|
20.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/39 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10875 — AXA IM / SWISS LIFE / MORRISON & CO / LYNTIA NETWORKS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 404/10)
1.
Fis-7 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AXA PIE Lux 4 S.à.r.l. (“AXA”, Franz), ikkontrollata minn AXA S.A., |
|
— |
Swiss Life Investment S.à.r.l. (“SLAM”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Swiss Life Holding AG, |
|
— |
Sorolla Investment Co S.à.r.l. (“Sorolla”, New Zealand), ikkontrollata minn H.R.L. Morrison & Co Group Limited Partnership (“Morrison”), |
|
— |
Gunalta ITG, S.L.U. (“Lyntia”, Spanja), ikkontrollata minn Antin Infrastructure Partners. |
AXA, SLAM u Sorolla jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Lyntia.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AXA huwa grupp tal-assigurazzjoni globali, attiv fl-assigurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u forom oħra ta’ assigurazzjoni, kif ukoll fil-ġestjoni tal-investiment, bil-kwartieri ġenerali fi Franza, |
|
— |
SLAM hija kumpanija tal-ġestjoni tal-assi li tagħmel parti mill-grupp Swiss Life, kumpanija tal-assigurazzjoni elenkata fl-Iżvizzera, u |
|
— |
Sorolla hija parti minn Morrison, kumpanija ta’ investiment li tinvesti f’isem fondi ta’ investimenti sovrani, fondi ta’ pensjonijiet u investituri bl-ingrossa, bil-kwartieri ġenerali fi New Zealand. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża fil-mira huma:|
— |
Lyntia huwa operatur newtrali tal-fibra ottika fis-suq tat-telekomunikazzjoni, li prinċipalment jipprovdi servizzi permezz tal-fibra ottika. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10875 – AXA IM / SWISS LIFE / MORRISON & CO / LYNTIA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).