02009D0791 — MT — 01.01.2019 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ottubru 2009 li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex tkompli tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 283 30.10.2009, p. 55) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/705/UE tat-13 ta’ Novembru 2012 |
L 319 |
8 |
16.11.2012 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2428 tal-10 ta' Diċembru 2015 |
L 334 |
12 |
22.12.2015 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/2060 tal-20 ta' Diċembru 2018 |
L 329 |
20 |
27.12.2018 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Ottubru 2009
li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex tkompli tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(2009/791/KE)
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 168 u mill-Artikolu 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Ġermanja hija awtorizzata teskludi għalkollox it-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) imġarrba fuq l-oġġetti u s-servizzi mid-dritt ta' tnaqqis tal-VAT meta dawk l-oġġetti u s-servizzi jintużaw, f'iktar minn 90 % tal-każijiet, għall-għanijiet privati ta' persuna taxxabbli jew tal-impjegati tagħha, jew, b'mod iktar ġenerali, għal għanijiet li mhumiex tan-negozju jew għal attivitajiet mhux ekonomiċi.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2021.
Kwalunkwe talba għall-estensjoni tal-miżura ta' deroga prevista f'din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2021.
Flimkien mat-tali talba għandu jintbagħat rapport dwar l-applikazzjoni ta' din il-miżura li jinkludi analiżi tar-rata ta' tqassim applikata għad-dritt ta' tnaqqis tal-VAT abbażi ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.