<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-564/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0564</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:38">EU:C:2012:38</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻA C-564/10</P><P>PFEIFER &amp; LANGEN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C-564/10</P><P>Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung</P><P>vs</P><P>Pfeifer &amp; Langen Kommanditgesellschaft</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni għall-krediti tal-interessi dovuti skont id-dritt nazzjonali flimkien mar-rimbors ta’ ammonti indebitament miksuba</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni u applikabbiltà tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari preżenti, il-Bundesverwaltungsgericht (Qorti Amministrattiva Federali) (il-Ġermanja) tistaqsi jekk il-krediti tal-interesssi li jirriżultaw minn irregolarità kif iddefinita fir-Regolament Nru 2988/95<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom), tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).</P></NOTE> humiex irregolati minn dan ir-regolament jew inkella mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-Artikolu 325 TFUE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 325 TFUE, l-Istati Membri għandhom dover ġenerali li jiġġieldu l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament Nru 2988/95 jistabbilixxi numru ta’ regoli ġenerali relatati mal-kontrolli, mal-miżuri amministrattivi u mas-sanzjonijiet f’dak li jirrigwarda irregolaritajiet relatati mad-dritt tal-UE fejn tkun ingħatat l-għajnuna lill-benefiċjarji skont il-linji politiċi tal-UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Jien użajt il-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>il-Komunità Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> (jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>il-Komunitajiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) kull fejn irreferejt għal dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jużaw dawk il-frażijiet: inkella ser nirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>l-UE<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></NOTE>. Qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, ma kienux jeżistu regoli komuni li jiddefinixxu irregolaritajiet bħal dawn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>L-Artikolu 1(1).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>It-tielet premessa tal-Preambolu tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[...] atti li huma ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunità [tal-Komunitajiet] għandhom [...] jiġu ribattuti fl-oqsma kollha<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>. Ir-raba’ premessa tgħid li hemm bżonn ta’ sett ta’ regoli legali komuni għall-oqsma kollha koperti mill-politiki tal-Komunità biex tiġi miġġielda l-frodi mwettqa kontra l-interessi finanzjarji tal-Komunità.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Irregolarità għandha tfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Komunità li jirriżulta minn att jew nuqqas ta’ operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali tal-Komunità jew il-budget mmexxi minnhom, jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi tagħhom stess miġbura direttament għan-nom tal-Komunità, jew permezz ta’ nefqa mhux ġustifikata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 jipprovdi li l-verifiki amministrattivi, il-miżuri u s-sanzjonijiet għandhom jiġu introdotti sakemm ikunu neċessarji biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-liġi tal-Komunità. In-natura u l-iskop tal-miżuri amministrattivi u tas-sanzjonijiet jiġu ddeterminati mid-dritt Komunitarju fid-dawl tan-natura tal-irregolarità u ta’ kemm din tkun serja, tal-vantaġġ mogħti jew miksub u l-livell ta’ responsabbiltà. Bla ħsara għal-liġi applikabbli tal-Komunità, il-proċeduri għall-applikazzjoni tal-verifiki Komunitarji, tal-miżuri u tas-sanzjonijiet jiġu rregolati mil-liġijiet nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>L-Artikolu 2 paragrafi (1), (3) u (4).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-perjodu tal-limitazzjoni [It-terminu ta’ preskrizzjoni] għall-proċeduri għandu jkun ta’ erba’ snin minn meta l-irregolarità [...] tkun ġiet kommessa. Madankollu, ir-regoli settorjali jistgħu jipprovdu għal perjodu [terminu] iqsar li ma jistax ikun anqas minn tliet snin.</ALINEA><ALINEA>F’każ ta’ irregolaritajiet kontinwi jew ripetuti, it-terminu tal-limitazzjoni għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih tieqaf l-irregolarità. Fil-każ tal-programmi multiannwi, it-terminu tal-limitazzjoni għandu f’kull każ jibqa’ jiddekorri sakemm il-programm jitwaqqaf definittivament.</ALINEA><ALINEA>It-terminu tal-limitazzjoni għandu jiġi interrott bi kwalsiasi att tal-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna in kwestjoni, li jkollha x’taqsam mal-investigazzjoni jew proċeduri legali dwar l-irregolarità. It-terminu [ta’ preskrizzjoni] għandu jibda jiddekorri mill-ġdid wara kull att li jinterrompih.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-piena [s-sanzjoni] amministrattiva għandu jkun ta’ tliet snin. Dan għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih id-deċiżjoni ssir finali.</ALINEA><ALINEA>Każijiet ta’ interruzzjoni u sospensjoni għandhom jiġu rregolati permezz tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibbiltà li japplikaw perjodu li jkun itwal minn dak li hemm provdut fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bħala regola ġenerali, kull irregolarità għandha tinvolvi l-irtirar tal-vantaġġ miksub b’mod skorrett [indebitament]:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>permezz ta’ obbligu li min ikun iħallas jew iħallas lura l-ammonti dovuti jew aċċettati b’mod skorrett [indebitament],</P></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-irtirar tal-vantaġġ miksub kif ukoll, fejn ikun hemm hekk provdut, l-imgħax li jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ rata fissa.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri kif hemm provdut f’dan l-Artikolu m’għandhomx jitqiesu bħala penali [sanzjonijiet]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 jipprovdi għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ fejn l-irregolaritajiet ikunu intenzjonati jew ikkawżati minn negliġenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-regoli applikabbli biex jiġu ddeterminati l-perijodi, id-dati u t-termini</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71, tat-<DATE ISO="19710603">3 ta’ Ġunju 1971</DATE>, li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 51).</P></NOTE> jistabbilixxi regoli ġenerali uniformi li jiddeterminaw il-perijodi, id-dati u t-termini fir-rigward ta’ atti adotatti mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-iffinanzjar tal-Politika Agrikola Komuni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament tal-Kunsill KEE Nru 729/70, tal-<DATE ISO="19700421">21 ta’ April 1970</DATE>, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="1970">ĠU 1970 L 94, p. 13</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1287/95, tat-<DATE ISO="19950522">22 ta’ Mejju 1995</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="125" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1995">ĠU 1995 L 125, p. 1</REF.DOC.OJ>). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414) issostitwit mir-Regolament Nru 729/70 fir-rigward tal-infiq effettwat mill-<DATE ISO="20000101">1 ta’ Jannar 2000</DATE>.</P></NOTE> waqqaf il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>FAEGG<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) bħala parti mill-baġit tal-Komunità. L-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament kien jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li t-tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEGG ikunu fil-fatt twettqu u li jkunu twettqu b’mod korrett, li jipprevjenu l-irregolaritajiet, u li jirkupraw dawk is-somom mitlufa minħabba irregolarità jew negliġenza.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91, tal-<DATE ISO="19910304">4 ta’ Marzu 1991</DATE>, dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta’ somom ta’ flus imħallsa ħażin [indebitament] b’konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ tagħrif f’dan il-qasam u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 283/72 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 171).</P></NOTE> introduċa regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 729/70. Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 595/91, l-Istati Membri huma marbuta jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet li kienu s-suġġett tal-ewwel konstatazzjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji. L-Artikolu 7(1) kien jipprovdi li meta r-regoli stabbiliti ma jkunux ġew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>miksura b’mod sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, l-Istati Membri setgħu jżommu 20 % minn kull ammont irkuprat.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 32(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-<DATE ISO="20050621">21 ta’ Ġunju 2005</DATE>, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286M" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005 L 286M, p. 1</REF.DOC.OJ>). Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>PAK<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), l-Artikolu 2 jistabbilixxi Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>FAEG<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), taħt il-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.</P></NOTE> huwa applikabbli b’effett mis-<DATE ISO="20061016">16 ta’ Ottubru 2006</DATE> ’il quddiem f’dak li jirrigwarda każijiet innotifikati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 595/91 li fir-rigward tagħhom ikunu għadhom ma ġewx irkuprati l-flus kollha sa dik id-data<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>It-tieni inċiż tat-tielet pragrafu tal-Artikolu 49 tar-Regolament Nru 1290/2005.</P></NOTE>. Dan jgħid: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Is-somom irkuprati wara li tkun seħħet irregolarità jew negliġenza u l-interess fuqhom għandhom jingħataw lill-aġenzija tal-ħlas u jiġu mniżżlin fil-kontijiet minnha bħala dħul assenjat lill-FAEG fix-xahar li fih attwalment jiġu rċevuti l-flus<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 595/91 tħassar bl-Artikolu 46 tar-Regolament Nru 1290/2005. Skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 l-Istati Membri jistgħu jżommu 20 % tal-ammonti rkuprati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>spejjeż ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ħlief f’dawk il-każijiet fejn ikun hemm irregolarità jew negliġenza li tista’ tiġi attribwita lill-awtoritajiet amministrattivi jew lil korpi oħra uffiċjali tagħhom.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-settur taz-zokkor</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-UE hija fost l-akbar produtturi taz-zokkor fid-dinja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/><HT TYPE="ITALIC">The common organisation of the market in sugar</HT><QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ippubblikat mid-Direttorat tal-Agrikoltura tal-Kummissjoni Ewropea (AGRI/63362/2004); ara wkoll www.fao.org, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/><HT TYPE="ITALIC">Food outlook global market analysis sugar November 2008</HT><QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</P></NOTE>. L-organizzazzjoni tas-suq komuni fis-settur taz-zokkor tipprovdi għajnuna finanzjarja biss fir-rigward ta’ zokkor prodott li jaqa’ f’ċerti kwoti (zokkor A u B). Iz-zokkor prodott ’il fuq mill-kwoti ta’ produzzjoni A u B għandu jew jinħażen biex ikun jista’ jintuża bħala parti mill-kwota A tas-sena ta’ wara jew inkella mibjugħ barra l-UE fis-suq dinji u mingħajr sussidju fuq l-esportazzjoni. Għalhekk, impriża li taqbeż il-kwoti tal-produzzjoni jkollha taħżen dak iz-zokkor ladarba ma tkunx tixtieq tesportah.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014a"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81, tat-<DATE ISO="19810630">30 ta’ Ġunju 1981</DATE>, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="1981">ĠU 1981 L 177, p. 4</REF.DOC.OJ>), li ġie mħassar u sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2038/1999, tat-<DATE ISO="19990913">13 ta’ Settembru 1999</DATE>, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="252" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1999">ĠU 1999 L 252, p. 1</REF.DOC.OJ>). Attwalment huwa applikabbli r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU L 299, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> ipprovda għal sistema ta’ kumpens għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ħażna taz-zokkor għal kwalunkwe sena tas-suq<P>—Skont ir-regolamenti fis-seħħ f’dak iż-żmien, is-sena tas-suq taz-zokkor kienet tibda fl-1 ta’ Lulju u tispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.</P>. L-Istati Membri kellhom jimponu taxxa biex ikunu jistgħu jiffinanzjaw dik l-iskema u jirrimborsaw l-ispejjeż tal-ħażna soffruti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>L-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1785/81.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>It-tielet premessa tal-Preambolu tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1358/77<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1358/77, tal-<DATE ISO="19770620">20 ta’ Ġunju 1977</DATE>, li jippreskrivi regoli ġenerali sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż tal-ħażna taz-zokkor u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 750/68 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="1977">ĠU 1977 L 156, p. 4</REF.DOC.OJ>), imħassar u ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-<DATE ISO="20010619">19 ta’ Ġunju 2001</DATE>, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 3, p. 64).</P></NOTE> kienet tipprovdi li r-rimborsi totali magħmula għandhom ikunu ugwali għat-taxxi totali imposti.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1358/77 kien jipprovdi li l-ispejjeż tal-ħażna għaz-zokkor għandhom jiġu rrimborsati mill-Istati Membri. Skont l-Artikolu 4 r-rimbors kien ibbażat fuq id-dikjarazzjonijiet mensili tal-kwantitajiet maħżuna. L-għan tal-Artikoli 6 u 7 kien li l-iskema ta’ kumpens tkun tiffinanzja lilha nnifisha.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Is-17-il premessa tal-Preambolu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1998/78<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1998/78, tat-<DATE ISO="19780818">18 ta’ Awwissu 1978</DATE>, li jippreskrivi regoli ġenerali sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż tal-ħażna taz-zokkor (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="231" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="1978">ĠU 1978 L 231, p. 5</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> tgħid li l-manifatturi għandhom iroddu lura dawk ir-rimborsi li ma humiex intitolati għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 jipprovdi li l-persuni intitolati għar-rimbors għandhom, sa mhux iżjed tard mill-15-il jum ta’ kull xahar, jikkomunikaw lill-Istat Membru kkonċernat id-dettalji tal-ħażna li għalih ikun qed jintalab ir-rimbors. Skont l-Artikolu 14(1), meta z-zokkor eliġibbli għar-rimbors jinħażen flimkien ma’ zokkor li ma huwiex eliġibbli, l-Istat Membru għandu jqiegħed iz-zokkor inkwistjoni taħt il-kontroll tad-dwana jew inkella taħt kontroll amministrattiv li joffri salvagwardji ekwivalenti.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 jipprovdi li sal-20 jum ta’ kull xahar l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, għal kull persuna intitolata, l-ammont totali tar-rimborsi u l-ammont totali tat-taxxa. Fil-każ ta’ diskrepanzi l-Artikolu 16 jipprovdi għal aġġustament li jsir b’mod retrospettiv.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Paragrafu 14(1) tal-Marktorganisationsgesetz (il-liġi dwar l-organizzazzjoni tas-swieq) jistipula li, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’att legali tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, it-talbiet għar-rimbors ta’ benefiċċji speċjali, bħalma hija t-tpaċija tal-ispejjeż tal-ħażna, għandhom ikunu suġġetti għal interessi b’rata ta’ 3 % iktar mir-rata tal-iskont kurrenti tal-Bundesbank Ġermaniż mid-data li fihom jibdew jgħoddu.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skont il-Paragrafi 197 u 201 tal-Bürgerliches Gesetzbuch (Kodiċi Ċivili Ġermaniż, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>BGB<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), fil-verżjoni applikabbli sal-<DATE ISO="20011231">31 ta’ Diċembru 2001</DATE>, talba għall-arretrati tal-interessi kienet tiġi preskritta wara erba’ snin minn tmiem is-sena li fiha jkun irriżulta d-dritt għall-interessi. Skont il-Paragrafu 195 tal-BGB, fil-verżjoni applikabbli mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, dan it-terminu tqassar għal tliet snin. L-effett tal-Paragrafu 229(6) tal-Einführungsgesetz zum Bürgerlichen Gesetzbuch (Liġi Introduttorja għall-Kodiċi Ċivili Ġermaniż) huwa li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin li kien jeżisti qabel għandu jkompli jgħodd fir-rigward ta’ interessi dovuti għas-snin 1999 u 2000.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali tispjega li, skont id-dritt Ġermaniż, għalkemm il-krediti tal-interessi huma anċillari għal talba prinċipali, f’kull sens ieħor dawn huma awtonomi. Dan ifisser li, sa fejn jikkonċerna t-termini ta’ preskrizzjoni, dawn ma jistgħux jiġu invokati ladarba t-talba prinċipali tkun ġiet preskritta, iżda madankollu dawn iseħħu indipendentement u l-preskrizzjoni tagħhom tista’ tirriżulta indipendentement.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li jistgħu jinqalgħu xi problemi meta d-dritt nazzjonali jipprovdi li l-interessi jistgħu jintalbu biss fir-rigward tal-perijodu ta’ wara li tkun ġiet ippenalizzata irregolarità, f’liema każ dawn jistgħu jkunu preskritti qabel ma jinħoloq id-dritt għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont il-Paragrafu 53(1) tal-Verwaltungsverfahrensgesetz (liġi dwar il-proċedura amministrattiva, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>VwVfG<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), att amministrattiv adottat biex tiġi stabbilita jew implementata talba ta’ persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku tissospendi t-terminu ta’ preskrizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tuża t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>hemmen<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li l-aħjar traduzzjoni tiegħu għall-Ingliż hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>suspend<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Madankollu l-verżjoni Ingliża tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 tuża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>interrupted<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (il-verżjoni Franċiża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>est interrompue<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, dik Ġermaniża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>wird […]unterbrochen<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>). Fil-kumplament ta’ dawn il-konklużjonijiet ser nuża t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>jissospendi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>jinterrompi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> b’mod interkambjabbli.