Official Journal 130 , 24/08/1963 P. 2303 - 2304
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0025
Danish special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0045
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0025
English special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0050
Greek special edition: Chapter 01 Volume 4 P. 0000
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 6 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 6 P. 0003
Id-Deċiżjoni ta' l-10 ta' Lulju 1963 li tispeċifika l-istituzzjoni responsabbli mill-pagament ta' benefiċċji previsti fl-iskema tal-pensjonijiet (63/46/Euratom) (63/491/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA GĦALL-ENERĠIJA ATOMIKA, IL-KUMITAT TAL-PRESIDENTI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, Il-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA, Wara li kkunsidraw ir-Regolament dwar ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità' Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 45 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 43 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg: Wara li kkunsidraw r-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) dwar ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 45 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti taL-Persunal u l-Artikolu 43 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg: IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-istituzzjonijiet speċifikati hawn taħt għandhom ikunu responsabbli għall-pagament tal-benefiċċji previsti fl-iskema tal-pensjonijiet għall-uffiċjali u taħt it-Titolu II, Kapitlu 6, Taqsimiet B u Ċ tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet: 1. Għall-uffiċjali u l-persunal fuq bażi temporanja tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea: Il-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea: 2. Għall-uffiċjali u l-persunal fuq bażi temporanja tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika: Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika: 3. Għall-uffiċjali u l-persunal fuq bażi temporanja ta' l-Awtorità Għolja: L-Awtorità Għolja (Fond tal-Pensjoni): 4. Għall-uffiċjali ta' l-istituzzjoniet jew organi komuni li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet transitorji tar-regolamenti tal-persunal tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar: L-Awtorità Għolja (Fond tal-Pensjoni): 5. Għal uffiċjali oħra u persunal fuq bażi temporanja ta' l-istituzzjonijiet jew aġenziji komuni: Il-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1962. Magħmula, fl-10 ta' Lulju 1963. Għall-Kumitat tal-Presidenti Il-President A. M. Donner Għall-Kunsill Il-President J. M. A. H. Luns [1] ĠU C 45, ta' l-14.6.1962, p. 1385. --------------------------------------------------