Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/697/KE, tas-16 ta’ April 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 13/07 (ex NN 15/06 u N 734/06) mogħtija mill-Italja lil New Interline (notifikata taħt id-dokument numru C (2008) 1321).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha sabiex tiżgura l-implementazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/697/KE, tas-16 ta’ April 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 13/07 (ex NN 15/06 u N 734/06) mogħtija mill-Italja lil New Interline, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 249 KE kif ukoll taħt l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.

2) Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.