</P></NOTE> fir-rigward ta’ dik it-talba sakemm l-att amministrattiv isir finali jew sa sitt xhur wara li dan ikun ġie konkluż mod ieħor.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi magħmula</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fis-snin tas-suq taz-zokkor 1994/95, 1995/96 u 1996/97, Pfeifer &amp; Langen KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Pfeifer<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) ippreżentat applikazzjoni kull xahar biex tiġi rrimborsata għall-ispejjeż tal-ħażna taz-zokkor, applikazzjonijiet li sussegwentement intlaqgħu.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Wara li saret investigazzjoni, il-Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (Uffiċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Bundesanstalt<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) ħa deċiżjonijiet li permezz tagħhom Pfeifer intalbet trodd lura l-ispejjeż tal-ħażna rrimborsati għal dawk is-snin minħabba li kienet kisbet vantaġġ indebitu abbażi ta’ irregolarità. Fl-applikazzjonijiet tagħha Pfeifer kienet iddikjarat kwantitajiet ikbar milli kellha ta’ zokkor li fir-rigward tagħhom setgħu jiġu rrimborsati l-ispejjeż tal-ħażna.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali jikkonċernaw, l-ewwel nett, rikors relatat mal-ispejjeż tal-ħażna rrimborsati (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>somma prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), u t-tieni nett, kreditu tal-interessi fuq is-somma prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>dejn tal-interessi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ġew ippreżentati talbiet għas-snin tas-suq 1988 sa 1997 quddiem il-qrati nazzjonali. Madankollu, is-snin tas-suq 1994/95, 1995/96 u 1996/97 biss huma s-suġġett tat-talba preżenti għal deċiżjoni preliminari.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda s-somma prinċipali, il-Bundesanstalt ħareġ tliet deċiżjonijiet fit-<DATE ISO="20030130">30 ta’ Jannar 2003</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>deċiżjonijiet prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), fejn qal li s-somom mitluba lura għandhom jgħoddu bl-interessi mid-data li fiha dawn is-somom kienu nkisbu. L-ammont tal-interessi ġie ddeterminat f’deċiżjonijiet sussegwenti.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Pfeifer appellat mid-deċiżjonijiet prinċipali. Fl-<DATE ISO="20061010">10 ta’ Ottubru 2006</DATE> il-Bundesanstalt ċaħad il-kontestazzjoni ta’ Pfeifer fuq il-mertu tagħha, iżda ddeċieda li jnaqqas l-ammont tas-somma prinċipali. Pfeifer ressqet kawża biex tikkontesta d-deċiżjoni li biha l-Bundesanstalt ċaħad l-appell tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Pfeifer ħallset is-somma prinċipali ta’ EUR 469 941.12 fil-<DATE ISO="20061115">15 ta’ Novembru 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Bundesanstalt imbagħad ta deċiżjoni oħra fit-<DATE ISO="20070413">13 ta’ April 2007</DATE>, li biha ntalbu EUR 298 650.93 f’interessi fuq is-somma prinċipali (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>l-ewwel deċiżjoni dwar l-interessi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Pfeifer ikkontestat dik id-deċiżjoni. B’mod partikolari oġġezzjonat għall-kreditu tal-interessi ta’ EUR 119 984.27 għas-snin 1999 sa 2002, għar-raġuni li dan ġie preskritt.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Minbarra dan, Pfeifer issostni li l-kreditu tal-interessi tal-Bundesanstalt ġie preskritt saħansitra qabel ma ttieħdet l-ewwel deċiżjoni dwar l-interessi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>kwistjoni dwar il-preskrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>). Hija tqis li l-interessi kienu dovuti biss fir-rigward tal-perijodu ta’ wara t-<DATE ISO="20070413">13 ta’ April 2007</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Punt 111 iktar ’l isfel.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, il-Bundesanstalt ħareġ verżjoni rriveduta tad-deċiżjoni f’dak li jirrigwarda d-dejn tal-interessi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>it-tieni deċiżjoni dwar l-interessi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>). Huwa aċċetta li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin li kien applikabbli għal dan id-dejn kien ifisser li l-kreditu tal-interessi għas-snin 1997 u 1998 ġie preskritt fid-data li fiha ttieħdu d-deċiżjonijiet prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Bundesanstalt jidhirlu li d-deċiżjonijiet prinċipali kellhom l-effett li jinterrompu t-terminu ta’ preskrizzjoni relatat mal-kreditu tal-interessi. Għalhekk fil-fehma tiegħu l-interessi li bdew jgħoddu mill-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE> (EUR 237 644.17) ma ġewx preskritti.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20071114">14 ta’ Novembru 2007</DATE> Pfeifer ressqet kawża quddiem il-Verwaltungsgericht Köln (Qorti Amministrattiva ta’ Köln) biex titlob l-annullament tat-tieni deċiżjoni dwar l-interessi sa fejn din kienet tikkonċerna l-interessi għall-perijodu mill-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE> sal-<DATE ISO="20021231">31 ta’ Diċembru 2002</DATE> (EUR 119 984.27). Pfeifer ħallset id-dejn tal-interessi għas-snin ta’ wara.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE>, il-Verwaltungsgericht annullat it-tieni deċiżjoni dwar l-interessi fir-rigward tal-valur ikkontestat. Hija sostniet li l-kwistjoni dwar il-preskrizzjoni kienet irrelevanti. Hija kkunsidrat li t-talba fir-rigward tal-interessi kienet ibbażata fuq il-paragrafu 14 tal-Marktorganisationsgesetz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Punt 21 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Skont din id-dispożizzjoni, l-interessi fuq il-krediti relatati mar-rimbors ta’ benefiċċji speċjali huma dovuti sa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>mid-data tal-ħolqien tal-krediti<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Madankollu, il-kreditu inkwistjoni ma nħoloqx qabel ma ġew ikkomunikati d-deċiżjonijiet prinċipali, tant li ma kien jeżisti ebda obbligu li jitħallsu l-interessi għall-perijodi preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-Bundesanstalt appella lill-Bundesverwaltungsgericht fuq punt ta’ dritt. Huwa sostna li d-deċiżjonijiet prinċipali rrevokaw l-għoti tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ħażna b’effett retrospettiv, b’tali mod li Pfeifer kienet obbligata tħallas l-interessi fuq is-somom imħallsa żejda mid-data li fiha hija kienet irċeviethom.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Bundesverwaltungsgericht għamlet id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-[Regolament Nru 2988/95] japplika wkoll għat-terminu ta’ limitazzjoni [preskrizzjoni] ta’ krediti ta’ interessi dovuti skont id-dritt nazzjonali b’żieda mar-rimbors tal-vantaġġ miksub fuq il-bażi ta’ irregolarità?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-tqabbil tat-termini meħtieġ skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament [Nru 2988/95] jipprevedi biss it-tul tat-terminu jew għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijet nazzjonali li jipposponu l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu, mingħajr il-ħtieġa ta’ ċirkustanzi oħra, għat-tmiem tas-sena kalendarja li matulha jinħoloq il-kreditu (tal-interessi)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>It-terminu ta’ limitazzjoni, inkluż dak għal krediti tal-interessi, jibda jiddekorri mill-mument li fih issir irregolarità jew, rispettivament, mill-waqfien tal-irregolarità kontinwa jew ripetuta, anki meta l-krediti tal-interessi jirrigwardaw biss perijodi sussegwenti u, għalhekk, jinħolqu biss iktar tard? Fil-każ ta’ irregolaritajiet kontinwi jew ripetuti, il-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ limitazzjoni huwa wkoll pospost taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament [Nru 2988/95], fir-rigward ta’ krediti tal-interessi, sal-mument tat-tmiem tal-irregolarità?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>F’liema mument jieqaf [jispiċċa] l-effett ta’ interruzzjoni ta’ att tal-awtorità kompetenti skont it-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament [Nru 2988/95], li fuq il-bażi tiegħu ġie kkonstatat il-kreditu inkwistjoni (f’dan il-każ, il-kreditu tal-interessi)?