|
22.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9142 — REWE/Lekkerland)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 245/05)
1.
Fil-15 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
REWE-ZENTRALFINANZ eG (il-Ġermanja, “REWE”) u REWE-Zentral Aktiengesellschaft (il-Ġermanja) (flimkien “REWE Group”), |
|
— |
Lekkerland AG & Co. KG (il-Ġermanja) u Lekkerland AG (il-Ġermanja) (flimkien “Lekkerland”). |
REWE takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll waħdieni tat-totalità ta’ Lekkerland.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
REWE prinċipalment hija attiva fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum. Hija topera supermarkets, ħwienet tax-xorb, ħwienet li joffru roħs, ħwienet tad-DIY u tal-prodotti tal-ispiżerija taħt marki differenti, |
|
— |
Lekkerland hija prinċipalment attiva fid-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti tal-konsumatur ta’ kuljum bħal ikel lest biex tieklu u prodotti mhux tal-ikel, inkluż it-tabakk, kif ukoll fil-provvista ta’ soluzzjonijiet elettroniċi tat-tagħbija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9142 — REWE/Lekkerland
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).