European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/681

9.1.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11421 — JSW / JFE /JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/681)

1.   

Fil-21 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

JFE Steel Corporation (“JFE”, il-Ġappun), ikkontrollata minn JFE Holdings, Inc, kumpanija kkwotata pubblikament,

—

JSW Steel Limited (“JSW”, l-Indja), kumpanija kkwotata pubblikament,

—

JSW Electrical Steel Private Limited (“JV”, l-Indja), kumpanija privata b’responsabbiltà limitata li għadha kif inħolqot.

JFE u JSW se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

JFE hija manifattur integrat tal-azzar li jinvolvi ruħu fil-proċess kollu tal-produzzjoni tal-azzar, billi jieħu l-materja prima tal-mineral tal-ħadid u jbiddilha fi prodotti finali. JFE jipproduċi folji, pjanċi, forom, pajpijiet u tubi, azzar li ma jissaddadx u azzar speċjalizzat, azzar elettriku, staneg u vireg tal-wajer, u trabijiet tal-ħadid.

—

JSW hija l-impriża ewlenija ta’ JSW Group diversifikat, li jopera bħala manifattur integrat ta’ firxa varjata ta’ prodotti tal-azzar u tal-ħadid. L-operazzjonijiet ta’ JSW jinkludu l-estrazzjoni minerarja, l-ipproċessar tal-materja prima, il-manifattura tal-azzar u l-prodotti b’valur miżjud downstream,

—

Il-JV se tkun attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-azzar elettriċi bil-granijiet orjentati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11421 — JSW / JFE /JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/681/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)