<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati minn Pfeifer, mill-Bundesanstalt u mill-Kummissjoni. Pfeifer u l-Kummissjoni ppreżentaw sottomissjonijiet orali waqt is-seduta tas-<DATE ISO="20111117">17 ta’ Novembru 2011</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fl-ewwel domanda tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk it-terminu ta’ preskrizzjoni stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 huwiex applikabbli wkoll għall-krediti tal-interessi taħt id-dritt nazzjonali, apparti milli għall-irkupru tas-somma prinċipali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Kunsiderazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-iskop tar-Regolament Nru 2988/95 huwa li jistabbilixxi regoli ġenerali biex ikunu jistgħu jiġu skoperti u ssanzjonati l-irregolaritajiet. F’dan il-kuntest, ir-regoli li jirregolaw it-termini ta’ preskrizzjoni huma wkoll ta’ natura ġenerali. L-għan tal-leġiżlatur kien li jiddetermina, permezz tar-regoli ġenerali ta’ preskrizzjoni, terminu minimu li għandu jiġi applikat fl-Istati Membri kollha, kif ukoll li jelimina l-possibbiltà li jiġu rkuprati somom li jkunu nkisbu indebitament mill-baġit tal-UE wara li jkunu skadew erba’ snin minn meta tkun twettqet l-irregolarità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-201/10+C-202/10" PAGE.ECR="I-3545" YEAR="2011">C-201/10 u C-202/10, Ġabra p. I-3545</REF.DOC.ECR>, punt 24).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>regoli ġenerali [...] relatati ma’ verifiki omoġenji u ma’ miżuri amministrattivi u ma’ pieni [sanzjonijiet] dwar irregolaritajiet fir-rigward tal-liġi Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20090129">29 ta’ Jannar 2009</DATE>, Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-278/07+C-280/07" PAGE.ECR="I-457" YEAR="2009">C-278/07 u C-280/07, Ġabra p. I-457</REF.DOC.ECR>, punt 20).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti kontrolli, miżuri u sanzjonijiet amministrattivi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tad-dritt Komunitarju. L-Artikolu 2(3) jipprovdi li huwa d-dritt Komunitarju li għandu jiddetermina n-natura u l-iskop ta’ miżuri bħal dawn.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Minħabba l-fatt li r-Regolament Nru 2988/95 huwa miżura ġenerali, l-Artikolu 2(4) jipprovdi li, suġġett għad-dritt Komunitarju, il-proċeduri għall-applikazzjoni ta’ kontrolli, ta’ miżuri u ta’ sanzjonijiet għandhom jiġu rregolati mil-liġijiet tal-Istati Membri. Għalhekk, minħabba li ma hemmx dispożizzjoni speċifika fir-Regolament Nru 2988/95, huwa neċessarju li wieħed l-ewwel iħares lejn ir-regoli settorjali rilevanti tal-UE u mbagħad lejn id-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) jistabbilixxi regola ġenerali ta’ preskrizzjoni li tiddetermina t-terminu minimu li għandu jiġi applikat fl-Istati Membri kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 27.</P></NOTE>. Dan jistipula li r-regoli settorjali jistgħu jipprovdu għal terminu iqsar li ma jistax ikun anqas minn tliet snin. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li r-riferiment għar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>regoli settorjali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fl-Artikolu 3(1) huwa riferiment għad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE pjuttost milli għal-leġiżlazzjoni nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Corman (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-131/10" PAGE.ECR="I-14199" YEAR="2010">C-131/10 Ġabra p. I-14199</REF.DOC.ECR>, punt 41).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-kwistjoni preżenti, huwa t-terminu ta’ preskrizzjoni stabbilit fl-Artikolu 3(1) li huwa applikabbli għas-somma prinċipali, minħabba li ma teżisti ebda dispożizzjoni settorjali li tistabilixxi terminu fir-rigward tal-irkupru tal-ispejjeż tal-ħażna taz-zokkor li jkunu ġew indebitament irrimborsati.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) jipprovdi li l-miżuri amministrattivi relatati ma’ irregolarità għandhom jinvolvu l-irtirar tal-vantaġġ indebitament miksub permezz ta’ obbligu ta’ ħlas jew ta’ ħlas lura tal-ammonti dovuti jew indebitament miksuba. L-Artikolu 4(2) ikompli biex jipprovdi: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>L-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-irtirar tal-vantaġġ miksub kif ukoll, <HT TYPE="ITALIC">fejn ikun hemm hekk provdut</HT>, l-imgħax li jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ rata fissa<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> (enfasi miżjuda). Dan huwa l-uniku riferiment espliċitu għall-interessi fir-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, it-talba prinċipali — għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ħażna fir-rigward ta’ zokkor li jkun qabeż il-kwoti tal-produzzjoni — tikkonċerna miżura amministrattiva imposta taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2988/95 (pjuttost milli sanzjoni amministrattiva kif stipulat fl-Artikolu 5). Is-suġġett tal-proċeduri li wasslu għar-rinviju preżenti huwa krediti tal-interessi li jirriżultaw mit-talba prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>B’mod ġenerali, il-krediti tal-interessi jinħolqu biss meta jkun hemm talba għal somma prinċipali. Għalhekk, kawża biex jinġabru l-interessi normalment tkun anċillari għall-kawża prinċipali biex jiġi rkuprat dejn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Wieħed jista’ jara eċċezzjoni għal dan fis-sentenza tat-<DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Kawżi magħquda <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/98+C-410/98" PAGE.ECR="I-1727" YEAR="2001">C-397/98 u C-410/98, Ġabra p. I-1727</REF.DOC.ECR>), li kienu jirrigwardaw talba għad-danni u/jew restituzzjoni tal-valur tal-użu ta’ flus imħallsa bħala ħlas bil-quddiem ta’ taxxa fuq il-kumpanniji (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>advance corporation tax<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>ACT<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>) lill-Kummissarji tat-Taxxi Interni skont sistema ta’ taxxa li sussegwentement instabet li hija diskriminatorja mill-Qorti tal-Ġustizzja u għalhekk li tmur kontra d-dritt tal-UE. F’dawn iċ-ċirkustanzi tassew partikolari, fejn l-iżvantaġġ soffrut ma kienx il-fatt li kellha titħallas taxxa dovuta iżda li din it-taxxa kellha titħallas <HT TYPE="ITALIC">bil-quddiem</HT>, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>suġġett stess tal-azzjoni fil-kawżi prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> kien fir-realtà t-talba għall-interessi biex jiġi kkumpensat l-iżvantaġġ relatat mad-dħul u mal-ħruġ ta’ flus (punt 87).</P></NOTE>. Il-fatti misjuba mill-qorti nazzjonali u l-ispjegazzjoni tagħha tar-regoli nazzjonali juru li fil-fatt dan huwa tabilħaqq il-każ hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Mill-kliem tal-Artikolu 4(2) jirriżulta ċar li l-impożizzjoni tal-ħlas tal-interessi hija miżura li tista’ tittieħed konġuntament mal-irtirar tal-vantaġġ indebitament miksub. Għalhekk jidhirli li d-dejn tal-interessi huwa meqjus bħala anċillari għas-somma prinċipali għall-iskopijiet tar-Regolament Nru 2988/95. Dan id-dejn ma jiffurmax parti mill-vantaġġ innifsu indebitament miskub.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Analiżi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Minħabba li fit-test ma jsir ebda riferiment, espliċitu jew impliċitu, għal proċeduri fir-rigward tal-interessi, talba anċillari għall-interessi għandha taqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95?</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Bħall-qorti tar-rinviju, il-Bundesanstalt jidhirlu li anki jekk l-irkupru tal-interessi huwa rregolat mid-dritt tal-UE, l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 jikkonċerna biss is-somom prinċipali li jsiru dovuti minħabba li tkun twettqet irregolarità, iżjed milli talbiet anċillari għall-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Pfeifer issostni, l-ewwel nett, li ma teżisti ebda dispożizzjoni ċara tal-UE li tirregola d-dejn tal-interessi, it-tieni nett, li l-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2988/95, li mill-istruttura u mill-kliem tat-tieni paragrafu tiegħu jirriżulta li l-interessi ma humiex parti mis-somma prinċipali li tikkostitwixxi s-suġġett tat-talba għar-restituzzjoni, it-tielet nett, li l-Artikolu 4 ma jiddependix fuq l-Artikolu 3 u, fl-aħħar nett, li d-dejn tal-interessi huwa anċillari għas-somma prinċipali u għalhekk għandu jkun is-suġġett ta’ dispożizzjonijiet separati f’dak li jirrigwarda t-termini ta’ preskrizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li d-dejn tal-interessi jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95. L-Artikolu 4 tar-Regolament 2988/95 jimponi miżuri amministrattivi biex jiġi rtirat il-vantaġġ indebitament miksub. Id-dejn tal-interessi jiġi rkuprat meta jiġu applikati dawn il-miżuri. L-Artikolu 3 għalhekk impliċitament jistabbilixxi terminu ta’ erba’ snin li fih jistgħu jiġu rkuprati l-interessi, li jibda jiddekorri minn meta tkun ġiet kommessa l-irregolarità. Il-Kummissjoni tkompli ssostni li r-Regolament Nru 2988/95 japplika sabiex jiġi żgurat li d-dejn tal-interessi ma jiġix ittrattat bħala ħaġa indipendenti mis-somma prinċipali skont id-dritt nazzjonali. Għalhekk, ir-Regolament Nru 2988/95 jipprovdi li l-kreditu tal-interessi ma jiġix preskritt qabel ma jagħlaq it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin li huwa applikabbli meta tkun ġiet kommessa l-irregolarità (bla ħsara għal xi perijodi ta’ interruzzjoni).</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-qorti tar-rinviju, il-Bundesanstalt u l-Kummissjoni jidhrilhom li l-ġbir tad-dejn tal-interessi nnifsu jaqa’ taħt id-dritt tal-UE. F’dan ir-rigward it-tnejn li huma jinvokaw l-Artiklu 32(1) tar-Regolament Nru 1290/2005.