|
16.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 359/164 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' Diċembru 2014
dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2014 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mill-Pajjiżi l-Baxxi, u mill-Awstrija bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti
(notifikata bid-dokument C(2014) 9478)
(It-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
(2014/910/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 45(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, l-Istati Membri jistgħu jingħataw finanzjament mill-Unjoni biex ikopru n-nefqa marbuta direttament, skont kif ikun japplika għal miżuri adottati skont l-Artikolu 16(1) jew l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (3) fir-rigward tal-qerda jew it-trażżin ta' organiżmi ta' ħsara, jew il-prevenzjoni tat-tixrid tagħhom. Bħala regola tranżitorja, l-Artikolu 45(3) ta' dan ir-Regolament jistipula li għall-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal finanzjament mill-Unjoni għall-miżuri ta' emerġenza msemmija hawn fuq li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sat-30 ta' April 2014, għandhom ikomplu japplikaw l-Artikoli 22 sa 24 tad-Direttiva 2000/29/KE. |
|
(2) |
Il-Ġermanja ressqet tmien applikazzjonijiet għal finanzjament mill-Unjoni. L-ewwel applikazzjoni tressqet fit-12 ta' Diċembru 2013 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2012 biex jiġi kkontrollat l-Anoplophora glabripennis f'Baden-Württemberg. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata hemmhekk fl-2012. |
|
(3) |
It-tieni applkazzjoni tressqet fit-18 ta' Diċembru 2013 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2012 u fl-2013 biex jiġi kkontrollat id-Diabrotica virgifera fis-Sassonja. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2012. |
|
(4) |
It-tielet applikazzjoni tressqet fid-19 ta' Diċembru 2013 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2012 u fl-2013 biex jiġi kkontrollat l-Anoplophora glabripennis fil-Bavarja. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata hemmhekk fl-2012. |
|
(5) |
Ir-raba' applikazzjoni tressqet fit-3 ta' April 2014 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2013 biex jiġi kkontrollat l-Anoplophora glabripennis f'Baden-Württemberg. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata hemmhekk fl-2012 (l-istess tifqigħa kif imsemmi fil-punt 2). |
|
(6) |
Il-ħames applikazzjoni tressqet fis-16 ta' April 2014 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2013 biex jiġi kkontrollat id-Diabrotica virgifera fir-Rheinland-Palatinat. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2011 u fl-2012. |
|
(7) |
Is-sitt applikazzjoni tressqet fis-16 ta' April 2014 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2013 biex jiġi kkontrollat id-Diabrotica virgifera f'Baden-Württemberg. It-tifqigħat ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġew innutati f'distretti rurali jew urbani differenti ta' dak l-Istat fl-2010, l-2011, l-2012 u l-2013. |
|
(8) |
Is-seba' applikazjoni ġiet introdotta fit-28 ta' April 2014 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu bejn Awwissu tal-2012 u Awwissu tal-2013 biex jiġi kkontrollat il-Anoplophora glabripennis f'Nordrhein-Westfalen. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata hemmhekk fl-2009. |
|
(9) |
It-tmien applikazzjoni ġiet introdotta fit-30 ta' April 2014 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2012 u fl-2013 biex jiġi kkontrollat id-Diabrotica virgifera f'Hessen. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2011. |
|
(10) |
