02009L0125 — MT — 04.12.2012 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA 2009/125/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 285 31.10.2009, p. 10) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA 2012/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2012 |
L 315 |
1 |
14.11.2012 |
|
DIRETTIVA 2009/125/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ottubru 2009
li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija
(tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“prodott relatat mal-enerġija”, minn hawn ‘il quddiem “prodott”, ifisser kull oġġett li jkollu impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu li jiġi mqiegħed fis-suq u/jew jibda jiġi mħaddem, inklużi l-partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati f’ prodotti relatati mal-enerġija koperti minn din id-Direttiva li jitqiegħdu fis-suq u/jew jiġu mħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali u li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom tista’ tiġi stmata b’mod indipendenti;
“komponenti u partijiet oħra għall-immuntar” tfisser partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati fi prodotti, u li mhumiex preżenti fis-suq u/jew ma jiġux imħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali jew li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom ma tistax tiġi stmata b’mod indipendenti;
“miżuri implimentattivi” tfisser miżuri adottati skont din id-Direttiva li jistabbilixxu r-rekwiżiti meħtieġa tal-ekodisinn għal prodotti definiti jew għall-aspetti ambjentali tagħhom;
“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Komunità bil-ħsieb li jkun hemm distribuzzjoni jew użu tiegħu fi ħdan il-Komunità kemm jekk dan isir bi ħlas jew b’xejn u irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ;
“tħaddim” tfisser l-ewwel użu ta’ prodott skont l-użu maħsub tiegħu minn utent aħħari fil-Komunità;
“fabbrikant” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura l-prodotti koperti f’din id-Direttiva u li tkun responsabbli għall-konformità tagħhom ma’ din id-Direttiva in vista tat-tqegħid tagħhom fis-suq/jew it-tħaddim taħt l-isem tal-fabbrikant stess jew it-trademark jew inkella għall-użu personali tal-fabbrikant. Fin-nuqqas ta’ fabbrikant, hekk kif definit fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt jew ta’ importatur kif imfisser fil-punt 8, kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq u/jew tħaddem prodotti li jaqgħu taħt din id-Direttiva għandha titqies bħala fabbrikant;
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-fabbrikant sabiex twettaq f’ismu l-obbligi u l-formalitajiet kollha jew parti minnhom li jkollhom x’jaqsmu ma’ din id-Direttiva;
“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq Komunitarju waqt il-ħidma kummerċjali tagħha;
“materjali” tfisser il-materjali kollha wżati waqt iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott;
“disinn tal-prodott” tfisser l-għadd ta’ proċessi li jittrasformaw ir-rekwiżiti legali, tekniċi, tas-sigurtà, funzjonali, tas-suq jew oħrajn li jridu jiġu sodisfatti minn prodott fl-ispeċifikazzjoni teknika għal dak il-prodotti;
“aspett ambjentali” tfisser element jew funzjoni ta’ prodott li jista’ jkollu interazzjoni mal-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;
“impatt ambjentali” tfisser kull bidla fl-ambjent li tirriżulta b’mod sħiħ jew parzjali mill-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;
“ċiklu tal-ħajja” tfisser il-fażijiet konsekuttivi u interkonnessi ta’ prodott mill-użu tal-materja prima sar-rimi finali, l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ;
“użu mill-ġdid” tfisser kull operazzjoni li biha prodott jew il-komponenti tiegħu, wara li jkunu laħqu t-tmiem tal-ewwel użu tagħhom, jintużaw għall-istess skop li għaliha kienu ġew maħluqa, inkluż l-użu kontinwu ta’ prodott, li jintbagħat lura lill-post għall-ġbir, fornitur, riċiklatur jew fabbrikant, kif ukoll użu mill-ġdid ta’ prodott wara li ġie arranġat mill-ġdid;
“riċiklaġġ” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid fi proċess ta’ produzzjoni ta’ materjal ta’ skart sabiex għall-fini oriġinali tiegħu jew għal finijiet oħra iżda eskluż l-irkupru tal-enerġija;
“irkupru tal-enerġija” tfisser l-użu ta’ skart kombustibbli bħala mezz biex jiġġenera l-enerġija permezz ta’ inċinerazzjoni diretta ma’ skart ieħor jew mingħajru iżda bl-irkupru tas-sħana;
“irkupru” tfisser kull operazzjoni applikabbli li jipprovdi għalihom l-Anness II B tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart ( 21 );
“skart” tfisser kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness I għad-Direttiva 2006/12/KE li d-detentur jarmi jew li jkolli l-intenzjoni jew ikun meħtieġ li jarmi;
“skart perikoluż” ifisser kull skart li kopert mill-Artikolu 1 (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż ( 22 );
“profil ekoloġiku” tfisser deskrizzjoni, skont il-miżuri implimentattivi applikabbli għall-prodott, tal-inputs u l-outputs (bħalma huma l-materjal, l-emissjonijiet u l-iskart) assoċjati mal-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu li jkunu sinifikanti għal dak li għandu x’jaqsam mal-impatt ambjentali u huma espressi fi kwantitajiet fiżiċi li jistgħu jiġu mkejla;
“prestazzjoni ambjentali” ta’ prodott tfisser ir-riżultati tal-immaniġġar tal-aspetti ambjentali tal-prodott mill-fabbrikant, hekk kif riflessi fid-dokumentazzjoni teknika tiegħu;
“titjib fil-prestazzjoni ambjentali” tfisser il-proċess li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta’ prodott matul ħafna ġenerazzjonijiet, għalkemm mhux neċessarjament fir-rispett tal-aspetti ambjentali kollha tal-prodott simultanjament;
“ekodisinn” tfisser l-integrazzjoni tal-aspetti ambjentali fid-disinn tal-prodott bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-prodott matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tiegħu;
“rekwiżit għall-ekodisinn” tfisser kull rekwiżit relatat ma’ prodott, jew id-disinn ta’ prodott, li jkun maħsub biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tiegħu, jew kull rekwiżit ieħor għat-tqassim tal-informazzjoni għal dak li għandu x’jaqsam mal-aspett ambjentali ta’ prodott;
“rekwiżit ġeneriku għall-ekodisinn” tfisser kull rekwiżit għall-ekodisinn ibbażat fuq il-profil ekoloġiku sħiħ ta’ prodott mingħajr valuri ta’ limitu fissi għal aspetti ambjentali partikolari;
“rekwiżit speċifiku għall-ekodisinn” tfisser rekwiżit kwantifikat u li jista’ jitkejjel għall-ekodisinn li jkollu x’jaqsam ma’ aspett ambjentali partikolari ta’ prodott, bħalma huwa l-konsum tal-enerġija waqt l-użu, u kkalkulat għal ċerta unità ta’ prestazzjoni tal-output;
“standard armonizzat” tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn entità rikonoxxuta tal-istandards taħt mandat mill-Kummissjoni, konformement mal-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi ( 23 ), bl-għan li jiġi stabbilit rekwiżit Ewropew, li l-konformità magħha ma tkunx mandatorja.