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE, huwa neċessarju li jkun hemm regola ġenerali fil-livell tal-UE li tkun tapplika fl-Istati Membri kollha u li tistabbilixxi terminu ta’ preskrizzjoni minimu li fih ikun jista’ jinġabar id-dejn tal-interessi. L-interessi huma ta’ benefiċċju għall-baġit tal-UE u huma ta’ natura kumpensatorja minħabba li jirrapreżentaw il-ħsara li jsofri l-baġit sakemm is-somom prinċipali jkunu għadhom ma tħallsux.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-Bundesanstalt jikkunsidra li fl-Artikolu 3(1) ma hemmx dispożizzjoni speċifika fir-rigward tal-krediti tal-interessi. Għalhekk, dawn it-talbiet jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni stabbilit f’dan l-artikolu u huma rregolati mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Pfeifer issostni li l-iskop li għalih jiġu imposti l-interessi huwa li tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni pjuttost milli biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Il-ġbir tal-interessi jaqa’ fi ħdan l-għanijiet tar-Regolament Nru 2988/95?</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-iskop tar-Regolament Nru 2988/95 huwa mfisser f’termini wiesgħa fil-Preambolu. It-tielet premessa tgħid li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>[…] atti li huma ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunità [tal-Komunitajiet] għandhom [...] jiġu ribattuti fl-oqsma kollha<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Ir-raba’ premessa tikkonferma li l-għan tal-leġiżlazzjoni huwa li tiġġieled il-frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza Corman, (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, punt 36).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Jidhirli li l-iskop innifsu wara l-ġbir tal-interessi għandu effett fuq jekk l-impożizzjoni ta’ dawn l-interessi taqax fi ħdan l-għanijiet tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>L-iskop huwa doppju. L-ewwel nett, huwa jikkumpensa lil dik il-parti li ma setgħatx tagħmel użu mill-flus inkwistjoni. L-interessi jirrappreżentaw il-valur fiż-żmien tal-flus miksuba minn Pfeifer bħala ħlas żejjed. It-tieni nett, huwa jelimina kull vantaġġ li Pfeifer, bħala l-benefiċjarja ta’ ħlas żejjed miksub b’riżultat tal-irregolarità, tista’ tgawdi li kieku dan il-ħlas żejjed ma kienx suġġett għall-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi dan ir-rwol doppju huwa kompletament konsistenti mal-għanijiet tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Sussegwentement jidhirli li, f’dak li jirrigwarda l-kliem u l-istruttura tar-Regolament Nru 2988/95, minkejja l-assenza ta’ riferiment espliċitu fl-Artikolu 3, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin stabbilit f’din id-dispożizzjoni għandu jkun applikabbli wkoll għall-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Minħabba li l-krediti tal-interessi huma (ġeneralment) anċillari għat-talba għall-irkupru tal-vantaġġ indebitament miksub, ma jkunx il-punt tat-tluq ovvju li wieħed jinterpreta t-test tar-Regolament Nru 2988/95 fis-sens li d-dejn tal-interessi għandu jaqa’ kompletament barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-kelma ġenerali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1), li jistipula: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Il-perjodu tal-limitazzjoni [it-terminu ta’ preskrizzjoni] għall-proċeduri għandu jkun ta’ erba’ snin minn meta l-irregolarità [...] tkun ġiet kommessa<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, ma hijiex ikkwalifikata bi kliem li jissuġġerixxi li din tapplika biss għal tip partikolari ta’ krediti, ngħidu aħna krediti relatati mas-somma prinċipali. Għalhekk jidhirli li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> għandha tinftiehem li qed tirreferi kemm għall-azzjonijiet biex tiġi rkuprata s-somma prinċipali (il-vantaġġ indebitament miksub) kif ukoll għal talba għall-interessi anċillari meta dan ikun previst fid-dritt nazzjonali. Ir-raġunijiet segwenti jsostnu din il-fehma. L-ewwel nett, fil-kuntest tar-Regolament Nru 2988/95 il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tirreferi b’mod ġeneriku għal azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti biex jirribattu l-irregolarità. It-tieni nett, azzjoni anċillari għall-interessi tifforma parti minn dan l-għan ġenerali. L-iskop tal-azzjoni anċillari (l-impożizzjoni tal-interessi) huwa li jiġi rkuprat kumpens f’isem il-baġit tal-UE fir-rigward tal-użu maż-żmien ta’ fondi li jkunu ġew indebitament miskuba.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li l-Istati Membri jaġixxu f’isem il-baġit tal-UE meta dawn ikunu qed jirkupraw somom indebitament miksuba permezz ta’ irregolarità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, (iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22, punt 29).</P></NOTE>. Bl-istess mod, meta jibdew proċeduri għal talba anċillari għall-interessi f’dan il-kuntest l-Istati Membri jkunu qiegħdin iressqu azzjoni f’isem il-baġit tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-qorti tar-rinviju hija żbaljata meta taħseb li jekk id-dritt nazzjonali jipprovdi għall-impożizzjoni ta’ interessi, id-dħul kollu ġġenerat minn din l-azzjoni jmur fil-baġit tal-Istat Membru pjuttost milli f’dak tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Huwa veru li s-sistema ta’ kumpens għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ħażna hija maħsuba biex tiffinanzja lilha nnifisha iżjed milli biex isservi ta’ sors ta’ dħul għall-baġit tal-UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Punti 16 u 17 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Madankollu, is-somom indebitament imħallsa li jiġu rkuprati, jiġu kkreditati lill-baġit Komunitarju (bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jżommu 20 % minn dawk is-somom); u, sa fejn it-talbiet anċillari għall-interessi jkunu previsti fid-dritt nazzjonali, l-interessi kollha rkuprati wkoll jiġu kkreditati lill-baġit Komunitarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-punti 11 sa 13 iktar ’il fuq, li jispjegaw l-istorja leġiżlattiva fid-dettall.</P></NOTE>. B’hekk, l-irkupru kemm tas-somma prinċipali kif ukoll tal-interessi jaqa’ fl-ambitu tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-fehma tiegħi, interpretazzjoni raġunata tar-Regolament Nru 2988/95 twassal għall-konklużjoni li d-dejn tal-interessi, li jista’ jinħoloq biss meta jkun hemm somma prinċipali ma’ xhiex jintrabat, huwa wkoll kopert mir-Regolament, u għalhekk jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 3(1).</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Għalhekk, meta jkun inkiseb vantaġġ indebitu permezz ta’ irregolarità, il-perijodu ta’ erba’ snin previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jirregola t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-krediti tal-interessi skont id-dritt nazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-tieni, it-tielet u r-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domandi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni bħal din toħloq problema immedjata u diffiċli: kif għandu jiġi applikat ir-Regolament Nru 2988/95 fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet espliċiti u ddettaljati dwar krediti anċillari għall-interessi?</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Hawnhekk, il-kumplament tad-domandi li għamlet il-qorti tar-rinviju huma konnessi mill-qrib, minħabba li jirrigwardaw kwistjonijiet speċifiċi dwar il-mod li bih it-terminu ta’ preskrizzjoni stabbilit fir-Regolament Nru 2988/95 jista’ jiġi applikat għal dawn il-krediti tal-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Huwa ċar li meta wieħed ikun qed jikkunsidra li japplika t-terminu ta’ preskrizzjoni jkun kruċjali li jidentifika l-punt li fih jibda jiddekorri dan it-terminu. Madankollu, ir-Regolament Nru 2988/95 ma jagħmel ebda provvediment speċifiku dwar l-interessi f’dan ir-rigward. Lanqas ma jagħmel provvediment dwar ir-rata tal-interessi jew kif din għandha tiġi kkalkolata.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet, li fl-assenza ta’ miżuri tal-UE, huwa d-dritt nazzjonali li għandu jirriżolvi l-kwistjonijiet anċillari kollha li jirrigwardaw ir-rimbors tal-ammonti indebitament imposti, inkluż ir-rata tal-interessi u d-data li minnha din ir-rata għandha tibda’ tgħodd<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza Metallgesellschaft, (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 86).</P></NOTE>. Fil-fatt, fil-każ ta’ proċeduri għall-irkupru ta’ vantaġġ indebitu li jaqgħu taħt ir-Regolament Nru 2988/95, kull talba għall-interessi għandha neċessarjament issir skont id-dritt nazzjonali, minħabba li l-interessi jistgħu jiġu imposti biss meta dan ikun ipprovdut fid-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>L-Artikolu 4(2). Huwa konċepibbli li d-dritt tal-UE li jirregola settur partikolari jista’ jiġi strutturat b’tali mod li jipprovdi speċifikatament għall-irkupru tal-interessi fuq somom ewlenin li jkunu ġew imħallsa indebitament. Madankollu, hawnhekk dan ma huwiex il-każ.