<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-347/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0347</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:661">EU:C:2019:661</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190904">4.9.2019</DATE> – (Kawża C‑347/18)</HT></P><P><HT TYPE="SC">Salvoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190904">4 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 53</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikat dwar deċiżjoni f’materja ċivili u kummerċjali li jinsab fl-Anness 1</KEYWORD><KEYWORD>Setgħat tal-qorti tal-oriġini</KEYWORD><KEYWORD>Verifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-eżistenza ta’ ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑347/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale di Milano (il-Qorti Distrettwali ta’ Milano, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20180514">14 ta’ Mejju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Alessandro Salvoni</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Anna Maria Fiermonte,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, C. Toader (Relatur), A. Rosas, L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Pucciariello, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u A. Kasalická, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn J. Quaney, G. Hodge, M. Browne u A. Joyce, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Moro, M. Heller u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20190507">7 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/281 tas‑<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="054" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 54, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 1215/2012<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Alessandro Salvoni u Anna Maria Fiermonte fir-rigward tas-somom dovuti lilha minnha għal servizzi li huwa pprovda fil-kwalità tiegħu ta’ avukat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 29 u 32 tar-Regolament Nru 1215/2012:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(29)</NO.P><TXT>[…] [G]ħalhekk, il-persuna li kontriha jkun qed titfittex l-eżekuzzjoni għandha tkun tista’ tapplika għar-rifjut tar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza jekk din tqis li jkun hemm preżenti raġuni waħda għar-rifjut tar-rikonoxximent. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(32)</NO.P><TXT>Sabiex il-persuna li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tiġi infurmata bl-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħija fi Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat stabbilit skont dan ir-Regolament, jekk ikun hemm bżonn akkumpanjat mis-sentenza, għandu jiġi nnotifikat lil dik il-persuna fi żmien raġonevoli qabel l-ewwel miżura ta’ eżekuzzjoni. F’dan il-kuntest, l-ewwel miżura ta’ eżekuzzjoni għandha tfisser l-ewwel miżura ta’ eżekuzzjoni wara tali notifika.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikoli 17 sa 19 tar-Regolament Nru 1215/2012 jagħmlu parti mill-Kapitolu II dwar ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni, u, b’mod partikolari, tat-Taqsima 4 tiegħu, intitolata, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ġurisdizzjoni dwar kuntratti tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. L-Artikolu 17(1)(c) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>“Fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista’ jitqies lil hinn minn negozju jew professjoni tiegħu, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din it-Taqsima, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 u l-punt 5 tal-Artikolu 7, jekk:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>fil-każijiet l-oħra kollha, il-kuntratt ikun ġie konkluż ma’ persuna li tinvolvi ruħha f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, bi kwalunkwe mezzi tidderieġi tali attivitajiet lejn dak l-Istat Membru jew lejn diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, u l-kuntratt jidħol fl-ambitu ta’ attivitajiet bħal dawk.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(2) tal-istess regolament jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Jistgħu jitressqu proċeduri kontra konsumatur mill-parti l-oħra tal-kuntratt biss fil-qrati tal-Istat Membru li fih ikun domiċiljat il-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28(1) tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Meta konvenut domiċiljat fi Stat Membru wieħed jitressaq quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor u ma jidhirx quddiem il-qorti, il-qorti għandha tiddikjara bl-inizjattiva tagħha stess li m’għandhiex ġurisdizzjoni sakemm il-ġurisdizzjoni tagħha ma tkunx ġejja mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 37(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Parti li tkun tixtieq tinvoka fi Stat Membru sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tippreżenta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kondizzjonijiet neċessarji sabiex tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 42 ta’ dan l-istess regolament jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="042.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza fi Stat Membru mogħtija fi Stat Membru ieħor, ir-rikorrent għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni kompetenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>iċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53 li jiċċertifika li s-sentenza hija eżegwibbli u li jkun fih silta mis-sentenza kif ukoll, meta jkun xieraq, l-informazzjoni rilevanti dwar l-ispejjeż li jistgħu jinġabru tal-proċedimenti u l-kalkolu tal-imgħax.