Artikolu 3
Tqegħid fis-suq u/jew tħaddim
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-suq. Għandhom jagħmlu mezz li dawn l-awtoritajiet ikollhom u jagħmlu użu mill-poteri neċċessarji sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa, u b’hekk jaqdu dmirhom skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jispjegaw id-doveri, il-poteri u l-arranġamenti organizzattivi tal-awtoritajiet kompetenti li għandhom ikollhom id-dritt li:
jorganizzaw spezzjonijiet xierqa konformi mal-prodott, fuq skala adegwata, u jobbligaw lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jirtira mis-suq dawk il-prodotti li ma jkunux konformi, skont l-Artikolu 7;
jesiġu li l-partijiet konċernati jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif speċifikat fil-miżuri implimentattivi;
jieħdu kampjuni tal-prodotti u jissottomettuhom għal spezzjonijiet ta’ konformità.
Artikolu 4
Responsabbiltajiet tal-importatur
Fejn il-fabbrikant ma jkunx stabbilit fil-Komunità u fin-nuqqas ta’ rappreżentant awtorizzat, l-importatur għandu jkollu dawn l-obbligi:
li jiżgura li prodott imqiegħed fis-suq u/jew mħaddem jikkonforma ma’ din id-Direttiva u l-miżura implimentattiva applikabbli; u
li jżomm u jkollu disponibbli d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u d-dokumentazzjoni teknika.
Artikolu 5
Immarkar u dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw ukoll li din l-informazzjoni tingħata f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Meta japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod partikolari:
jekk l-informazzjoni tistax tingħata permezz ta’ simboli armonizzati jew kodiċi rikonoxxuti jew miżuri oħrajn; u
it-tip ta’ utent antiċipat tal-prodott u n-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta.
Artikolu 6
Moviment ħieles
Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni u r-rekwiżiti għas-sistema stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2010/31/UE.
Artikolu 7
Klawżola ta’ salvagwardja
Fejn ikun hemm evidenza biżżejjed li jista’ jkun li prodott jista’ ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji li, skont il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità, jistgħu saħansitra jżommu t-tqegħid fis-suq tal-prodott sa meta l-konformità tiġi stabbilita.
Jekk il-ksur jibqa’ jseħħ, l-Istat Membru għandu jieħu deċiżjoni fejn jillimita jew iċaħħad it-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim tal-prodott in kwistjoni jew jassigura li dan jiġi rtirat mis-suq.
F’każijiet ta’projbizzjoni jew irtirar mis-suq, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati b’dan minnufih.
Deċiżjoni bħal din għandha tkun mgħarrfa minnufih lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tiġi mgħarrfa dwar ir-rimedji legali disponibbli taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u t-termini perentorji ta’ dawn ir-rimedji.
L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1, u għandu jindika r-raġunijiet tiegħu, u, b’mod partikolari, dwar jekk il-ksur tad-dispożizzjonijiet ikunx sar minħabba:
in-nuqqas li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli;
l-applikazzjoni żbaljata tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 10(2);
nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 10(2).
Wara l-konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni u lill-Istati l-Membri l-oħra dwar l-opinjoni tagħha.
Meta l-Kummissjoni jidhrilha li d-deċiżjoni mhix ġustifikata, għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri dwar dan.
Artikolu 8
Valutazzjoni tal-konformità
Fejn Stat Membru jkollu indikazzjonijiet qawwija li prodott probabbilment ma jkunx konformi, dan għandu jippubblika mill-iktar fis possibbli evalwazzjoni sostanzjata tal-konformità tal-prodott li tista’ ssir minn korp kompetenti sabiex ikun possibbli, fejn ikun il-każ, li tittieħed azzjoni korrettiva f’waqtha.
Jekk prodott li jkun kopert minn miżuri implimentattivi jkun iddisinjat minn organizzazzjoni li tkun reġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġar tal-ambjent u verifika (EMAS) ( 24 ) u l-funzjoni tad-disinn tkun inkluża fl-ambitu ta’ dik ir-reġistrazzjoni, is-sistema ta’ tmexxija ta’ dik l-organizzazzjoni għandha tiġi preżunta bħala li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness V ta’ din id-Direttiva.
Jekk prodott kopert minn miżuri implimentattivi jkun iddisinnjat minn organizzazzjoni li jkollha sistema ta’ tmexxija li tkun tinkludi l-funzjoni tad-disinn tal-prodott u li tkun implimentata skont l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dik is-sistema ta’ ġestjoni għandha tiġi preżunta bħala li tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-Anness V.
Id-dokumenti relevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien għaxart ijiem wara l-irċevuta tat-talba min-naħa tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.
Artikolu 9
Preżunzjoni tal-konformità
Artikolu 10
Standards armonizzati
Artikolu 11
Rekwiżiti meħtieġa għall-komponenti u partijiet oħra għall-immuntar
Il-miżuri implimentattivi jistgħu jeħtieġu lill-fabbrikanti jew lir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom li jqiegħdu komponenti u partijiet oħra għall-immuntar fis-suq u/jew li jħaddmuhom li dawn jipprovdu lill-fabbrikant ta’ prodott kopert mill-miżuri implimentattivi b’informazzjoni relevanti dwar il-kompożizzjoni tal-materjal u l-konsum tal-enerġija, tal-materjali u/jew ta’ riżorsi tal-komponenti jew partijiet oħra għall-immuntar.
Artikolu 12
Koperazzjoni amministrattiva u skambju ta’ informazzjoni
Il-koperazzjoni amministrattiva u l-iskambju tal-informazzjoni għandhom jieħdu kemm jista’ jkun vantaġġ mill-mezzi ta’ informazzjoni elettroniċi u jista’ jkollhom l-appoġġ mill-programmi relevanti tal-Komunità.
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet responsabbli mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 13
Impriżi żgħar u ta’ daqs medju
Artikolu 14
Informazzjoni għall-konsumatur
Konformement mal-miżura implimentattiva applikabbli, il-fabbrikanti għandhom jiżguraw, fil-forma li jqisu xierqa, li l-konsumaturi ta’ prodotti jkollhom:
l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-rwol li huma jista’ jkollhom fl-użu sostenibbli tal-prodott; u
meta dan ikun meħtieġ mill-miżuri implimentattivi, il-profil ekoloġiku tal-prodott u l-benefiċċji tal-ekodisinn.