Spanja ressqet ħames applikazzjonijiet għal finanzjament tal-Unjoni fis-16 ta' April 2014. L-ewwel applikazzjoni għandha x'taqsam mal-miżuri ta' spezzjonijiet intensifikati li ttieħdu fl-2013 fl-erba' Komunitajiet Awtonomi li jmissu mal-fruntiera tal-Portugall biex jiġi kkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. Dawn l-ispezzjonijiet saru minħabba l-preżenza mifruxa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara f'żoni ġirien tal-Portugall, mingħajr ma kienet ir-riżultat ta' tifqigħa speċifika ta' dak l-organiżmu ta' ħsara fit-territorju ta' Spanja. |
|
(11) |
It-tieni talba għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li ġew previsti għall-2014 f'Galizja biex jiġi kkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2010 fiż-żona ta' As Neves. |
|
(12) |
It-tielet applikazzjoni għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li ġew previsti għall-2014 fil-Katalonja biex jiġi kkontrollat il-Pomacea insularum. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2010. |
|
(13) |
Ir-raba' applikazzjoni għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li ġew previsti għall-2014 f'Extremadura biex jiġi kkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2012 fiż-żona ta' Valverde del Fresno. |
|
(14) |
Il-ħames applikazzjoni għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li ġew previsti għall-2014 f'Castilla y León biex jiġi kkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2013 fiż-żona ta' Sancti-Spiritus. |
|
(15) |
Franza ressqet żewġ applikazzjonijiet għal finanzjament tal-Unjoni fit-30 ta' April 2014. L-ewwel applikazzjoni għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li ġew previsti fl-2014 biex tiġi kkontrollata l-Anoplophora glabripennis fl-Alsace. Fi Franza ttieħdu miżuri wara li f' Lulju tal-2011 instab dak l-organiżmu ta' ħsara fiż-żona tal-fruntiera mal-Ġermanja. |
|
(16) |
It-tieni applikazzjoni għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li ġew previsti fl-2013 u fl-2014 biex jiġi kkontrollat l-Anoplophora glabripennis f'Korsika. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2013. |
|
(17) |
L-Italja ressqet tliet applikazzjonijiet għal finanzjament tal-Unjoni. L-ewwel applikazzjoni tressqet fid-29 ta' April 2014 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li ġew previsti fl-2014 biex jiġi kkontrollat l-Anoplophora glabripennis fil-Marche. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2013. |
|
(18) |
It-tieni applikazzjoni tressqet fid-29 ta' April 2014 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li ġew previsti fl-2013 u fl-2014 biex jiġi kkontrollat ix-Xylella fastidiosa fil-Pulja. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2013. |
|
(19) |
It-tielet waħda tressqet fit-30 ta' April 2014 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li ġew previsti għal bejn Settembru 2014 u Settembru 2015 biex jiġi kkontrollat il-vajrus tas-Citrus tristeza fi Sqallija, fejn il-preżenza ta' razza ta' mikrobu severa ġiet ikkonfermata fl-2013. |
|
(20) |
Il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu tliet applikazzjonijiet għal finanzjament mill-Unjoni. L-ewwel applikazzjoni tressqet fil-31 ta' Diċembru 2013 u għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2012 u fl-2013 fiż-żona ta' Westland biex jiġi kkontrollat l-Anthonomus eugenii. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2012. |
|
(21) |
It-tieni u t-tielet applikazzjonijiet ġew ippreżentati fit-30 ta' April 2014. It-tieni waħda għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2013 u fl-2014 fiż-żona ta' Winterswijk biex jiġi kkontrollat l-Anoplophora glabripennis. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2012. |
|
(22) |
It-tielet talba għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2013 u fl-2014 fiż-żona tal-Olanda t'Isfel biex jiġi kkontrollat l-Virojde tat-Tuberu Fusiformi tal-Patata. It-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2013. |
|
(23) |
