|
3.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/75 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 118/2010
tal-10 ta’ Novembru 2010
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE tas-17 ta’ Marzu 2009 li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimethylfumarate ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/153/UE tal-11 ta’ Marzu 2010 li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimethylfumarate ma jitqegħdux jew ikunu disponibbli fis-suq (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 3 m (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/357/KE) tal-Kapitolu XIX tal-Anness II għall-Ftehim:
|
“3n. |
32009 D 0251: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE tas-17 ta’ Marzu 2009 li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimethylfumarate ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih (ĠU L 74, 20.3.2009, p. 32), kif emendata b’:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/251/KE u 2010/153/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 62, 11.3.2010, p. 31.
(2) ĠU L 74, 20.3.2009, p. 32.
(3) ĠU L 63, 12.3.2010, p. 21.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.