Artikolu 15
Miżuri implimentattivi
Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 huma kif ġej:
il-prodott għandu jirrappreżenta volum sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ b’mod indikattiv ta’ aktar minn 200 000 unità f’sena fi ħdan il-Komunità skont il-figuri disponibbli l-aktar riċenti;
meta jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq u/jew imħaddma, il-prodott għandu jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent fi ħdan il-Komunità, kif huwa speċifikat fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Komunità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE; u
il-prodott għandu jirrappreżenta potenzjal sinifikanti għall-progress fir-rigward tal-impatt ambjentali mingħajr ma jġib miegħu spejjeż eċċessivi, billi jqis b’mod partikolari:
in-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni relevanti oħra tal-Komunità jew il-falliment tal-forzi tas-suq biex jindirizzaw il-kwistjoni b’mod xieraq; u
id-differenzi estensivi fil-prestazzjoni ambjentali fost il-prodotti disponibbli fis-suq b’funzjonalità ekwivalenti.
Fil-preparazzjoni tal-abbozz ta’ miżura implimentattiva, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll l-opinjonijiet li jkun esprima l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) u tikkunsidra:
il-prijoritajiet ambjentali tal-Komunità, bħal dawk imfassla fid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE jew il-Programm Ewropew tal-Kummissjoni għall-Bidla fil-Klima (ECCP); u
leġiżlazzjoni Komunitarja u awto-regolamentazzjoni relevanti, bħal ftehimiet volontarji, li, wara evalwazzjoni konformement mal-Artikolu 17, huma mistennija jilħqu l-għanijiet politiċi iktar malajr jew bi spiża iżgħar mir-rekwiżiti mandatorji.
Fit-tħejjija ta’ abbozz ta’ miżura implimentattiva, il-Kummissjoni għandha:
tikkunsidra ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-aspetti ambjentali sinifikanti kollha, fost l-oħrajn l-effiċjenza fl-enerġija. Id-dettall tal-analiżi tal-aspetti ambjentali u tal-fattibilità tat-titjib għandhom ikunu proporzjonati mas-sinifikat tagħhom. M’għandux ikun hemm dewmien eċċessiv fl-adozzjoni ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn dwar l-aspetti ambjentali sinifikattivi ta’ prodott minħabba inċertezzi dwar aspetti oħrajn;
twettaq stima, li għandha tikkunsidra l-impatt ambjentali, fuq il-konsumaturi u fuq il-fabbrikanti, inklużi l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll ditti żgħar ħafna fir-rigward tal-kompetittività, anke fir-rigward ta’ swieq barra mill-Komunità, l-innovazzjoni, l-aċċess għas-suq, l-ispejjeż u l-benefiċċji;
tikkonsidra il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar l-ambjent li l-Istati Membri jqisu li hija relevanti;
twettaq konsultazzjoni xierqa mal-partijiet konċernati;
tħejji memorandum ta’ spjegazzjoni dwar l-abbozz tal-miżura implimentattiva bbażat fuq l-istima li għaliha ssir referenza fil-punt (b); u
tiffissa data(i) ta’ implimentazzjoni, kull miżura jew perjodu f’diversi stadji, waqt li tikkunsidra b’mod partikolari l-impatti possibbli fuq l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll ditti żgħar ħafna jew fuq gruppi ta’ prodotti speċifiċi primarjament manifatturati minnhom stess.
Il-miżuri implimentattivi għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott, mill-perspettiva tal-utent;
is-saħħa, is-sigurtà u l-ambjent ma għandhomx jiġu affettwati b’mod negattiv;
ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv fuq il-konsumaturi b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott;
ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-industrija;
fil-prinċipju, l-iffissar ta’ rekwiżit għall-ekodisinn ma għandux ikollu l-konsegwenza li tiġi imposta fuq il-fabbrikanti xi teknoloġija proprjetarja; u
ma għandux jitqiegħed piż amministrattiv żejjed fuq il-fabbrikanti.
Għandhom jiġu introdotti rekwiżiti għall-ekodisinn għal aspetti ambjentali magħżula li jkollhom impatt ambjentali sinifikanti.
Il-miżuri implimentattivi jistgħu jipprevedu wkoll li ebda rekwiżit tal-ekodisinn ma jkun meħtieġ fir-rigward ta’ ċerti parametri speċifiċi tal-ekodisinn li għalihom issir referenza fil-Parti I tal-Anness I.
Artikolu 16
Pjan ta’ ħidma
Il-pjan ta’ ħidma għandu jispeċifika, għat-tliet snin sussegwenti, lista indikattiva ta’ gruppi ta’ prodotti li huma kkunsidrati bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi.
Il-pjan ta’ ħidma għandu jiġi emendat kull tant żmien mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv.
Madanakollu, matul il-perjodu transitorju, waqt li l-ewwel pjan ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun qiegħed jiġi stabbilit, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15 u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv, il-Kummissjoni għandha tintroduċi kif xieraq bil-quddiem:
miżuri implimentattivi li jibdew b’dawk il-prodotti li ġew identifikati mill-ECCP bħala li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħal tagħmir li jsaħħan u dak li jsaħħan l-ilma, sistemi ta’ muturi tal-elettriku, dawl kemm fis-settur domestiku kif ukoll fis-settur terzjarju, appliances domestiċi, tagħmir tal-uffiċċju fis-settur domestiku kif ukoll fis-settur terzjarju, apparat elettroniku għall-konsumatur u sistemi ta’ HVAC (tisħin ventilazzjoni u arja kkondizzjonata); u
miżura implimentattiva separata li tnaqqas it-telf minn prodotti li jkunu stand-by fil-każ ta’ grupp ta’ prodotti.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).
Artikolu 17
Awto-regolamentazzjoni
Il-ftehimiet voluntarji jew miżuri oħra ta’ awto-regolamentazzjoni ppreżentati bħala alternattiva għall-miżuri implimentattivi fil-kuntest ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu evalwati mill-inqas fuq il-bażi tal-Anness VIII.
Artikolu 18
Forum Konsultattiv
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fil-mod kif jitmexxew l-attivitajiet tagħha hi tosserva, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull miżura implimentattiva, parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet kollha interessati li huma kkonċernati bil- prodott jew grupp ta’ prodotti in kwistjoni, bħall-industrija, inklużi SMEs u l-industrija tas-snajja, it-trade unions, il-kummerċjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi għall-protezzjoni ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. Dawn il-partijiet għandhom jikkontribwixxu, b’mod partikolari, biex jiġu definiti u riveduti miżuri implimentattivi, biex tiġi eżaminata l-effettività tal-mekkaniżmi stabbiliti li jissorveljaw is-suq u biex jiġu valutati ftehim voluntarji u miżuri oħra ta’ awto-regolamentazzjoni. Dawn il-partijiet għandhom jiltaqgħu fil-Forum Konsultattiv. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Forum għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.