L-Awstrija ressqet żewġ applikazzjonijiet għal finanzjament tal-Unjoni fit-30 ta' April 2014 li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri li ttieħdu biex jiġi kkontrollat l-Anoplophora glabripennis. L-ewwel talba għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2012 u fl- 2013 fiż-żona ta' Sankt Georgen bei Obernberg am Inn, fejn it-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2012. Dik l-applikazzjoni tinkludi aġġornament ta' applikazzjoni mressqa f'Mejju 2013 dwar il-miżuri li ttieħdu fl-2012 u previsti, f'dak iż-żmien, għall-2013. |
|
(24) |
It-tieni applikazzjoni għandha x'taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2013 u fl- 2014 fiż-żona ta' Gallspach, fejn it-tifqigħa ta' dak l-organiżmu ta' ħsara ġiet innutata fl-2013. |
|
(25) |
Il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Awstrija fit-talbiet tagħhom ilkoll stabbilixxew programm ta' azzjonijiet biex jeqirdu jew meta legalment possibbli, irażżnu dawn l-organiżmi ta' ħsara introdotti fit-territorji tagħhom. Dawn il-programmi jispeċifikaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri mwettqa, it-tul tagħhom u kemm swew. |
|
(26) |
Il-miżuri kollha li jissemmew hawn jinkludu varjetà ta' miżuri għas-saħħa tal-pjanti, fosthom il-qerda ta' siġar jew ta' uċuħ tar-raba' kontaminati, l-applikazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, tekniki tas-sanità, spezzjonijiet u testijiet li jsiru b'mod uffiċjali jew fuq talba uffiċjali għall-monitoraġġ tal-preżenza jew tal-firxa tal-kontaminazzjoni mill-organiżmi ta' ħsara rispettivi, u s-sostituzzjoni tal-pjanti meqruda, fit-tifsira tal-Artikolu 23(2)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2000/29/KE. |
|
(27) |
Permezz tal-informazzjoni teknika mogħtija mill-Ġermanja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mill-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Awstrija, il-Kummissjoni setgħet tanalizza s-sitwazzjoni b'mod preċiż u komprensiv. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' finanzjament mill-Unjoni, kif stabbiliti b'mod partikolari fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, intlaħqu. Għalhekk, huwa xieraq li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni biex tiġi koperta n-nefqa f'dawk it-talbiet. |
|
(28) |
Il-miżuri u l-infiq eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni ġew iċċarati permezz ta' ittra mill-Kummissjoni lill-Uffiċjali Kapijiet fil-Qasam tas-Saħħa tal-Pjanti tal-Istati Membri bid-data 25 ta' Mejju 2012. |
|
(29) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(5) tad-Direttiva 2000/29/KE, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tista' tkopri sa 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-miżuri li jittieħdu f'perjodu ta' mhux iktar minn sentejn wara d-data meta tkun ġiet innutata t-tifqigħa jew għall-miżuri previsti għal dak il-perjodu. Madanakollu, skont it-tielet subparagrafu ta' dak l-Artikolu, dak il-perjodu jista' jiġi estiż jekk ikun ġie stabbilit li l-għan tal-miżuri jkun se jintlaħaq f'perjodu addizzjonali raġonevoli, u f'liema każ ir-rata ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun digressiva tul is-snin ikkonċernati. |
|
(30) |
Wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Bord ta' Valutazzjoni tas-Saħħa tal-Pjanti tal-Kummissjoni li sar mit-30 ta' Ġunju sal-4 ta' Lulju 2014 dwar l-evalwazzjoni tat-talbiet rispettivi, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta' sentejn tal-applikazzjonijiet ikkonċernati għal sentejn oħra, skont il-punt (b) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 (4). Madankollu, u, skont il-prinċipju ta' digressività, huwa xieraq li titnaqqas ir-rata ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal dawn il-miżuri għal 45 % tan-nefqa eliġibbli għat-tielet sena u għal 40 % għar-raba' sena ta' dawn it-talbiet. |
|
(31) |