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Kull regola nazzjonali għandha tiġi applikata b’mod konformi mal-obbligi ġenerali tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 325(1) TFUE, li jiġġieldu l-frodi u l-attivitajiet illegali kollha li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE. Għalhekk, ir-regoli nazzjonali li jaffettwaw il-mod kif għandu jiġi applikat it-terminu ta’ preskrizzjoni stabbilit fl-Artikolu 3(1) (bħal pereżempju l-punt li fih jibda jiddekorri) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taċ-ċertezza legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, Marks and Spencer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-62/00" PAGE.ECR="I-6325" YEAR="2002">C-62/00 Ġabra p. I-6325</REF.DOC.ECR>, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata); ara wkoll il-punt 80 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>. Minbarra dan, ir-regoli nazzjonali ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk relatati ma’ talbiet domestiċi simili (il-prinċipju ta’ ewkivalenza) u ma għandhomx ikunu strutturati b’tali mod li fil-prattika jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li wieħed jottjeni kumpens (il-prinċipju ta’ effettività)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20090324">24 ta’ Marzu 2009</DATE>, Danske Slagterier (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-445/06" PAGE.ECR="I-2119" YEAR="2009">C-445/06 Ġabra I-2119</REF.DOC.ECR>, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Qorti tal-Awdituri<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>) reċentement ippubblikat rapport speċjali intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/><HT TYPE="ITALIC">Recovery of undue payments made under the common agricultural policy</HT><QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Rapport speċjali Nru 8/2011 li jinsab fis-sit internet www.eca.europa.eu.</P></NOTE>. Dan ir-rapport jgħid li l-applikazzjoni tal-interessi għal dejn li jirriżulta minn xi irregolarità għadha ma ġietx kompletament armonizzata, u li l-biċċa l-kbira tal-miżuri (bħal ma hija dik dwar ir-rata li biha jiġu kkalkolati l-interessi) jaqgħu fl-ambitu tad-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-paragrafu 33 tar-rapport speċjali Nru 8/2011.</P></NOTE>. Għalhekk, il-Qorti tal-Awdituri tirrakkomanda li jiġu introdotti regoli espliċiti fil-livell tal-UE biex ikunu jistgħu jinġabru d-djun tal-interessi biex l-interessi finanzjarji tal-UE jiġu mħarsa b’mod effettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ilha mill-1970 li rrikonoxxiet li r-regoli li jirregolaw it-termini ta’ preskrizzjoni fil-proċeduri għandhom jiġu ffissati bil-quddiem u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taċ-ċertezza legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19700715">15 ta’ Lulju 1970</DATE>, ACF Chemiefarma vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="41/69" PAGE.ECR="661" YEAR="1970">41/69 Ġabra p. 661</REF.DOC.ECR>, punti 19 u 20).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Bħala loġika ta’ proċedura, ir-regoli li jistabbilixxu terminu ta’ preskrizzjoni għandhom jiffurmaw parti minn pakkett ta’ miżuri li jinkludi t-tul tat-terminu ta’ preskrizzjoni, il-kriterji li fuqhom tiġi stabbilita d-data li fiha jibda jiddekorri ż-żmien, dawk il-ġrajjiet li għandhom l-effett li jinterrompu jew jissospendu t-terminu ta’ preskrizzjoni u r-rata jew ir-rati tal-interessi applikabbli. Meta jkun qed jiġi mħejji pakkett bħal dan għandu jittieħed kont tal-interessi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-operaturi ekonomiċi, kif ukoll tar-rwol ta’ sorveljanza li għandha l-Kummissjoni biex tħares l-interessi finanzjarji tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Wasalt għall-konklużjoni li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jista’ jinftiehem li qed jistabbilixxi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin fir-rigward tal-krediti tal-interessi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Punt 73 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Madankollu, ma jagħmilx sens li l-Qorti tal-Ġustizzja tipprova toħloq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>sistema ta’ preskrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> kompleta fir-rigward tal-interessi billi taqra ċertu kliem fit-test li evidentement ma jinsabx hemmhekk. Li tagħmel dan ikun inkonsistenti mal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Il-leġiżlatura tal-UE forsi jogħġobha tikkunsidra jekk għandhiex bżonn tadotta regoli armonizzati ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin biex jinġabru l-interessi. Fis-sitwazzjoni preżenti ma jeżistu ebda regoli tal-UE bħal dawn.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>It-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, waqt id-determinazzjoni tat-tul ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali għall-iskopijiet tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, huwiex neċessarju li jittieħed kont ta’ fatturi bħalma huma l-posponiment tal-mument li fih jibda jiddekorri t-terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali jidhrilha li s-snin 1999 u 2000 biss huma rilevanti fir-rigward tat-tieni domanda. Hija tal-fehma li s-snin 2001 u 2002 jaqgħu fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet nazzjonali emendati li jirrigwardaw id-dejn tal-interessi li għalihom huwa applikabbli terminu ta’ preskrizzjoni iqsar ta’ tliet snin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Punt 22 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Madankollu, is-snin 1999 u 2000 għandhom jiġu rregolati direttament mir-Regolament Nru 2988/95, li jipprovdi għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Punt 7 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali tispjega li, jekk ir-Regolament Nru 2988/95 ikun applikabbli għall-interessi dovuti għall-1999, dik il-parti tat-talba li tirrigwarda l-perijodu mill-1 sat-<DATE ISO="19990130">30 ta’ Jannar 1999</DATE> ġiet preskritta minħabba li l-interessi setgħu jintalbu biss wara li jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet prinċipali, jiġifieri wara t-<DATE ISO="20030130">30 ta’ Jannar 2003</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Punt 29 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Madankollu, li kieku din is-sitwazzjoni kellha tiġi rregolata mid-dritt nazzjonali, it-terminu ta’ preskrizzjoni kien ikun jeskludi ż-żmien ta’ qabel il-<DATE ISO="19991231">31 ta’ Diċembru 1999</DATE> minħabba li, skont ir-regola nazzjonali, il-mument li fih jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni għandu jiġi pospost għall-aħħar tas-sena kalendarja li fiha tkun saret it-talba<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Punt 22 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Iż-żewġ partijiet fil-kawża prinċipali huma tal-opinjoni li, f’kull paragun mat-terminu ta’ erba’ snin stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, huwa neċessarju li jittieħed kont ta’ fatturi oħra apparti t-tul speċifikat tat-terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tgħid li r-Regolament Nru 2988/95 ma jipprovdix dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kalkolu tat-termini u tal-limiti ta’ żmien. Għalhekk, b’analoġija għandu jkun applikabbli l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1182/71, moqri flimkien mar-Regolament Nru 2988/95. Fl-aħħar nett, meta jkunu qed jiġu pparagunati t-termini ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-krediti tal-interessi għall-iskopijiet tal-Artikolu 3(3), kull terminu li jkun itwal minn erba’ snin għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Naqbel mal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-fatt li peress li r-Regolament Nru 2988/95 ma jipprovdix għall-mod li bih għandhom jiġu kkalkolati t-termini, għandu ikun applikabbli r-Regolament Nru 1182/71.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Ir-regoli nazzjonali li jipposponu l-mument li fih jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni għall-aħħar tas-sena kalendarja li fiha jinħoloq id-dritt, huma applikabbli konġuntament mat-terminu ta’ erba’ snin stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95?</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Mir-risposta tiegħi għall-ewwel domanda jirriżulta li nqis li t-terminu ta’ preskrizzjoni għall-krediti tal-interessi huwa ta’ erba’ snin kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95. Minbarra dan, minħabba li din id-dispożizzjoni hija direttament applikabbli, għandu neċessarjament jirriżulta li terminu iqsar ta’ tliet snin huwa inkompatibbli mar-Regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenzi Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punti 27 u 28) u Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading, (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22, punt 24).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina kif dan it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin direttament applikabbli, għandu jiffunzjona fir-rigward tal-krediti tal-interessi għas-snin 2000 u 2001.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Ninnota li l-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li, biex ikunu jistgħu jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-UE, l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95 jagħti lill-Istati Membri marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni biex jiffissaw termini ta’ preskrizzjoni <HT TYPE="ITALIC">itwal</HT> f’każijiet ta’ irregolarità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza Corman (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, punt 54).