Artikolu 19
Proċedura ta’ Kumitat
Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
Artikolu 20
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ir-regoli li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom iqisu l-grad ta’ nuqqas ta’ konformità u n-numru ta’ unitajiet ta’ prodotti li mhumiex konformi mqiegħda fis-suq tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-20 ta’ Novembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 21
Reviżjoni
Sa mhux aktar tard mill-2012, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mill-ġdid l-effikaċja ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri implimentattivi tagħha, inter alia:
il-metodoloġija għall-identifikar u l-kopertura ta’ parametri ambjentali sinjifikanti, bħall-effiċjenza tar-riżorsi, meta wieħed iqis iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti;
il-limitu tal-miżuri implimentattivi;
il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq; u
kwalunkwe awto-regolazzjoni stimulata relevanti.
Wara din ir-reviżjoni, u b’mod partikolari meta wieħed iqis l-esperjenza relatata mal-kamp ta’ applikazzjoni estiż ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tevalwa partikolarment jekk hux xieraq tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għal prodotti mhux relatati mal-enerġija, sabiex jinkiseb tnaqqis sinjifikanti tal-impatti ambjentali tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv msemmi fl-Artikolu 18, u kif ikun xieraq, għandha tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda din id-Direttiva.
Artikolu 22
Kunfidenzjalità
Rekwiżiti dwar l-għoti ta’ informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 11 u fil-Parti 2 tal-Anness I, mill-fabbrikant u/jew rappreżentant awtorizzat għandhom ikunu proporzjonati u jikkunsidraw il-kunfidenzjalità leġittima tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
Artikolu 23
Traspożizzjoni
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Huma għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva mħassra minn din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif id-dikjarazzjoni għandha tiġi fformulata.
Artikolu 24
Tħassir
Id-Direttiva 2005/32/KE, kif emendata mid-Direttiva msemmija fil-Parti A tal-Anness IX, hija b’dan imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness IX.
Ir-riferenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 26
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Metodu biex jiġu stabbiliti rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn
(imsemmija fl-artikolu 15)
Ir-rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn jimmiraw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti, li jiffukaw fuq aspetti ambjentali sinifikanti tagħhom mingħajr ma jistabbilixxu valuri ta’ limitu. Il-metodu msemmi f’dan l-Anness għandu jiġi applikat meta ma jkunx xieraq li jiġi stabbiliti valuri ta’ limitu għall-grupp tal-prodotti li jkunu qed jiġu eżaminati. Il-Kummissjoni għandha tidentifika aspetti ambjentali sinifikanti matul il-preparazzjoni tal-abbozz tal-miżura implimentattiva li għandha tkun preżentata lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) li għandha tkun speċifikata fil-miżura implimentattiva.
Meta jkunu qed jiġu ppreparati l-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu r-rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn skont l-Artikolu 15 il-Kummissjoni għandha tidentifika, kif inhu xieraq għall- prodott kopert mill-miżura implimentattiva, il-paramentri relevanti għall-ekodisinn fost dawk elenkati fil-Parti 1, ir-rekwiżiti għall-provvista ta’ informazzjoni fost dawk li huma stabbiliti fil-Parti 2 u r-rekwiżiti għall-fabbrikant elenkati fil-Parti 3.
Parti 1. Parametri tal-ekodisinn għall-prodotti
1.1. Safejn għandhom x’jaqsmu mad-disinn tal-prodott, l-aspetti ambjentali sinifikanti huma identifikati b’referenza għall-fażijiet li ġejjin taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott:
l-għażla u l-użu tal-materja prima;
il-manifaturra;
l-imballaġġ, it-trasport u d-distribuzzjoni;
l-installazzjoni u l-manutenzjoni;
l-użu; u
it-tmiem tal-ħajja, jiġifieri l-istat tal-prodott meta jkun wasal fit-tmiem tal-ewwel użu tiegħu sakemm jintrema għall-aħħar darba.
1.2. Għal kull fażi, għandha ssir stima ta’ dawn l-aspetti ambjentali li ġejjin fejn ikun relevanti:
il-konsum mistenni ta’ materjali, enerġija u riżorsi oħra bħall-ilma frisk;
l-emissjonijiet antiċipati fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija;
it-tniġġis antiċipat minħabba effetti fiżiċi bħal storbju, vibrazzjoni, radjazzjoni u oqsma elettromanjetiċi;
il-produzzjoni mistennija ta’ materjal ta’ skart; u
il-possibiltajiet ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru ta’ materjali u/jew ta’ enerġija, fid-dawl tad-Direttiva 2002/96/KE.
1.3. B’mod partikolari, għandhom jintużaw dawn il-parametri li ġejjin, u jkunu miżjuda ma’ oħrajn, fejn hu meħtieġ, biex ikun valutat il-potenzjal għal titjib fl-aspetti ambjentali msemmija fil-punt 1.2:
il-piż u l-volum tal-prodott;
l-użu ta’ materjal li jirriżulta minn attivitajiet ta’ riċiklaġġ;
il-konsum ta’ enerġija, ilma u riżorsi oħra tul iċ-ċiklu tal-ħajja;
l-użu ta’ sustanzi klassifikati bħala perikolużi għas-saħħa u/jew għall-ambjent skont id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikketjar ta’ sustanzi perikolużi ( 25 ), u tenut kont tal-leġiżlazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ sustanzi speċifiċi, bħad-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi ( 26 ) jew id-Direttiva 2002/95/KE;
il-kwantità u n-natura ta’ oġġetti tal-konsum li huma meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni kif suppost;
faċilità ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ kif espress minn: in-numru ta’ materjali u komponenti wżati, l-użu ta’ komponenti standard, iż-żmien meħtieġ għaż-żarmar, il-komplessità ta’ għodod meħtieġa għaż-żarmar, l-użu ta’ standards, kodiċi ta’ komponenti u materjal għall-identifikazzjoni ta’ komponenti u materjali tajbin għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ (li jinkludu mmarkar ta’ partijiet tal-plastik skont l-istandards tal-ISO), l-użu ta’ materjali li jistgħu jkunu riċiklati faċilment, aċċess faċli għall-komponenti jew materjali ta’ valur jew oħrajn li jistgħu jkunu riċiklati; aċċess faċli għall-komponenti u materjali li jkun fihom sustanzi perikolużi;
inkorporazzjoni ta’ komponenti wżati;
evitar ta’ soluzzjonijiet tekniċi li huma ta’ ħsara għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta’ komponenti jew appliances sħaħ;
estensjoni tat-tul tal-ħajja kif espress minn: l-inqas tul ta’ ħajja ggarantita, l-inqas żmien għad-disponibiltà ta’ spare parts, modularità, tibdil għall-aħjar, possibbiltà ta’ tiswija;
ammonti ta’ skart iġġenerat u ammonti ta’ skart perikoluż iġġenerat;
emissjonijiet fl-arja (gassijiet serra, aġenti aċidifikanti, komposti organiċii li jevaporaw, sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, metalli tqal) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fuq il-miżuri kontra l-emissjoni ta’ tniġġis fil-forma gassuża u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f’makkinarju ambulanti li mhux tat-triq ( 27 );
emissjonijiet fl-ilma (metalli tqal, sustanzi b’effett ħażin fuq il-bilanċ ta’ ossiġnu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu); u
emissjonijiet fil-ħamrija (speċjalment ħruġ aċċidentali u tixrid ta’ sustanzi perikolużi waqt il-fażi ta’ użu tal-prodotti, u l-potenzjal li jgħaddi minn ġol-ħamrija meta jintrema bħala skart).