Għalhekk, il-finanzjament mill-Unjoni sa 50 % tan-nefqa eliġibbli għandha tapplika għal dawn l-applikazzjonijiet: Il-Ġermanja, f'Baden-Württemberg, Diabrotica virgifera, fid-distretti rurali ta' Alb-Donau-Kreis u Karlsruhe (2013), il-Ġermanja, f'Baden-Württemberg, Anoplophora glabripennis (2012 u 2013), il-Ġermanja, fil-Bavarja, Anoplophora glabripennis (2012 u 2013), il-Ġermanja, f'Hessen, Diabrotica virgifera (2012), il-Ġermanja, fir-Rheinland-Palatinat, Diabrotica virgifera (2013), il-Ġermanja, fis-Sassonja, Diabrotica virgifera (2012 u 2013), Spanja, f'Castilla y León, Bursaphelenchus xylophilus (2014), Franza, fil-Korsika, Anoplophora glabripennis (2013 u 2014), l-Italja, fil-Marche, Anoplophora glabripennis (2014), l-Italja, fi Sqallija, il-Vajru Citrus Tristeza (2014 u 2015), l-Italja, f'Pulja, Xylella fastidiosa (2013 u 2014), il-Pajjiżi l-Baxxi, fiż-żona ta' Winterswijk, Anoplophora glabripennis (2013), il-Pajjiżi l-Baxxi, fl-Olanda t'Isfel, il-Virojde tat-Tuberu Fusiformi tal-Patata (2013 u 2014), il-Pajjiżi l-Baxxi, f'Westland, Anthonomus eugenii (2012 u 2013), l-Awstrija, f'Sankt Georgen bei Obernberg am Inn, Anoplophora glabripennis (2012 u 2013) u l-Awstrija, f'Gallspach, Anoplophora glabripennis (2013 u 2014). |
|
(32) |
Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni sa 45 % tan-nefqa eliġibbli għandha tapplika għal dawn it-talbiet: Il-Ġermanja, f'Baden-Württemberg, Diabrotica virgifera, id-distretti rurali ta' Rastatt (2013), il-Ġermanja, f'Hessen, Diabrotica virgifera (2013), Spanja, f'Extremadura, Valverde del Fresno, Bursaphelenchus xylophilus (2014), Franza, fl-Alsace, Anoplophora glabripennis (2014) u l-Pajjiżi l-Baxxi, fiż-żona ta' Winterswijk, Anoplophora glabripennis (2014), billi l-miżuri kkonċernati diġà kienu s-suġġett ta' kontribut finanzjarju mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/789/UE (5) (il-Ġermanja, Spanja u Franza) u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/800/UE (6) (il-Ġermanja, Baden-Württemberg, Spanja, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi), għall-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tagħhom. |
|
(33) |
Barra minn hekk, għandu japplika finanzjament mill-Unjoni sa 40 % għar-raba' sena ta' dawn it-talbiet: Il-Ġermanja, f'Baden-Württemberg, id-Diabrotica virgifera, fid-distretti rurali ta' Breisgau-Hochschwarzwald (2013), il-Ġermanja, Anoplophora glabripennis, f'Nordrhein-Westfalen (bejn Awwissu 2012 u Awwissu 2013), Spanja, fil-Katalonja, Pomacea insularum (2014), Spanja, fil-Galizja, il-Bursaphelenchus xylophilus (2014) billi, għal kull wieħed minn dawn l-erba' dossiers, il-miżuri ġew soġġetti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/868/UE (7), id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/789/UE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/800/UE għall-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tagħhom. |
|
(34) |
F'konformità mas-subparagrafi 1 u 2 tal-Artikolu 23(6) tad-Direttiva 2000/29/KE, fid-dawl tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni fl-Unjoni tista' tiġi implimentata azzjoni ulterjuri, u tista' tiġi deċiża l-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal din l-azzjoni. L-azzjoni trid tkun soġġetta għal ċerti rekwiżiti jew kundizzjonijiet addizzjonali, jekk dawn ikunu meħtieġa biex jintlaħaq l-għan inkwistjoni. Barra minn hekk, f'konformità mas-subparagrafu 3 tal-Artikolu 23(6), meta azzjoni ulterjuri bħal din tkun maħsuba essenzjalment biex tipproteġi t-territorji tal-Unjoni, minbarra dak tal-Istat Membru kkonċernat, jista' jiġi deċiż li l-allokazzjoni finanzjarja mill-Unjoni tkopri aktar minn 50 % tan-nefqa. |
|
(35) |