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet adottati u applikati mill-Istati Membri biex jiġġieldu l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandhom xorta waħda josservaw il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE f’dan il-kuntest. B’mod partikolari, ir-regoli li jirregolaw it-termini ta’ preskrizzjoni għandhom jaqdu l-funzjoni li jiżguraw iċ-ċertezza legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenza Ze Fu Fleischhandel u Vion Trading, (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22, punti 30 u 32, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>Għalhekk, għall-iskopijiet tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, ir-regoli nazzjonali li jestendu t-tul tat-terminu ta’ preskrizzjoni għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jkun qed isir paragun mat-terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali ta’ erba’ snin stabbilit fl-Artikolu 3(1), biex ikun jista’ jiġi ddeterminat it-tul tat-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-krediti tal-interessi.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>It-tielet domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>It-tielet domanda tal-qorti nazzjonali hija maqsuma f’żewġ partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fl-ewwel parti tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk it-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-krediti tal-interessi jibdiex jiddekorri minn meta tkun ġiet kommessa l-irregolarità [l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95], jew minn meta tieqaf irregolarità kontinwa jew ripetuta [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1)]; u kif dan jiġi affettwat jekk il-krediti tal-interessi skont id-dritt nazzjonali jseħħu f’data iżjed tard, ngħidu aħna wara li jkunu ġew iddeterminati l-proċeduri relatati mal-irregolarità.</TXT></NP><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>Pfeifer issostni li t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-interessi jibda jiddekorri minn meta l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu t-talba għad-dejn prinċipali. Skont il-Bundesanstalt huwa d-dritt nazzjonali li jirregola f’liema punt jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-krediti tal-interessi. Il-Kummissjoni ssostni li t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri minn meta tiġi kommessa l-irregolarità.</TXT></NP><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>Mir-risposta bil-miktub tal-Bundesanstalt għad-domandi magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja nifhem li fil-kawża prinċipali ma hemmx qbil bejn il-partijiet dwar in-natura tal-irregolarità — kemm jekk din tkun kontinwa kif ukoll jekk tkun ripetuta. Għalhekk il-qorti tar-rinviju għadha ma ddeterminatx jekk l-irregolarità taqax taħt l-ewwel jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1).</TXT></NP><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>Għalhekk jidhirli li qabel ma jkun jista’ jiġi aċċertat meta jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-kreditu tal-interessi, għandha tiġi riżolta din il-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Vonk Dairy Products BV<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE>, Vonk Dairy Products BV (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-279/05" PAGE.ECR="I-239" YEAR="2007">C-279/05 Ġabra I-239</REF.DOC.ECR>, punt 41).</P></NOTE> il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li meta operatur Komunitarju jikseb vantaġġi ekonomiċi permezz ta’ grupp ta’ tranżazzjonijiet simili li jiksru l-istess dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju, tkun qed tiġi kommessa irregolarità kontinwa jew ripetuta. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, billi tapplika dan il-kriterju, jekk kienx hemm aġir li jikkostitwixxi irregolarità fir-rigward tal-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali quddiemha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Punt 43 tas-sentenza Vonk Dairy Products, (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 46).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>101.</NO.P><TXT>Sa fejn jirrigwarda l-punt li fih jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni, il-kliem tal-Artikolu 3(1) [li jirreferi għal meta ġiet kommessa l-irregolarità prevista fl-Artikolu 1(1)] jiffoka fuq l-irregolarità nnifisha iżjed milli fuq xi talba anċillari għall-interessi. Ma hemm xejn li jindika l-punt li fih jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tad-dejn tal-interessi. Nixtieq inżid ngħid li mhux dejjem huwa possibbli li wieħed jikkwantifika s-somma prinċipali (jiġifieri, il-vantaġġ indebitament miksub) fil-ħin li fiħ tkun ġiet kommessa l-irregolarità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95, irregolarità tfisser ksur tad-dritt Komunitarju minn operatur ekonomiku. Madankollu, mhux kull ksur ta’ dan it-tip immedjatament jirriżulta f’talbiet kwantifikabbli f’dak il-punt li jkun twettaq. Ara pereżempju s-sentenza, tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer et des Collectivités territoriales vs Chambre de commerce et d’industrie de l’Indre (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-465/10" PAGE.ECR="I-14081" YEAR="2011">C-465/10, Ġabra p. I-14081</REF.DOC.ECR>, implementazzjoni irregolari ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi).</P></NOTE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa wkoll impossibbli li wieħed jikkwantifika l-krediti tal-interessi anċillari.</TXT></NP><NP><NO.P>102.</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ dispożizzjoni espliċita fid-dritt tal-UE, din il-kwistjoni għandha tiġi rregolata mid-dritt nazzjonali. Li kieku l-leġiżlatura tal-UE dehrilha li kellu jiġi armonizzat il-punt li fih jibdew jiddekorru l-krediti tal-interessi kienet tagħmel dak li huwa meħtieġ biex tilħaq dan l-għan.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>103.</NO.P><TXT>Għalhekk il-qorti nazzjonali għandha l-ewwel nett tistabbilixxi jekk hux qed jiġi applikat l-ewwel jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1). Imbagħad għandha tapplika r-regoli nazzjonali biex tiddetermina f’liema punt jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-interessi. Dawn ir-regoli għandhom, sa fejn ma jkunx possibbli li l-kreditu tal-interessi jiġi ddeterminat qabel ma tiġi stabbilita s-somma prinċipali, jiġu applikati b’tali mod li jittieħed kont tan-natura anċillari tal-krediti tal-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>104.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi meta għandu jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-krediti tal-interessi f’dawk il-każijiet fejn ikun hemm irregolarità kontinwa jew ripetuta [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1)].</TXT></NP><NP><NO.P>105.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni jidhrilha li t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward ta’ krediti tal-interessi jibda jiddekorri qabel ma jieqfu l-irregolaritajiet u li jiġi pospost sakemm tieqaf l-irregolarità kontinwa jew ripetuta.</TXT></NP><NP><NO.P>106.</NO.P><TXT>Ir-risposta tiegħi għall-ewwel parti tat-tielet domanda tapplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-ġbir tal-interessi fir-rigward ta’ irregolaritajiet kontinwi jew ripetuti. Jidhirli li r-Regolament Nru 2988/95 ma jispeċifikax meta jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-krediti tal-interessi. Għalhekk l-Istati Membri jirriżervaw il-possibbiltà li japplikaw ir-regoli nazzjonali biex jiddeterminaw meta jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward ta’ dawn il-krediti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Ir-raba’ domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>107.</NO.P><TXT>Permezz tal-aħħar domanda tagħha l-qorti nazzjonali tixtieq tkun taf sa liema punt id-deċiżjonijiet prinċipali u l-iddeterminar tal-obbligu tal-ħlas tal-interessi (tat-<DATE ISO="20030130">30 ta’ Jannar 2003</DATE>) jinterrompu t-terminu ta’ preskrizzjoni stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP><NP><NO.P>108.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li d-deċiżjonijiet prinċipali jinterrompu t-terminu ta’ preskrizzjoni kemm f’dak li jirrigwarda s-somma prinċipali kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-kreditu tal-interessi. Wara li ttieħdu d-deċiżjonijiet prinċipali beda jiddekorri terminu ta’ preskrizzjoni ġdid, li skada fil-<DATE ISO="20070131">31 ta’ Jannar 2007</DATE>. Għalhekk, il-kreditu tal-interessi suppost ġie preskritt qabel ma ttieħdet l-ewwel deċiżjoni dwar l-interessi fit-<DATE ISO="20070413">13 ta’ April 2007</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Punt 34 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>109.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju jidhrilha li d-deċiżjonijiet prinċipali stabbilixxew ukoll id-dejn tal-interessi nnifsu. Għalhekk tistaqsi jekk proċeduri ġudizzjarji (jew investigazzjoni) pendenti relatati mas-somma prinċipali jistgħux jinterrompu t-terminu ta’ preskrizzjoni tal-kreditu tal-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>110.</NO.P><TXT>Il-Bundesanstalt jissottometti li sakemm il-proċeduri li jikkontestaw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti jibqgħu s-suġġett ta’ tilwima, it-terminu ta’ preskrizzjoni jibqa sospiż.</TXT></NP><NP><NO.P>111.