Parti 2. Rekwiżiti relatati mal-għoti ta’ informazzjoni
Il-miżuri implimentattivi jistgħu jirrikjedu l-għoti ta’ informazzjoni mill-fabbrikant li tista’ tinfluwenza l-mod kif il-prodott jiġi mmaniġġat, użat u riċiklat minn partijiet minbarra l-fabbrikant. Din l-informazzjoni tista’ tinkludi, fejn applikabbli:
informazzjoni mid-disinnjatur f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess ta’ manifattura;
informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-karatteristiċi ambjentali sinifikanti u l-prestazzjoni ta’ prodott, li takkompanja l-prodott meta jitqiegħed fis-suq biex tħalli lill-konsumatur iqabbel dawn l-aspetti tal-prodotti;
informazzjoni għall-konsumaturi dwar kif jinstallaw, jużaw u jagħmlu manutenzjoni tal-prodott sabiex inaqqsu l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u jassiguraw li jibqa’ tajjeb għal użu itwal, kif ukoll dwar kif jirritornaw il-prodott fit-tmiem tal-ħajja tiegħu, u fejn hu xieraq, informazzjoni dwar il-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ spare parts u l-possibiltajiet li prodott jinbidel għall-aħjar; u
informazzjoni dwar il-faċilitajiet ta’ trattament li jikkonċernaw iż-żarmar, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja tiegħu.
L-informazzjoni għandha tingħata fuq il-prodott innifsu fejn ikun possibbli.
Din l-informazzjoni għandha tikkunsidra l-obbligazzjonijiet skont leġiżlazzjoni Komunitarji oħra, bħad-Direttiva 2002/96/KE.
Parti 3. Rekwiżiti għall-fabbrikant
1. Meta jindirizzaw l-aspetti ambjentali identifikati fil-miżura implimentattiva bħala li huma kapaċi li jiġu influwenzati b’mod sostanzjali mid-disinn tal-prodott, il-fabbrikanti tal-prodotti għandhom jagħmlu stima tal-mudell tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, abbażi ta’ ipoteżi realistika dwar il-kondizzjonijiet normali u l-finijiet tal-użu. Aspetti ambjentali oħra jistgħu jiġu valutati fuq bażi volontarja.
Fuq il-bażi ta’ din l-istima, il-fabbrikanti għandhom jistabbilixxu l-profil ekoloġiku tal-prodott. Dan għandu jkun ibbażat fuq il-karatteristiċi tal-prodott li huma relevanti għall-ambjent u l-inputs/outputs matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott espressa fi kwantitajiet fiżiċi li jistgħu jitkejlu.
2. Il-fabbrikant għandu jagħmel użu minn din l-istima biex jevalwa s-soluzzjonijiet ta’ disinni alternattivi u l-prestazzjoni ambjentali miksuba tal-prodott mal-punti ta’ referenza.
Il-punti ta’ referenza għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni fil-miżura implimentattiva abbażi l-informazzjoni li tkun inġabret fil-preparazzjoni tal-miżura.
L-għażla ta’ soluzzjoni speċifika ta’ disinn għandha tikseb bilanċ raġonevoli bejn id-diversi aspetti ambjentali u bejn aspetti ambjentali u konsiderazzjonijiet relevanti oħra, bħas-sigurtà u s-saħħa, rekwiżiti tekniċi għall-funzjonalità, il-kwalità, u l-prestazzjoni, u aspetti ekonomiċi, li jinkudu l-ispejjeż tal-manifattura u tal-possibiltà li l-prodott jitqiegħed fis-suq, filwaqt li tikkonforma mal-leġiżlazzjoni relevanti kollha.
ANNESS II
Metodu biex jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn
(imsemmija fl-artikolu 15(6))
Rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn għandhom l-għan li jtejbu aspett ambjentali speċifiku tal-prodott. Jistgħu jieħdu l-forma ta’ rekwiżiti għall-konsum imnaqqas ta’ ċertu riżors, bħal-limitu fuq l-użu ta’ dan ir-riżors fid-diversi stadji taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, kif ikun xieraq (bħal limitu fuq il-konsum tal-ilma fil-fażi tal-użu jew fuq il-kwantitajiet ta’ ċertu materjal inkorporat fil-prodott jew rekwiżit ta’ kwantitajiet minimi ta’ materjal riċiklat).
Meta jkunu qed jiġu preparati l-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn skont l-Artikolu 15, il-Kummissjoni tidentifika, kif inhu xieraq għall-prodott kopert mill-miżura implimentattiva, il-parametri relevanti għall-ekodisinn fost dawk li huma msemmija fil-Parti I tal-Anness I, u tistabbilixxi l-livelli ta’ dawk ir-rekwiżiti skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2) kif ġej:
Analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tagħżel numru ta’ mudelli rappreżentattivi tal-prodott in kwistjoni fis-suq u tidentifika l-possibbiltajiet tekniċi biex tiġi mtejba l-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, filwaqt li l-vijabbiltà ekonomika tal-possibbiltajiet tkompli tkun ikkunsidrata u kwalunkwe telf sinifikanti fil-prestazzjoni jew fl-utilità għall-konsumaturi jkun evitat.
L-analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tidentifika wkoll, għall-aspetti ambjentali li qed jiġu kkunsidrati, il-prodotti li jagħtu l-aħjar prestazzjoni u t-teknoloġija disponibbli fis-suq.
Il-prestazzjoni ta’ prodotti disponibbli fis-swieq internazzjonali u “benchmarks” stabbiliti taħt leġiżlazzjoni ta’ pajjiżi oħra għandhom jitqiesu matul l-analiżi kif ukoll meta jkunu qed jiġu stabbiliti r-rekwiżiti.
Abbażi ta’ din l-analiżi u meta titqies il-fattibilità ekonomika u teknika kif ukoll il-potenzjal għal titjib, għandhom jittieħdu miżuri konkreti b’attenzjoni biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodott.
