|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2739 |
22.10.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2739
tas-17 ta’ Ottubru 2024
li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-alonga tal-Mediterran minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2024. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-alonga tal-Mediterran fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2024. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2024 għal Spanja, fir-rigward tal-istokk tal-alonga tal-Mediterran fil-Baħar Mediterran msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi rilokalizzat, trażbordat jew jinħatt l-art il-ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Maroš ŠEFČOVIČ
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 (ĠU L, 2024/257, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/oj).
ANNESS
|
Nru |
15/TQ257 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk |
ALB/MED (inkluż ALB/MED-BC u ALB/MED-SR) |
|
Speċi |
Alonga tal-Mediterran (Thunnus alalunga) |
|
Żona |
Il-Baħar Mediterran |
|
Data tal-Għeluq |
28 ta’ Ġunju 2024 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2739/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)