</NO.P><TXT>Pfeifer tagħmel distinzjoni bejn is-somma prinċipali u d-dejn tal-interessi. Hija jidhrilha li huma biss id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti dwar id-dejn tal-interessi li jistgħu jikkostitwixxu atti li jinterrompu l-preskrizzjoni fir-rigward ta’ dan id-dejn. Id-deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20030130">30 ta’ Jannar 2003</DATE> koprew is-somma prinċipali biss. Għalhekk ma setgħux jinterrompu t-terminu ta’ preskrizzjoni tad-dejn tal-interessi għall-iskopijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95. Minn dan isegwi li, fir-rigward ta’ wħud mill-interessi dovuti, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin kien diġà skada qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni dwar l-interessi.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>112.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinterpreta l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 (li jgħid li l-perijodu li fih għandha tiġi implementata d-deċiżjoni li tiddetermina s-<HT TYPE="ITALIC">sanzjoni</HT> amministrattiva għandu jkun ta’ tliet snin) fis-sens li japplika, b’analoġija, għal <HT TYPE="ITALIC">miżuri</HT> amministrattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Punt 7 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, ladarba l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkomunikaw deċiżjoni dwar l-irtirar ta’ vantaġġ miksub indebitament. Il-Kummissjoni tkompli ssostni li l-kwistjoni dwar l-interruzzjoni jew is-sospensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni għandha tiġi rregolata mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>113.</NO.P><TXT>Jidhirli li l-ewwel sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tista’ tiġi interpretata biss fis-sens li qiegħda tirreferi lura għat-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1). Għalhekk dan il-perijodu ta’ erba’ snin, meta jkun japplika, jista’ jiġi interrot biss minn atti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1).</TXT></NP><NP><NO.P>114.</NO.P><TXT>L-atti ta’ awtorità kompetenti, relatati ma’ investigazzjoni jew ma’ proċeduri legali fir-rigward ta’ azzjoni prinċipali, li jiġu nnotifikati lil debitur, ukoll jinterrompu l-proċeduri relatati ma’ talba anċillari għall-interessi?</TXT></NP><NP><NO.P>115.</NO.P><TXT>Ninnota li l-Bundesanstalt ċaħad l-ewwel appell ta’ Pfeifer kontra d-deċiżjonijiet prinċipali, iżda li minkejja dan, b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061010">10 ta’ Ottubru 2006</DATE>, naqqas l-ammont tas-somma prinċipali dovuta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Punt 30 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Din id-deċiżjoni kienet att ta’ awtorità kompetenti, innotifikata lill-persuna inkwistjoni, relatata mal-investigazzjoni jew mal-proċeduri legali li jirrigwardaw l-irregolarità, fi ħdan it-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP><NP><NO.P>116.</NO.P><TXT>It-terminu ta’ preskrizzjoni jerġa’ jibda jiddekorri mill-ġdid wara kull att li jinterrompih<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, SGS Belgium (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-367/09" PAGE.ECR="I-10761" YEAR="2010">C-367/09, Ġabra p. I-10761</REF.DOC.ECR>, punt 67).</P></NOTE>. Għalhekk it-terminu ta’ preskrizzjoni relatat mas-somom prinċipali beda jiddekorri mill-ġdid wara li ttieħdet dik id-deċiżjoni. Minħabba l-fatt li d-dejn tal-interessi huwa anċillari, l-effett ta’ interruzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20061010">10 ta’ Ottubru 2006</DATE> fir-rigward tas-somom prinċipali jkun, bħala prinċipju, jaffettwa wkoll it-terminu ta’ preskrizzjoni għall-kreditu tal-interessi. Madankollu, il-qorti nazzjonali għad jonqosha tiddetermina jekk l-irregolarità fil-kawża preżenti kinitx kontinwa jew ripetuta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara l-punt 99 iktar ’il fuq.</P></NOTE>; u din id-determinazzjoni hija element essenzjali biex ikun jista’ jiġi stabbilit kif id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061010">10 ta’ Ottubru 2006</DATE> taffettwa t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-kreditu tal-interessi. Ma naħsibx li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tavvanza iżjed fir-rigward ta’ dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>117.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali tkompli biex tgħid li d-deċiżjonijiet prinċipali li huma s-suġġett ta’ proċeduri legali (minħabba l-kontestazzjoni ta’ Pfeifer) għadhom ma sarux finali u infurzabbli. Fuq dan l-isfond il-qorti nazzjonali tixtieq tkun taf meta jieqaf il-perijodu interruttiv għall-iskopijiet tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP><NP><NO.P>118.</NO.P><TXT>Il-punt tat-tluq biex wieħed ikun jista’ jirrispondi għad-domanda tal-qorti nazzjonali, huwa għal darb’oħra, in-natura anċillari tal-krediti tal-interessi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara l-punt 51 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>119.</NO.P><TXT>Meta jinbdew il-proċeduri legali li jikkontestaw id-deċiżjonijiet prinċipali (li jsostnu l-kreditu tal-interessi), l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux ikunu jafu jekk jeżistix dejn tal-interessi qabel ma jiġu konklużi dawn il-proċeduri. F’dawn iċ-ċirkustanzi hija d-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti li jiddefendu l-azzjoni li tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>att notifikat lill-persuna in kwestjoni, li jkollha x’taqsam mal-proċeduri legali dwar l-irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> fi ħdan it-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1).</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>120.</NO.P><TXT>Ladarba jiġu konklużi l-proċeduri legali, u jekk jirriżulta li għad hemm dejn, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jinnotifikaw lid-debitur (billi jew jikkonfermaw il-kreditu tagħhom jew billi jirrevedu l-ammont fid-dawl tal-ġudizzju finali). Huwa f’dan il-punt biss li kreditu tal-interessi anċillari jsir ċert.</TXT></NP><NP><NO.P>121.</NO.P><TXT>Għalhekk, għall-iskopijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1), proċeduri legali li jikkonċernaw id-deċiżjoni prinċipali jinterrompu t-terminu ta’ preskrizzjoni għal kull kreditu tal-interessi anċillari jekk dan ikun diġà beda jiddekorri.</TXT></NP><NP><NO.P>122.</NO.P><TXT>It-termini ta’ preskrizzjoni għandhom ukoll jiggarantixxu ċ-ċertezza legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Sentenza SGS Belgium (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 52, punt 68).</P></NOTE>. Huwa biss wara li jintemmu l-proċeduri legali (jew l-investigazzjonijiet uffiċjali) li l-partijiet rispettivi — l-operatur ekonomiku u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti — jistgħu jsiru jafu, l-ewwel nett, jekk jeżistix dejn, u t-tieni nett li, b’konsegwenza ta’ dan, beda jiddekorri ż-żmien li fih tista’ titressaq azzjoni fir-rigward tal-krediti tal-interessi anċillari skont id-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Punti 80 sa 82 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>123.</NO.P><TXT>Għalhekk jidhirli li għall-iskopijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, it-terminu ta’ preskrizzjoni huwa interrott sakemm tingħata deċiżjoni finali fir-rigward ta’ proċeduri legali fejn ikunu qed jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet prinċipali, f’ċirkustanzi fejn dawn id-deċiżjonijiet jiddeterminaw jekk jeżistix obbligu għall-ħlas tal-interessi nnifishom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>124.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jien tal-opinjoni li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi magħmula mill-Bundesverwaltungsgericht għandha tkun kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>1.</NO.P><TXT>Fejn ikun inkiseb vantaġġ indebitu permezz ta’ irregolarità, il-perijodu ta’ erba’ snin previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, jirregola t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-kreditu tal-interessi skont id-dritt nazzjonali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Għall-iskopijiet tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, ir-regoli nazzjonali li jestendu t-tul tat-terminu ta’ preskrizzjoni għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jkun qed isir paragun mat-terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali ta’ erba’ snin stabbilit fl-Artikolu 3(1), biex ikun jista’ jiġi ddeterminat it-tul tat-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-krediti tal-interessi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Minħabba li r-Regolament Nru 2988/95 ma jispeċifikax meta jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni fir-rigward tal-krediti tal-interessi fil-każ ta’ irregolaritajiet li jaqgħu jew taħt l-ewwel jew taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), għalhekk, l-Istati Membri għandhom jirriżervaw il-possibbiltà li japplikaw ir-regoli nazzjonali biex jiddeterminaw meta jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni għal dawn il-krediti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Għall-iskopijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 it-terminu ta’ preskrizzjoni huwa interrott sakemm tingħata deċiżjoni finali fir-rigward ta’ proċeduri legali fejn ikunu qed jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet prinċipali, f’ċirkustanzi fejn dawn id-deċiżjonijiet jiddeterminaw jekk jeżistix obbligu għall-ħlas tal-interessi nnifishom.<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>