F’dak li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-enerġija fl-użu, il-livell ta’ effiċjenza fl-enerġija jew konsum għandu jiġi stabbilit billi jiġi mmirat il-prezz minimu taċ-ċiklu tal-ħajja għal dawk li jużawh l-aħħar għall-mudelli rappreżentattivi tal-prodott, filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi fuq aspetti ambjentali oħra. Il-metodu tal-analiżi tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja juża rata ta’ skont reali abbażi tad-data mogħtija mill-Bank Ċentrali Ewropew u tul ta’ ħajja realistiku għall-prodott; huwa bbażat fuq is-somma tal-varjazzjonijiet fil-prezz tax-xiri (li jirriżulta mill-varjazzjoni fl-ispejjeż industrijali) u fl-ispejjeż tal-operat, li jirriżultaw mil-livelli differenti ta’ possibbiltajiet ta’ titjib tekniku, imnaqqsa matul it-tul ta’ żmien tal-mudelli rappreżentattivi tal-prodott li qed jiġu kkunsidrati. L-ispejjeż tal-operat ikopru primarjament il-konsum tal-enerġija u spejjeż addizzjonali f’riżorsi oħra, bħall-ilma jew prodotti tal-ħasil.
Għandha ssir analiżi ta’ sensittività li tkopri l-fatturi relevanti, bħall-prezz tal-enerġija jew riżors ieħor, il-prezz tal-materja prima jew tal-produzzjoni, rati ta’ skont, u, fejn hu xieraq, spejjeż ambjentali esterni, inklużi l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jkunu ġew evitati, biex jiġi kkontrollat jekk ikunx hemm tibdil sinifikanti u jekk il-konklużjonijiet totali humiex affidabbli. Ir-rekwiżit jiġi adattat skont kif meħtieġ.
Tista’ tiġi applikata metodoloġija simili għal riżorsi oħra bħall-ilma.
Għall-iżvilupp ta’ analiżi teknika, ambjentali u ekonomika, tista’ tintuża informazzjoni disponibbli fil-qafas ta’ attivitajiet oħra tal-Kommunità.
L-istess japplika għall-informazzjoni disponibbli minn programmi eżistenti applikati f’partijiet oħra tad-dinja biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit speċifiku għall-ekodisinn tal-prodotti ikkumerċjat mal-imsieħba ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.
Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżit għandha tikkunsidra ċ-ċiklu ta’ disinn mill-ġdid tal-prodott.
ANNESS III
Il-Marka CE
(imsemmija fl-artikolu 5(2))
Il-marka CE għandha tkun għolja mill-inqas 5 mm. Jekk il-marka CE tkun imċekkna jew imkabbra l-proporzjonijiet li ngħataw fid-disinn iggradat ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati.
Il-marka CE għandha titwaħħal mal-prodott. Fejn dan ma jkunx possibbli, għandha titwaħħal mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jkunu miegħu.
ANNESS IV
Kontroll intern tad-disinn
(imsemmi fl-artikolu 8(2))
1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jwettaq l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 jiggarantixxi u jiddikjara li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti relevanti tal-miżura implimentattiva applikabbli. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE tista’ tkopri prodott wieħed jew aktar u għandha tinżamm mill-fabbrikant.
2. Il-fabbrikant għandu jagħmel fajl ta’ dokumentazzjoni teknika li jagħmel possibli stima ta’ konformità tal-prodott bir-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli.
Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari:
id-deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-użu maħsub tiegħu;
ir-riżultati ta’ studji ta’ stima ambjentali rilevanti li jkunu saru mill-fabbrikant, u/jew ir-referenzi għal-letteratura ta’ stima ambjentali jew studji tal-każijiet li ntużaw mill-fabbrikant għall-valutazzjoni, id-dokumentazzjoni u d-deċiżjoni dwar is-soluzzjonijiet tad-disinn tal-prodott;
il-profil ekoloġiku, jekk ikun meħtieġ mill-miżura implimentattiva;
elementi tal-ispeċifikazzjoni tad-disinn tal-prodott li għandhom x’jaqsmu mal-aspetti ambjentali tad-disinn tal-prodott;
lista ta’ standards adattati msemmija fl-Artikolu 10, li jkunu ġew applikati kollha jew parzjalment, u deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 10 ma kienux applikati jew fejn dawk l-istandards ma jkoprux b’mod totali r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli;
kopja tal-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti ambjentali tad-disinn tal-prodott provduta skont ir-rekwiżiti speċifikati fil- Parti 2 tal-Anness I; u
ir-riżultati tal-kejl li sar tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, inklużi dettalji tal-konformità tal-qisien kif huma mqabbla mar-rekwiżiti għall-ekodisinn stabbiliti mill-miżura implimentattiva applikabbli.
3. Il-fabbrikant għandu jieħu l-qisien kollha meħtieġa biex jiżgura li l-prodott ikun manifatturat konformement mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn imsemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti tal-miżura li japplikaw għalih.