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="042.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet tal-eżekuzzjoni fi Stat Membru ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor li tordna miżura proviżorja, inkluża miżura kawtelatorja, ir-rikorrent għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni kompetenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53 li jinkludi deskrizzjoni tal-miżura u li jiċċertifika li:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>il-qorti għandha ġurisdizzjoni fuq is-sustanza tal-kwistjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>is-sentenza hija eżegwibbli fl-Istat Membru tal-oriġini; u</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>meta l-miżura ġiet ordnata mingħajr ma l-konvenut ikun tħarrek biex jidher, il-prova tan-notifika tad-deċiżjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 43(1) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Meta tintalab l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53 għandu jkun notifikat lill-persuna li kontra tagħha qed tintalab l-eżekuzzjoni qabel l-ewwel miżura ta’ eżekuzzjoni. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun akkumpanjat mis-sentenza, jekk din ma tkunx diġà ġiet innotifikata lil dik il-persuna.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rifjut ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni, l-Artikolu 45(1)(e) u (2) tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti interessata, ir-rikonoxximent ta’ sentenza għandha tiġi rifjutata:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>jekk is-sentenza tkun f’konflitt ma’:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>it-Taqsimiet 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu II fejn id-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni, l-assigurat, il-benefiċjarju tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, il-parti li tkun ġarrbet il-ħsara, il-konsumatur jew l-impjegat kien il-konvenut; or [jew]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-eżami tagħha tar-raġunijiet tal-ġurisdizzjoni msemmija fil-punt e) tal-paragrafu 1, il-qorti li lilha ssir it-talba għandha tkun marbuta bis-sejbiet dwar il-fatt li fuqhom il-qorti tal-oriġini tkun ibbażat il-ġurisdizzjoni tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 46 tar-Regolament Nru 1215/2012 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[f]uq it-talba tal-persuna li kontra tagħha qed tintalab l-eżekuzzjoni, l-eżekuzzjoni ta’ sentenza għandha tiġi rrifjutata meta jinstab li teżisti waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 45.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[il]-qorti tal-oriġini għandha, fuq talba ta’ kull parti interessata toħroġ iċ-ċertifikat bl-użu tal-formola li tinsab fl-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-punt 4 ta’ din il-formula, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Is-Sentenza<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jinkludi fit-Taqsima 4.6.2 tiegħu r-riferimenti li għandhom jiġu inklużi mill-qorti tal-oriġini fil-każ ta’ miżura provviżorja jew kawtelatorja li tikkonċerna l-ġurisdizzjoni fil-mertu tal-qorti li ordnat tali miżura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’talba ppreżentata fit‑<DATE ISO="20151103">3 ta’ Novembru 2015</DATE>, A. Salvoni, avukat li l-uffiċċju tiegħu jinsab f’Milano (l-Italja), talab lit-Tribunale di Milano (il-Qorti Distrettwali ta’ Milano, l-Italja) toħroġ ordni ta’ ħlas kontra A. M. Fiermonte, residenti f’Hamburg (il-Ġermanja), għall-ammonti dovuti lilu fir-rigward tas-servizzi tiegħu fil-kuntest proċeduri ta’ kontestazzjoni tat-testment olografiku ta’ missier il-klijenta tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tat deċiżjoni ta’ ordni għall-ħlas ta’ somma, miżjuda bl-interessi u bl-ispejjeż. Peress li A. M. Fiermonte ma opponietx din id-deċiżjoni, A. Salvoni ressaq quddiem din il-qorti, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat abbażi tal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012, permezz tal-formola li tinsab fl-Anness I ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju wettqet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tfittxija bl-internet, li minnha rriżulta li A. Salvoni kien jeżerċita attività diretta lejn il-Ġermanja. Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju talbet lil A. Salvoni jistabbilixxi minn liema uffiċċju huwa kien jeżerċita l-attività tiegħu matul il-perijodu li fih assista, bħala avukat, lil A. M. Fiermonte. Id-dokumenti ppreżentati minn A. Salvoni jikkonfermaw li l-attività tiegħu kienet immirata lejn il-Ġermanja u li, fil-mument meta assista, bħala avukat, lil A. M. Fiermonte, din tal-aħħar kienet residenti fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Billi qieset li r-relazzjoni bejn A. Salvoni u A. M. Fiermonte kienet simili għal kuntratt ta’ konsum, il-qorti tar-rinviju ddeduċiet mill-informazzjoni dwar l-attività professjonali ta’ A. Salvoni li d-deċiżjoni ta’ ordni ta’ ħlas kienet ingħatat bi ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1215/2012, dwar ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju għandha dubji fir-rigward tas-setgħat