il fuq, fil-fehma tiegħi, din il-karatterizzazzjoni tal-arranġament tidher li ma hijiex korretta legalment u li d-Direttiva ma hijiex applikabbli għas-sitwazzjoni li nqalgħet fil-litigazzjoni ewlenija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali tistaqsi barra dan jekk l-Artikolu 19(9) tad-Direttiva 2004/39 huwiex applikabbli jew le. Skont l-Artikolu 19(9) tad-Direttiva 2004/39, jekk servizzi ta’ investiment ikunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>diġà bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra tal-leġislazzjoni Komunitarja jew tal-istandards komuni Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fl-oqsma rilevanti, allura l-obbligi tal-Artikolu 19 ma jkunux applikabbli. Skont id-Domanda 3, ir-riskji li jieħu l-klijent fir-rigward tas-self u tal-istrument finanzjarju huma fundamentalment differenti, u, għalhekk, it-test tal-adattabbiltà huwa essenzjali minħabba li t-tranżazzjoni kien fiha strument derivattiv. Hawn ukoll id-domanda tibni fuq il-preżunzjoni spjegata iktar ’il fuq dwar l-eżistenza ta’ strument finanzjarju li jiena ma naqbilx dwarha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, ma huwiex meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta għal din id-domanda preliminari. Madankollu, ser nagħmel l-osservazzjonijiet sussidjarji li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Genil 48 u Comercial Hostelera de Grandes Vinos</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑604/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:344">EU:C:2013:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>[…] l-Artikolu 19(9) tad-Direttiva 2004/39 għandu jiġi interpretat fis-sens li, <HT TYPE="ITALIC">minn naħa</HT>, servizz ta’ investiment ma jiġix offrut bħala parti minn prodott finanzjarju ħlief jekk jagħmel parti integrali fil-mument meta dan huwa offert lill-klijent u, <HT TYPE="ITALIC">min-naħa l-oħra</HT>, id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u r-regoli komuni Ewropej li tirreferi għalihom din id-dispożizzjoni għandhom jippermettu evalwazzjoni tar-riskji tal-klijenti u/jew jinkludu rekwiżiti fil-qasam tal-informazzjoni, li jiġbru fi ħdanhom ukoll is-servizz ta’ investiment li jagħmel parti integrali mill-prodott finanzjarju inkwistjoni, sabiex dan is-servizz ma jkunx iktar suġġett għall-obbligi stipulati fl-imsemmi Artikolu 19.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> (enfasi tiegħi)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Iż-żewġ kundizzjonijiet huma ssodisfatti f’dan il-każ. <HT TYPE="ITALIC">L-ewwel nett</HT>, il-kuntratt bil-quddiem ta’ munita allegat kien jagħmel parti integrali mill-arranġament tas-self fiż-żmien li kien offrut lill-klijent. Nenfasizza li l-għan tas-self kien il-finanzjament tal-akkwist ta’ karozza, ċirkustanza li tikkwalifikaha bħala ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur. Għalhekk ma huwiex meħtieġ li jkun diskuss jekk self mogħti għal investimenti fi strumenti finanzjarji jkunx bħala tali jew <HT TYPE="ITALIC">ex analogia</HT> tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/39.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P><HT TYPE="ITALIC">52.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni nett</HT>, id-Direttiva 2008/48 dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi tistabbilixxi rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar arranġamenti ta’ self tax-xorta inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/48 jipprovdi għal obbligi estensivi fir-rigward ta’ reklamar. L-Artikoli 5 u 6 jistabbilixxu obbligi fir-rigward ta’ informazzjoni li għandha tingħata lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu. Din l-informazzjoni tinkludi, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tar-rata tas-self [Artikolu 5(1)(f)]; l-obbligu li wieħed jidħol fi ftehim anċillari biex jinkiseb il-kreditu jew biex dan jinkiseb bit-termini u l-kundizzjonijiet ikkummerċjaliżżati [Artikolu 5(1)(k)]. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 8 jitlob li kredituri jivvalutaw l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumaturi qabel il-konklużjoni ta’ kuntratti magħhom.</P></NOTE>. Istituzzjonijiet finanzjarji huma, għalhekk, obbligati jagħtu informazzjoni dwar self li jimplika obbligazzjonijiet jew tranżazzjonijiet iddenominati f’munita barranija għal klijenti, u jivvalutaw l-affidabbiltà finanzjarja tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet ir-risposta t-tajba għad-Domanda 3 hija li, skont l-Artikolu 19(9) tad-Direttiva 2004/39, ma’ tkunx meħtieġa valutazzjoni tal-adattabbiltà skont dan l-artikolu f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sanzjonijiet tal-liġi ċivili għal ksur tad-Direttiva 2004/39 (Domanda 4)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju qed issaqsi fid-Domanda 4 dwar jekk l-Artikolu 19(4) u (5) tad-Direttiva li jiġi evitat iwassalx għall-annullament tal-ftehim ta’ self bejn il-bank u l-klijent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>L-Artikolu 51(1) tad-Direttiva 2004/39 jipprovdi għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuna responsabbli meta ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tad-Direttiva. Madankollu, id-Direttiva 2004/39 ma tipprovdix għall-obbligu li tipprovdi sanzjonijiet tal-liġi ċivili.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja osservat fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Genil 48 u Comercial Hostelera de Grandes Vinos</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑604/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:344">EU:C:2013:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/39 […] la [jippreċiża] jekk l-Istati Membri għandhomx jipprevedu [jipprovdu għal] konsegwenzi kuntrattwali fil-każ tal-konklużjoni tal-kuntratti li ma josservawx l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 19(4) u (5) tad-Direttiva 2004/39, u lanqas liema jistgħu jkunu l-konsegwenzi. Issa, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament [ordni] ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-kundizzjonijiet kuntrattwali tal-ksur ta’ dawn l-obbligi, bla ħsara għall-prinċipji tal-ekwivalenza u tal-effettività.<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għalhekk ir-risposta għad-Domanda 4 għandha tkun li huwa għall-ordni ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li jiddetermina l-konsegwenzi kuntrattwali meta ditta ta’ investiment tonqos milli tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19(4) u (5) tad-Direttiva 2004/39, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Minkejja l-osservazzjonijiet sussidjarji ta’ hawn fuq, ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jkun iddikjarat inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara inammissibbli t-talba għal deċiżjoni preliminari minn Ráckevei Járásbíróság fil-Kawża C‑312/14.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>