Spanja wettqet spezzjonijiet intensivi għal Bursaphelenchus xylophilus fiż-żona tal-fruntiera mal-Portugall, fil-Komunitajiet Awtonomi tal-Andalusija, Castilla y León, Extremadura u Galicia, u kopriet żoni li mhumiex demarkati għal dak l-organiżmu ta' ħsara. Dawk l-ispezzjonijiet għandhom l-għan ta' monitoraġġ intensiv għad-detezzjoni u l-eradikazzjoni bikrin f'dawn iż-żoni partikolari li jipproteġu l-bqija tat-territorju tal-Unjoni. Spanja diġà allokat għadd sinifikanti ta' riżorsi biex tikkontrolla tliet tifqigħat iżolati tal-Bursaphelenchus xylophilus f'Castilla y León, f'Extremadura u fil-Galizja. Dik titqies bħala azzjoni maħsuba essenzjalment biex tipproteġi t-territorju ta' Spanja, kif ukoll it-territorji tal-Unjoni minbarra dak ta' Spanja, minħabba r-rilevanza kbira tal-Bursaphelenchus xylophilus għall-pjanti u l-injam koniferu, ir-rapidità li biha l-organiżmu ta' ħsara jinfirex, u l-impatt possibbli fuq il-kummerċ tal-injam tal-foresti tal-Unjoni u internazzjonali. Għaldaqstant ikun rilevanti li tiġi allokata rata ogħla ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal dik it-talba, u b'mod partikolari rata ta' 75 %. |
|
(36) |
Skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-impenn ta' nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta' finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b'setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni. L-Artikolu 94 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (8) jistabbilixxi regoli dettaljati dwar id-deċiżjoni ta' finanzjament. |
|
(37) |
Id-deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament għan-nefqa prevista fl-applikazzjonijiet ta' finanzjament mill-Unjoni ippreżentati mill-Istati Membri. |
|
(38) |
Għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, jixraq li t-terminu “bidla sostanzjali” jiġi ddefinit fit-tifsira tal-Artikolu 94(4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012. |
|
(39) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontribuzzjoni Finanzjarja
1. Abbażi tal-applikazzjonijiet ippreżentati mill-Istati Membri u analizzati mill-Kummissjoni, l-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2014 biex tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Awstrija, li għandha x'taqsam mal-miżuri meħtieġa kif speċifikati fl-Artikolu 23(2)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2000/29/KE u li ttieħdu bl-għan li jkunu miġġielda l-organiżmi kkonċernati skont ir-rikjesti elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni, hija b'dan approvata.
Abbażi tal-applikazzjoni ippreżentata minn Spanja u analizzata mill-Kummissjoni, l-allokazzjoni ta' finanzjament mill-Unjoni għall-2014 biex tkopri n-nefqa mġarrba minn dak l-Istat Membru u li għandha x'taqsam ma' azzjonijiet ulterjuri, kif speċifikati fl-Artikolu 23(6) tad-Direttiva 2000/29/KE biex jiġi kkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus fir-rikjesta elenkata fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni, hija b'dan approvata.
2. L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija ta' EUR 5 715 000. L-ammonti massimi ta' finanzjament mill-Unjoni għal kull rikjesta għandhom ikunu kif inhu indikat fl-Anness 1 jew 2 ta' din id-Deċiżjoni, rispettivament.
3. Dawk il-finanzjamenti tal-Unjoni għandhom jiġu ffinanzjati mil-linja li ġejja tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2014: Linja baġitarja 17 04 04.
4. Din id-Deċiżjoni u l-Annessi tagħha jikkostitwixxu deċiżjoni ta' finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Artikolu 2
Ħlas tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni
1. Il-finanzjament tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Annessi 1 u 2 ta' din id-Deċiżjoni, għandu jingħata sakemm l-Istati Membri kkonċernati:
|
(a) |
jimplimentaw il-programmi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi; |
|
(b) |
jippreżentaw evidenza tal-miżuri skont id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1040/2002; |
|
(c) |
jippreżentaw talba għall-ħlas lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1040/2002, akkumpanjata minn rapport tekniku għall-miżuri implimentati. |
2. Ma jista' jsir l-ebda ħlas ta' finanzjament mill-Unjoni jekk it-talba għall-ħlas imsemmija fil-punt (c) tal-paragafu 1 tiġi ppreżentata wara l-31 ta' Ottubru 2015.
