European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2018

6.10.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2018

tat-18 ta’ Settembru 2025

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (2025–2030)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3202 (2), il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (Sustainable Fisheries Partnership Agreement) bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, (2025–2030) (3) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fit-12 ta’ Diċembru 2024, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)

L-objettivi tal-Protokoll huma li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Greenland u li jippermetti lill-Unjoni u lil Greenland jaħdmu flimkien mill-qrib biex jippromwovu aktar l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Greenland. Dik il-kooperazzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd.

(3)

Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat.

(4)

F’konformità mat-Trattati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel in-notifiki previsti fl-Artikolu 14 tal-Protokoll.

(5)

L-Artikolu 12 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (4) (“il-Ftehim”), jistabbilixxi Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll. Dak il-kumitat għandu s-setgħa li japprova ċerti emendi tal-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali, li tapprovahom f’isem l-Unjoni skont proċedura ssimplifikata.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi proposti tal-Protokoll jenħtieġ li tiġi stabbilita mill-Kunsill. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati sakemm minoranza ta’ Stati Membri li timblokka ma toġġezzjonax għalihom, f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ta l-opinjoni tiegħu fil-11 ta’ Diċembru 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (2025–2030) (“il-Protokoll”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tipproċedi, f’isem l-Unjoni, biex tagħmel in-notifiki previsti fl-Artikolu 14 tal-Protokoll, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll (6).

Artikolu 3

Skont il-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AAGAARD


(1)  Kunsens tat-8 ta’ Lulju 2025 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2024/3202 tal-5 ta’ Diċembru 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (2025–2030) (ĠU L, 2024/3202, 30.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3202/oj).

(3)   ĠU L, 2024/3203, 30.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2024/3203/oj.

(4)   ĠU L 175, 18.5.2021, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/793/oj.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(6)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ANNESS

PROĊEDURA U KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDI GĦALL-PROTOKOLL LI GĦANDU JIĠI ADOTTAT MILL-KUMITAT KONĠUnt

1.   

Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi għall-Protokoll skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim u l-Artikoli 4 u 7 tal-Protokoll, il-Kummissjoni hija awtorizzata tinnegozja mal-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka u, meta jkun xieraq u sakemm tkun konformi mal-punt 3, tapprova l-emendi proposti għall-Protokoll f’isem l-Unjoni fir-rigward tal-kwistjonijietli ġejjin:

(a)

l-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd u, b’hekk, tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll;

(b)

l-arranġamenti għall-appoġġ settorjali skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll;

(c)

il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi li skonthom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

2.   

Fil-Kumitat Konġunt, l-Unjoni għandha:

(a)

taġixxi f’konformità mal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd;

(b)

tippromwovi pożizzjonijiet li huma konsistenti mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u li jqisu l-ġestjoni konġunta mill-Istati kostali.

3.   

Meta tkun se tiġi adottata deċiżjoni dwar emendi għall-Protokoll kif imsemmi fil-punt 1, waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-pożizzjoni li se tiġi espressa f’isem l-Unjoni tqis l-informazzjoni statistika, bijoloġika u informazzjoni oħra rilevanti l-aktar reċenti mibgħuta lill-Kummissjoni.

4.   

Għal dak l-għan u abbażi ta’ dik l-informazzjoni, dokument li jistabbilixxi l-partikolaritajiet tal-pożizzjoni tal-Unjoni proposta għandu jintbagħat mill-Kummissjoni, fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għall-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni.

5.   

Fejn jidħlu l-kwistjonijiet imsemmija fil-punt 1(a), il-Kunsill għandu japprova l-pożizzjoni prevista tal-Unjoni b’maġġoranza kkwalifikata fil-Kunsill, skont l-Artikolu 16(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni tal-Unjoni prevista fid-dokument ta’ tħejjija għandha titqies li tkun maqbula, sakemm għadd ta’ Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li tibblokka fil-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 16(4) TUE, ma joġġezzjonax waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien 20 jum mill-wasla tad-dokument ta’ tħejjija, skont liema jseħħ l-ewwel. Fil-każ ta’ tali oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill.

6.   

Jekk, matul laqgħat sussegwenti tal-Kumitat Konġunt, inkluż laqgħat fuq il-post, ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tqis fatturi ġodda.

7.   

Il-Kummissjoni hija mistiedna biex, fi żmien debitu, tieħu kwalunkwe pass meħtieġ bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn xieraq tippubblika d-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tippreżenta kwalunkwe proposta xierqa għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2018/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)