|
26.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Mejju 2009
dwar l-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2013
(2009/401/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 (1),
Wara li kkunsidra r-rapporti tal-Bord tal-Għażla ta’ Settembru u ta’ Ottubru 2008 rigward il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fi Franza u s-Slovakkja rispettivament u l-opinjoni maħruġa mill-Parlament Ewropew,
Filwaqt li qies li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1622/2006/KE ġew sodisfatti għal kollox,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2009,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Waħdieni
Marsilja (Franza) u Košice (is-Slovakkja) huma nnominati bħala “Kapitali Ewropej tal-Kultura 2013”.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KOPICOVÁ