ANNESS V
Sistema ta’ ġestjoni tal-istima ta’ konformità
(imsemmi fl-artikolu 8(2))
|
1. |
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant li jissodisfa l-obbligi tal-punt 2 jiggarantixxi u jiddikjara li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE tista’ tkopri prodott wieħed jew aktar u għandha tinżamm mill-fabbrikant. |
|
2. |
Sistema ta’ ġestjoni tista’ tintuża għall-istima ta’ konformità ta’ prodott bil-kondizzjoni li l-fabbrikant jimplimenta l-elementi ambjentali speċifikati fil-punt 3. |
|
3. |
Elementi ambjentali tas-sistema ta’ ġestjoni Dan il-punt jispeċifika l-elementi u l-proċeduri li bihom il-fabbrikant ikun jista’ juri li l-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli. 3.1. Il-Politika tal-Prestazzjoni Ambjentali tal-Prodott Il-fabbrikant għandu jkun jista’ juri l-konformità mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli. Għandu wkoll ikun jista’ jipprovdi qafas biex ikunu jistgħu jsiru jew jiġu riveduti oġġettivi u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott sabiex il-prestazzjoni ambjentali totali tal-prodott tkun tista’ titjieb. Il-miżuri kollha li jkunu adottati mill-fabbrikant biex itejbu l-wirja ambjentali ġenerali u jwaqqfu profil ekoloġiku ta’ prodott, jekk ikun meħtieġ mill-miżura implimentattiva, mid-disinn u l-manifattura, iridu jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Dawn il-proċeduri u struzzjonijiet jrid ikollhom, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:
(a)
il-lista tad-dokumenti li għandha tkun ippreparata biex turi l-konformità tal-prodott, u jekk ikun relevanti, li għandhom ikunu disponibbli;
(b)
l-oġġettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott u l-istruttura tal-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet, is-setgħat tal-amministraturi u l-allokazzjoni tar-riżorsi f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tagħhom;
(c)
il-kontrolli u t-testijiet li għandhom isiru wara l-manifattura biex jivverifikaw il-prestazzjoni tal-prodott kontra l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali;
(d)
proċeduri biex jikkontrollaw id-dokumentazzjoni meħtieġa u biex jiżguraw li din tinżamm aġġornata; u
(e)
il-metodu biex jivverifika l-implimentazzjoni u l-effiċjenza tal-elementi ambjentali tas-sistema ta’ ġestjoni. 3.2. Ippjanar Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi u jżomm:
(a)
il-proċeduri għall-istabbiliment tal-profil ekoloġiku tal-prodott;
(b)
oġġettivi u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, li jikkunsidraw il-possibiltajiet teknoloġiċi u jqisu r-rekwiżiti tekniċi u ekonomiċi;
(c)
programm biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. 3.3. Implimentazzjoni u Dokumentazzjoni 3.3.1. Id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ ġestjoni għandha, b’mod partikolari, tikkonforma ma’ dawn li ġejjin:
(a)
ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet għandhom ikunu definiti u dokumentati sabiex jiżguraw prestazzjoni ambjentali tal-prodott effettiva u jsir rapport dwar l-operat tiegħu għall-analiżi u t-titjib;
(b)
id-dokumenti għandhom ikunu stabbiliti u jindikaw il-kontroll tad-disinn u l-mezzi tekniċi għall-verifika implimentati u l-proċessi u l-miżuri sistematiċi li ġew użati meta l-prodott kien qed jiġi ddisinjat; u
(c)
il-fabbrikant għandu jistabbilixxi u jżomm aġġornata informazzjoni li tiddeskrivi l-elementi ambjentali ċentrali tas-sistema ta’ ġestjoni u l-proċeduri għall-kontroll tad-dokumenti kollha meħtieġa. 3.3.2. Id-dokumentazzjoni li tikkonċerna l-prodott għandha tinkludi, b’mod partikolari:
(a)
deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-użu maħsub tiegħu;
(b)
ir-riżultati ta’ studji ta’ stima ambjentali rilevanti li jkunu saru mill-fabbrikant, u/jew ir-referenzi għal-letteratura ta’ stima ambjentali jew studji tal-każijiet li ntużaw mill-fabbrikant għall-valutazzjoni, id-dokumentazzjoni u d-deċiżjoni dwar is-soluzzjonijiet tad-disinn tal-prodott;
(c)
il-profil ekoloġiku, jekk hu meħtieġ mill-miżura implimentattiva;
(d)
dokumenti li jiddeskrivu r-riżultati tal-kejl li sar tar-rekwiżiti tal-ekodisinn inklużi dettalji tal-konformità tal-qisien kif huma mqabbla mar-rekwiżiti għall-ekodisinn stabbiliti mill-miżura implimentattiva applikabbli;
(e)
il-fabbrikant għandhu jistabbilixxi speċifikazzjonijiet li jindikaw, b’mod partikolari, liema standards ikunu ġew applikati; fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 10 mhumiex applikati jew fejn ma jkoprux b’mod totali r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva relevanti, il-metodi li ġew użati biex il-konformità tkun żgurata; u
(f)
kopja tal-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti ambjentali tal-prodott li hija provduta skont ir-rekwiżiti speċifikati fl-Anness I, Parti 2. 3.4. Kontrolli u azzjoni korrettiva 3.4.1. Il-fabbrikant għandu:
(a)
jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżgura li l- prodott jkun manifatturat b’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva li japplikaw għalih;
(b)
jistabbilixxi u jżomm aġġornati l-proċeduri biex in-nuqqas ta’ konformità tkun investigata u tingħata risposta, u jimplimenta tibdil fil-proċeduri dokumentati li jirriżultaw minn azzjoni korrettiva; u
(c)
iwettaq, mill-inqas kull tliet snin, verifika interna sħiħa tas-sistema ta’ ġestjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-elementi ambjentali tagħha. |
ANNESS VI
Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-KE
(Imsemmija fl-artikolu 5(3))
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandha tinkludi dawn l-elementi li ġejjin:
L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;
Deskrizzjoni tal-mudell biżżejjed għall-identifikazzjoni mhux ambigwa;
Fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;
Fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra użati,
Fejn ikun xieraq, referenza għal-leġiżlazzjoni oħra tal-Kommunità li tipprovdi għat-twaħħil tal-marka CE applikata; u
Identifikazzjoni u firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
ANNESS VII
Kontenut tal-miżuri implimentattivi
(imsemmija fl-artikolu 15(8))
Il-miżura implimentattiva għandha tispeċifika, b’mod partikolari:
It-tifsira eżatta tat-tip(i) ta’ prodott(i) kopert(i);
Ir-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-prodott(i) kopert(i), id-data/i ta’ implimentazzjoni u l-miżuri jew perjodi tranżitorji jew proviżorji;
fil-każ ta’ rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn, il-fażijiet u l-aspetti relevanti magħżula fost dawk imsemmija fil-punti 1.1 u 1.2 tal-Anness I, akkompanjati minn eżempji ta’ parametri magħżula minn dawk imsemmija fil-punt 1.3 tal-Anness I, bħala gwida waqt il-valutazzjoni tat-titjib f’dak li għandu x’jaqsam mal-aspetti ambjentali identifikati;
fil-każ ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn, il-livell(i) tiegħu (tagħhom);
Il-parametri għall-ekodisinn msemmija fil-Parti 1 tal-Anness I li fir-rigward tagħhom ebda rekwiżit għall-ekodisinn ma hu meħtieġa;
Ir-rekwiżiti dwar l-istallazzjoni tal-prodott fejn għandu relevanza diretta mal-prestazzjoni ambjentali kkunsidrata tal-prodott;
L-istandards ta’ kejl u/jew metodi ta’ kejl li għandhom jintużaw; meta jkunu disponibbli, għandhom jintużaw l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
Id-dettalji tal-istima ta’ konformità skont id-Deċiżjoni 93/465/KEE
fejn il-modulu(i) li għandu (għandhom) jiġu applikati huwa (huma) differenti mill-Modulu A; il-fatturi li jwasslu għall-għażla ta’ dik il-proċedura speċifika;
fejn hu relevanti l-kriterji għall-approvazzjoni u/jew iċ-ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi;
fejn moduli differenti jkunu stabbiliti f’rekwiżiti oħra CE għall-istess prodott, il-modulu definit fil-miżura implimentattiva għandhom jipprevalixxu fuq ir-rekwiżit in kwistjoni;
Rekwiżiti dwar informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-fabbrikanti l-iżjed dwar l-elementi tad-dokumentazzjoni teknika li huma meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mal-miżura implimentattiva;
It-tul tal-perjodu transitorju li matulu l-Istati Membri għandhom iħallu li jitqiegħdu fis-suq u/jew li jitħaddmu l- prodotti li jikkonformaw mar-regolamenti fis-seħħ fit-teritorju tagħhom fid-data tal-adozzjoni tal-miżura implimentattiva;
Id-data għall-valutazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-miżura implimentattiva, filwaqt li titqies il-ħeffa tal-progress teknoloġiku.