Artikolu 3
Klawżola ta' flessibilità
Bidliet akkumulati tal-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet speċifiċi li ma jaqbżux il-15 % tal-kontribuzzjoni massima stabbilita fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 94(4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, meta dawk il-bidliet ma jkunux jaffettwaw b'mod sinifikanti n-natura tal-azzjonijiet u l-għan tal-programm. Iż-żieda tal-kontribuzzjoni massima stabbilita fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni ma għandhiex taqbeż il-15 %.
L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jadotta l-bidliet imsemmija fl-ewwel paragrafu skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda u tal-proporzjonalità
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u lir-Repubblika Awstrijaka.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 ta' l-14 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta' applikazzjoni tad-disposizzjonijiet relattivi għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fitosanitarju u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97 (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 38).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/789/UE tal-14 ta' Diċembru 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE għall-2012 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall bl-għan li jiġu kkontrollati l-organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti, ĠU L 348, 18.12.2012, p. 22.
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/800/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2013 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall bil-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti, ĠU L 352, 24.12.2013, p. 58.
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/868/UE tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2011 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall bil-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti, ĠU L 341, 22.12.2011, p. 57.
(8) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad- 29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
ANNESS I
TALBIET IBBAŻATI FUQ L-ARTIKOLU 23(5) TAD-DIRETTIVA 2000/29/KE U SOĠĠETTI GĦAL KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA MILL-UNJONI
Taqsima I
Talbiet li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni hija ta' 50 % tan-nefqa eliġibbli
|
Stat Membru |
L-organiżmi ta' ħsara miġġielda |
Pjanti milquta |
Sena |
a |
Il-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni (EUR) |
|
Il-Ġermanja, Baden-Württemberg, id-distretti rurali ta' Alb– Donau — Kreis, u Karlsruhe |
Diabrotica virgifera |
Zea mays |
2013 |
2 |
12 000 |
|
Il-Ġermanja, Baden-Württemberg |
Anoplophora glabripennis |
Diversi speċijiet ta' siġar |
l-2012 u l-2013 |
l-1 u l-2 |
79 000 |
|
Il-Ġermanja, il-Bavarja |
Anoplophora glabripennis |
Diversi speċijiet ta' siġar |
l-2012 u l-2013 |
l-1 u l-2 |
388 000 |
|
Il-Ġermanja, Hessen |
Diabrotica virgifera |
Zea mays |
2012 |
2 |
11 500 |
|
Il-Ġermanja, ir-Rheinland-Palatinat |
Diabrotica virgifera |
Zea mays |
2013 |
2 |
31 000 |
|
Il-Ġermanja, is-Sassonja |
Diabrotica virgifera |
Zea mays |
l-2012 u l-2013 |
l-1 u l-2 |
27 000 |
|
Spanja, Castilla y León, Sancti Spiritu |
Bursaphelenchus xylophilus |