mogħtija lill-qorti mitluba tagħti ċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 meta deċiżjoni, li tkun saret definittiva skont id-dritt proċedurali nazzjonali, tkun ġiet adottata bi ksur tad-dispożizzjonijiet dwar ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni previsti minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi, b’mod partikolari, dwar il-kwistjoni jekk l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 jimponix fuq il-qorti adita b’talba għal ċertifikat li tittrasponi b’mod identiku, f’dan iċ-ċertifikat, id-deċiżjoni adottata fl-Istat Membru tal-oriġini, jew jekk din id-dispożizzjoni tippermettilhiex tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> li tinforma lill-konvenut-konsumatur, li fir-rigward tiegħu d-deċiżjoni għandha tiġi eżegwita fi Stat Membru ieħor li ma huwiex dak tal-oriġini, bl-eventwali ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament u, għaldaqstant, bil-possibbiltà li jopponi r-rikonoxximent, fis-sens tal-Artikolu 45(1)(e) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-Artikoli 42 u 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 jidhru li jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-qorti li tintalab tagħti l-imsemmi ċertifikat hija nieqsa minn kull setgħa diskrezzjonali u li hija għandha tittrasponi b’mod awtomatiku l-kontenut tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-formola li tinsab fl-Anness I ta’ dan ir-regolament sabiex jiġi kkonfermat li din id-deċiżjoni hija eżegwibbli fl-Istat Membru tal-oriġini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, skont din il-qorti, tali interpretazzjoni tista’ tippreġudika l-Artikolu 47 tal-Karta, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tad-dritt tal-konsumatur. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b’mod partikolari mis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finanmadrid EFC</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑49/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:98">EU:C:2016:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ inferjorità tal-konsumatur fir-rigward tal-professjonista, f’dak li jirrigwarda kemm is-setgħa ta’ negozjar kif ukoll il-livell ta’ informazzjoni, tista’ tiġi kkumpensata biss b’intervent pożittiv tal-qorti li għandha l-obbligu li teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta eventwali ta’ klawżola kuntrattwali, meta hija jkollha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt meħtieġa għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012, din il-qorti tirrileva li, kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda ċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38), fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pebros Servizi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑511/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:448">EU:C:2016:448</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja hija att ta’ natura ġudizzjarja. Fis-sistema tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet ukoll li l-funzjoni mogħtija liċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament tikkonsisti f’li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva tad-deċiżjoni adottata fl-Istat Membru ta’ oriġini (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Trade Agency</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:531">EU:C:2012:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-importanza ta’ tali ċertifikat ġie msaħħaħ fis-sistema stabbilita mir-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, huwa l-kompitu tagħha li tirrikonċilja l-għan ta’ ċirkolazzjoni mgħaġġla tad-deċiżjonijiet ikkontemplat mir-Regolament Nru 1215/2012 u l-protezzjoni effettiva tal-konsumaturi permezz tal-possibbiltà, mal-ħruġ taċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 53 ta’ dan ir-regolament, li tinforma <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> lill-konsumatur bi ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni previsti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale di Milano (il-Qorti Distrettwali ta’ Milano, l-Italja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-Artikolu 53 tar-Regolament […] 1215/2012 u l-Artikolu 47 tal-[Karta] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-qorti tal-oriġini adita, fir-rigward ta’ deċiżjoni definittiva, bit-talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat previst mill-Artikolu 53 [ta’ dan ir-] Regolament […] tista’ teżerċita setgħat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> intiżi sabiex jiġi kkonstatat jekk id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tar-Regolament […] ġewx miksura, bil-għan li tinforma lill-konsumatur bil-ksur eventwalment ikkonstatat u tippermettilu jevalwa b’għarfien sħiħ tal-fatti l-possibbiltà li juża r-rimedju ġudizzjarju previst fl-Artikolu 45 tal-istess regolament?