ANNESS VIII
Awto-regolament
(imsemmija fl-artikolu 17)
Flimkien mar-rekwiżit legali bażiku li inizjattivi awto-regolatorji għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat (b’mod partikolari s-suq intern u r-regoli ta’ kompetizzjoni), kif ukoll ma’ impenji internazzjonali tal-Komunità, inklużi regoli multilaterali ta’ kummerċ, il-lista li ġejja li mhix eżawrenti ta’ kriterji indikattivi tista’ tintuża biex tiġi valutata l-ammissibbiltà ta’ inizjattivi awto-regolatorji bħala alternattiva għall-miżura implimentattiva fil-kuntest ta’ din id-Direttiva.
1. Il-grad ta’ ftuħ tal-parteċipazzjoni
Għandom jkunu miftuħin inizjattivi awto-regolatorji għall-parteċipazzjoni ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi, kemm fil-fażi preparatorja kif ukoll fil-fażi tal-implimentazzjoni.
2. Valur miżjud
L-inizjattivi awto-regolatorji għandom jagħtu valur miżjud (iżjed minn “negozju tas-soltu”) fis-sens tal-prestazzjoni ambjentali totali mtejba tal-prodott kopert.
3. Rappreżentattività
L-industrija u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jkunu qed jieħdu sehem f’azzjoni awto-regolatorja għandom jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tas-settur ekonomiku relevanti, bl-inqas eċċezzjonijiet possibbli. Għanda tingħata attenzjoni sabiex tkun żgurata l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni.
4. Għanijiet kwantifikati u mqassma fi stadji
L-għanijiet definiti mill-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu stabbiliti b’termini ċari u mhux ambigwi, u jibdew minn linja bażi definita tajjeb. Jekk l-inizjattiva awto-regolatorja tkopri firxa twila ta’ żmien, għandhom jiġu inklużi miri temporanji. Irid ikun possibbli li jsir monitoraġġ tal-konformità mal-għanijiet u mal-miri (temporanji) b’mod li jkun jiflaħ l-ispiża u kredibbli bl-użu ta’ indikaturi ċari u ta’ min joqgħod fuqhom. Informazzjoni ta’ riċerka u dejta xjentifika u teknoloġika għandhom iħaffu l-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi.
5. Involviment tas-soċjetà ċivili
Bil-għan li tiġi żgurata t-trasparenza, inizjattivi awto-regolatorji għandhom jiġu ppubblikati, anke bl-użu tal-Internet u mezzi elettroniċi oħra sabiex tinxtered l-informazzjoni.
L-istess għandu japplika għar-rapporti temporanji u finali ta’ monitoraġġ. Il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-Istati Membri, l-industrija, l-għaqdiet ambjentali mhux governattivi u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu mistiedna biex jikkummentaw dwar inizjattivi awto-regolatorji.
6. Monitoraġġ u rapportar
Inizjattivi awto-regolatorji għandu jkollhom sistema tajba ta’ monitoraġġ b’responsabbiltajiet identifikati b’mod ċar għall-industrija u għall-ispetturi indipendenti. Is-servizzi tal-Kummissjoni, fi sħubija mal-partijiet ikkonċernati fl-inizjattiva awto-regolatorja, għandhom jiġu mistiedna biex jimmonitorjaw is-suċċess tal-objettivi.
Il-pjan ta’ monitoraġġ u r-rappurtar għandu jkun dettaljat, trasparenti u oġġettiv. Għandu jibqa’ f’id is-servizzi tal-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1), li għandhom iqisu jekk intlaħqux l-objettivi tal-ftehim volontarju jew ta’ miżuri awto-regolatorji oħra.
7. Effettività tan-nefqa fl-amministrazzjoni ta’ inizjattiva awto-regolatorja
L-ispiża li tamministra inizjattiva awto-regolatorja, b’mod partikolari rigward il-monitoraġġ, ma għandhiex twassal għal piż amministrattiv disproporzjonat, meta mqabbel mal-objettivi tagħhom u ma’ strumenti ta’ politika disponibbli oħrajn.
8. Sostenibbiltà
Inizjattivi awto-regolatorji għandhom iwieġbu għall-objettivi tal-politika ta’ din id-Direttiva, inkluż l-approċċ integrat u għandhom ikunu konsistenti mad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (jiġifieri saħħa, kwalità tal-ħajja u interessi ekonomiċi) għandha tiġi integrata.
9. Kompatibbiltà tal-inċentivi
Inizjattivi awto-regolatorji x’aktarx ma jagħtux ir-riżultati mistennija jekk fatturi u inċentivi oħra - pressjoni tas-suq, taxxi u leġiżlazzjoni fuq livell nazzjonali - jibagħtu sinjali kontradittorji lill-parteċipanti fl-inizjattiva awto-regolatorja. Il-konsistenza fil-politika hija essenzjali f’dan ir-rigward u għandha titqies fl-istima tal-effikaċja tal-inizjattiva.
ANNESS IX
PARTI A
Id-Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 24)
|
Id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29). |
|
|
Id-Direttiva 2008/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 48). |
L-Artikolu 1 biss |
PARTI B
Lista ta’ limiti tal-ħin għal trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 24)
|
Id-Direttiva |
L-iskadenza għat-traspożizzjoni |
|
2005/32/KE |
fil-11 ta’ Awwissu 2007. |
|
2008/28/KE |
— |
ANNESS X
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 2005/32/KE |
Din id-Direttiva |
|
L-Artikoli 1 sa 20 |
L-Artikoli 1 sa 20 |
|
Artikolu 21 |
— |
|
Artikolu 22 |
— |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 25 |
— |
|
— |
Artikolu 23 |
|
— |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 26 |
|
L-Annessi I sa VIII |
L-Annessi I sa VIII |
|
— |
L-Anness IX |
|
— |
L-Anness X |
( 1 ) ĠU C 100, 30.4.2009, p. 120.
( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2009.
( 3 ) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.
( 4 ) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
( 5 ) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.
( 6 ) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
( 7 ) ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.
( 8 ) ĠU C 141, 19.5.2000, p. 1.
( 9 ) ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16.
( 10 ) ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.
( 11 ) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.
( 12 ) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.
( 13 ) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
( 14 ) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1.
( 15 ) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.
( 16 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
( 17 ) ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17.
( 18 ) ĠU L 236, 18.9.1996, p. 36.
( 19 ) ĠU L 279, 1.11.2000, p. 33.
( 20 ) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
( 21 ) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.
( 22 ) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.
( 23 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
( 24 ) ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1.
( 25 ) ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.
( 26 ) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
( 27 ) ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.