Siġar koniferi |
2014 |
1 |
279 000 |
|
Franza, Korsika |
Anoplophora glabripennis |
Diversi speċijiet ta' siġar |
7.2013–7.2014 |
1 |
109 000 |
|
l-Italja, il-Marche |
Anoplophora glabripennis |
Diversi speċijiet ta' siġar |
2014 |
1 |
178 000 |
|
l-Italja, Sqallija |
Il-vajrus tas-Citrus tristeza |
Siġar taċ-ċitru |
9.2014–9.2015 |
1 |
891 000 |
|
l-Italja, il-Pulja |
Xylella fastidiosa |
Siġar taż-żebbuġ u ospitanti oħra |
l-2013 u l-2014 |
l-1 u l-2 |
751 000 |
|
il-Pajjiżi l-Baxxi, il-muniċipalità ta' Winterswijk |
Anoplophora glabripennis |
Acer pseudoplatanus |
2013 |
2 |
23 000 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Olanda t'Isfel |
Virojde Tat-Tuberu Fusiformi tal-Patata |
Dahlia sp. |
l-2013 u l-2014 |
l-1 u l-2 |
72 000 |
|
il-Pajjiżi l-Baxxi, Westland |
Anthonomus eugenii |
Capsicum annuum |
l-2012 u l-2013 |
l-1 u l-2 |
280 000 |
|
l-Awstrija, Sankt Georgen bei Obernberg am Inn |
Anoplophora glabripennis |
Diversi speċijiet ta' siġar |
l-2012 u l-2013 |
l-1 u l-2 |
80 000 |
|
l-Awstrija, Gallspach |
Anoplophora glabripennis |
Diversi speċijiet ta' siġar |
l-2013 u l-2014 |
l-1 u l-2 |
60 000 |
|
Spjega: a = is-sena tal-implimentazzjoni tal-miżuri fit-talba. |
|||||
Taqsima II
Talbiet li r-rati tagħhom ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jvarjaw, b'applikazzjoni tal-prinċipju tad-digressività
|
Stat Membru |
L-organiżmi ta' ħsara miġġielda |
Pjanti milquta |
Sena |
a |
Rata ta' kofinanzjament (%) |
Il-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni (EUR) |
|
Il-Ġermanja, il-Baden-Württemberg, id-distrett rurali ta' Rastatt |
Diabrotica virgifera |
Zea mays |
2013 |
3 |
45 |
5 000 |
|
Il-Ġermanja, il-Baden-Württemberg, id-distrett rurali ta' Breisgau-Hochschwarzwald |
Diabrotica virgifera |
Zea mays |
2013 |
4 |
40 |
33 000 |
|
Il-Ġermanja, Hessen |
Diabrotica virgifera |
Zea mays |
2013 |
3 |
45 |
10 000 |
|
Il-Ġermanja, Nordrhein-Westfalen |
Anoplophora glabripennis |
Diversi speċijiet ta' siġar |
8.2012–8.2013 |
4 |
40 |
108 000 |
|
Spanja, Katalunja |
Pomacea insularum |
Oryza sativa |
2014 |
4 |
40 |
235 000 |
|
Spanja, Galizja, As Neves |
Bursaphelenchus xylophilus |
Siġar koniferi |
2014 |
4 |
40 |
1 186 000 |
|
Spanja, Extremadura, Valverde del Fresno |
Bursaphelenchus xylophilus |
Siġar koniferi |
2014 |
3 |
45 |
397 000 |
|
Franza, Alsace |
Anoplophora glabripennis |
Diversi speċijiet ta' siġar |
2014 |
3 |
45 |
75 000 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi, Winterswijk |
Anoplophora glabripennis |
Acer pseudoplatanus |
2014 |
3 |
45 |
22 500 |
|
Spjega: a = is-sena tal-implimentazzjoni tal-miżuri fit-talba. |
||||||
ANNESS II
TALBIET IBBAŻATI FUQ L-ARTIKOLU 23(6) TAD-DIRETTIVA 2000/29/KE U SOĠĠETTI GĦAL KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA MILL-UNJONI
|
Stat Membru |
L-organiżmi ta' ħsara miġġielda |
Il-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti milquta |
Sena |
a |
Rata ta' kofinanzjament (%) |
Il-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni (EUR) |
|
Spanja Programm ta' spezzjoni intensiva mal-fruntiera tal-Portugall |
Bursaphelenchus xylophilus |
Siġar koniferi |
2013 |
2 |
75 |
372 000 |
|
Spjega: a = is-sena tal-implimentazzjoni tal-miżuri fit-talba. |
||||||
|
Kontribuzzjoni totali mill-Unjoni (EUR) |
5 715 000 |