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi ddeterminat jekk qorti adita b’talba għall-ħruġ ta’ ċertifikat skont l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 taġixxix fl-eżerċizzju ta’ attività ġudizzjarja, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, jew jekk il-proċedura li hija ssegwi tistax tiġi assimilata ma’ proċedura purament amministrattiva jew ma’ proċedura mhux kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm l-Artikolu 267 TFUE ma jissuġġettax ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja għan-natura kontradittorja tal-proċedura li matulha l-qorti nazzjonali tifformula domanda preliminari, il-qrati nazzjonali għandhom is-setgħa li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja biss jekk tilwima hija pendenti quddiemhom u jekk dawn huma mitluba jiddeċiedu fil-kuntest ta’ proċedura maħsuba sabiex twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pebros Servizi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑511/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:448">EU:C:2016:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>It-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>jagħtu s-sentenza<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-Artikolu 267(2) TFUE, jinkludu l-proċedura kollha li twassal għas-sentenza tal-qorti tar-rinviju u għalhekk, dawn it-termini għandhom jiġu interpretati b’mod wiesa’, sabiex jiġi evitat li numru ta’ kwistjonijiet proċedurali jitqiesu bħala inammissibbli u ma jkunux jistgħu jingħataw interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja u li din tal-aħħar ma tkunx tista’ tieħu konjizzjoni tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti tar-rinviju hija obbligata tapplika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pebros Servizi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑511/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:448">EU:C:2016:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-punti 39 sa 41 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Gradbeništvo Korana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑579/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:162">EU:C:2019:162</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li qorti tal-oriġini teżerċita funzjonijiet ġudizzjarji meta tivverifika jekk għandhiex ġurisdizzjoni sabiex toħroġ iċ-ċertifikat skont l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni ma tistax tkun limitata biss għal dawk il-każijiet li fihom il-ġurisdizzjoni sabiex jinħareġ tali ċertifikat hija kkontestata, sa fejn il-korp li joħroġ iċ-ċertifikat previst minn dan l-artikolu huwa msejjaħ ukoll sabiex jeżerċita funzjonijiet ta’ natura ġudizzjarja f’sitwazzjonijiet oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’hekk, il-funzjonijiet issodisfatti miċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 fis-sistema stabbilita minn dan ir-regolament jiġġustifikaw li, meta parti mill-informazzjoni li għandha tiġi mniżżla f’dan iċ-ċertifikat ma tkunx tinsab fid-deċiżjoni li tintalab l-eżekuzzjoni tagħha jew tkun teħtieġ interpretazzjoni ta’ din id-deċiżjoni jew tkun ta’ natura kontenzjuża, il-qorti tal-oriġini teżerċita funzjonijiet ġudizzjarji. F’każijiet bħal dawn, din il-qorti tagħmel parti mill-kontinwità tal-proċedura ġudizzjarja preċedenti, billi tiżgura l-effikaċja sħiħa tagħha, sa fejn, fl-assenza ta’ ċertifikazzjoni, deċiżjoni ma tkunx tista’ tiċċirkola liberament fiż-żona ġudizzjarja Ewropea. Tali konklużjoni tissodisfa l-ħtieġa li tiġi żgurata l-eżekuzzjoni mgħaġġla tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji filwaqt li tiġi ppreżervata ċ-ċertezza legali li fuqha hija bbażata l-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fi ħdan l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-proċedura intiża għall-ħruġ ta’ ċertifikat skont l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandha natura ġudizzjarja, b’tali mod li qorti nazzjonali adita fil-kuntest ta’ tali proċedura għandha s-setgħa li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012, flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-qorti ta’ oriġini li quddiemha titressaq it-talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat previst f’dan l-Artikolu 53, f’dak li jirrigwarda deċiżjoni definittiva, tkun tista’ tivverifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament inkisrux, sabiex il-konsumatur jiġi informat dwar il-ksur eventwalment ikkonstatat u sabiex ikun jista’ jevalwa b’għarfien sħiħ tal-fatti l-possibbiltà li tuża r-rimedju previst fl-Artikolu 45 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li minn paragun tal-paragrafu 1(b) u tal-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 1215/2012 jirriżulta li l-qorti adita b’talba għall-ħruġ ta’ ċertifikat ma għandhiex teżamina l-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun tat deċiżjoni fil-mertu, b’mod differenti minn dak li huwa rikjest fil-kuntest ta’ deċiżjoni li tordna miżura provviżorja jew kawtelatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li l-Artikolu 42(1)(b) ta’ dan ir-regolament jimponi sempliċement fuq min iressaq talba, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni fil-mertu, li jikkomunika ċ-ċertifikat li jiċċertifika li deċiżjoni hija eżekuttiva, l-Artikolu 42(2)(b) tal-imsemmi regolament jipprevedi li ċ-ċertifikat ikkomunikat, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna miżura provviżorja jew kawtelatorja, għandu jiċċertifika li l-qorti tal-oriġini kellha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni hija kkorroborata mill-kontenut tal-imsemmi ċertifikat, li jinsab fl-Anness I tal-istess regolament, u b’mod partikolari mill-punt 4.6.2 ta’ dan l-anness, dwar il-każ ta’ miżuri provviżorji jew kawtelatorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Din id-distinzjoni hija barra minn hekk koerenti mal-fatt li, fil-każijiet l-oħra, il-qorti adita bit-talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat hija l-qorti tal-oriġini, li tat id-deċiżjoni fil-mertu li r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tagħha hija mitluba u li, konsegwentement, stabbilixxiet formalment il-ġurisdizzjoni tagħha, b’mod impliċitu jew espliċitu, billi tat id-deċiżjoni kkonċernata, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 jirriżulta li l-qorti tal-oriġini għandha toħroġ iċ-ċertifikat li hija tistabbilixxi, meta talba f’dan is-sens titressaq quddiemha minn parti kkonċernata. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni ma tipprevedi bl-ebda mod li għandha tkun din il-qorti li teżamina l-aspetti tat-tilwima li ma jaqgħux taħt l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, bħall-kwistjonijiet fil-mertu u ta’ ġurisdizzjoni li diġà ġew deċiżi fid-deċiżjoni li<?PAGE NO="8"?> l-eżekuzzjoni tagħha hija mitluba. Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-ħruġ tal-imsemmi ċertifikat huwa kważi awtomatiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Trade Agency</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:531">EU:C:2012:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini, adita bit-talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi f’dan l-artikolu, dwar deċiżjoni definittiva mogħtija kontra konsumatur, tivverifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, f’kawża bħal dik fil-kawża prinċipali, jekk din id-deċiżjoni tkunx ġiet adottata b’osservanza tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni previsti minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat ukoll, fit-tielet lok, jekk il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, imsemmija fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, li tirrigwarda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, tistax tikkonfuta din il-konklużjoni, sa fejn din timplika li l-qorti tal-oriġini hija obbligata, sabiex tirrimedja l-iżbilanċ li jeżisti bejn il-konsumatur u l-professjonista, li tinforma <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> lill-konsumatur dwar l-allegat ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda r-regoli ta’ ġurisdizzjoni li r-Regolament Nru 1215/2012 jistabbilixxi, il-premessa 18 ta dan tal-aħħar tippreċiża li huwa opportun li tiġi protetta l-parti l-iktar dgħajfa permezz ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni iktar favorevoli għall-interessi tagħha milli huma r-regoli ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Dan l-għan huwa implimentat mid-dispożizzjonijiet proċedurali preċiżi tar-Regolament Nru 1215/2012. B’hekk mill-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li, fil-każijiet li huwa jistabbilixxi, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi ta’ regoli speċifiċi applikabbli għall-kuntratti konklużi bejn konsumatur u professjonist, li huma ddefiniti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-fażi ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni fl-Istat Membru mitlub, skont il-premessa 29 tar-Regolament Nru 1215/2012, il-persuna li kontriha qed tintalab l-eekuzzjoni għandha jkollha l-possibbiltà li titlob ir-rifjut ta’ rikonoxximent jew ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni jekk hija tqis li waħda mir-raġunijiet għal rifjut ta’ rikonoxximent hija preżenti, inkluż ksur eventwali tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punti 76 u 77 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-Direttiva 93/13 ma hijiex trasponibbli fil-kuntest tar-Regolament Nru 1215/2012, li jistabbilixxi regoli ta’ natura proċedurali, filwaqt li d-Direttiva 93/13 hija intiża għal armonizzazzjoni minima tad-dritt tal-Istati Membri dwar il-klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dritt għal rimedju effettiv imsemmi fl-Artikolu 47 tal-Karta, ma jkunx hemm ksur tiegħu, peress li l-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 1215/2012 jippermetti lill-konvenut li jibbaża ruħu b’mod partikolari fuq l-eventwali ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni previsti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet premessi, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012, flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-qorti tal-oriġini adita b’talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat previst f’dan l-Artikolu 53, f’dak li jirrigwarda deċiżjoni definittiva, tkun tista’ tivverifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament inkisrux, sabiex il-konsumatur jiġi informat dwar il-ksur eventwalment ikkonstatat u sabiex ikun tista’ jevalwa b’għarfien sħiħ tal-fatti l-possibbiltà li juża r-rimedju previst fl-Artikolu 45 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, kif emendat bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/281 tas‑<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE> flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-qorti tal-oriġini adita b’talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat previst f’dan l-Artikolu 53, f’dak li jirrigwarda deċiżjoni definittiva, tkun tista’ tivverifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT></HT> <HT TYPE="BOLD">jekk id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament inkisrux, sabiex il-konsumatur jiġi informat dwar il-ksur eventwalment ikkonstatat u sabiex ikun tista’ jevalwa b’għarfien sħiħ tal-fatti l-possibbiltà li juża r-rimedju previst fl-Artikolu 45 tal-imsemmi regolament</HT>.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>