<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑497/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0497</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:436">EU:C:2015:436</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20150702">2.7.2015</DATE> – KAWŻA C‑497/12</P><P>GULLOTTA U FARMACIA DI GULLOTTA DAVIDE &amp; C.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20150702">2 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-proċedura: It-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 49 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Abbuż minn pożizzjoni dominanti</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑497/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Sicilia (l‑Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20121107">7 ta’ Novembru 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Davide Gullotta,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Farmacia di Gullotta Davide &amp; C. Sas</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero della Salute,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Azienda Sanitaria Provinciale di Catania,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, K. Jürimäe, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal D. Gullotta u Farmacia di Gullotta Davide &amp; C. Sas, minn G. Spadaro u G. F. Licata, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Federfarma – Federazione Nazionale Unitaria dei Titolari di Farmacia Italiani, minn M. Luciani, A. Arena, G. M. Roberti u I. Perego, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. Urbani Neri, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn E. Skandalou, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol minn S. Centeno Huerta, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn<HT TYPE="SUP">s</HT> E. Montaguti u H. Tserepa-Lacombe, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20150312">12 ta’ Marzu 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 49 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE kif ukoll l-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn D. Gullotta u Farmacia di Gullotta Davide &amp; C. Sas kontra l-Ministero della Salute u l-Azienda Sanitaria Provinciale di Catania dwar ir-rifjut lil D. Gullotta li jingħata l-permess sabiex ibiegħ f’wieħed mll-paraspiżeriji tiegħu prodotti mediċinali suġġetti għal riċetta medika u li ma humiex irrimborsati mis-servizzi tas-saħħa.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 26 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="255" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU L 255, p. 22</REF.DOC.OJ>), tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Din id-Direttiva ma tikkordinax il-kondizzjonijiet kollha għall-aċċess għal attivitajiet fil-qasam tal-farmaċija u l-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet. B’mod partikolari, id-distribuzzjoni ġeografika ta’ l-ispiżjeriji u l-monopolju fl-għotja ta’ mediċini jibqgħu kwistjonijiet f’idejn l-Istati Membri. Din id-Direttiva ma tibdilx id-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jżommu kumpanniji milli jeżerċitaw ċerti attivitajiet ta’ spiżjara jew li jissoġġettaw l-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet għal ċerti kondizzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-Italja, il-Liġi Nru 468/1913, tat-<DATE ISO="19130522">22 ta’ Mejju 1913</DATE>, iddefinixxiet il-provvista ta’ servizzi farmaċewtiċi bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>attività primarja tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> li jistgħu jeżerċitawha biss spiżeriji muniċipali jew spiżeriji privati li joperaw b’liċenzja maħruġa mill-Gvern.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Sabiex tiggarantixxi t-tqassim effettiv tal-ispiżeriji fit-territorju nazzjonali kollu, b’mod li jiġi evitat ir-riskju li dawn ikunu kkonċentrati unikament fiż-żoni l-iktar attraenti kummerċjalment, ġie stabbilit strument amministrattiv għal-limitazzjoni tal-offerta, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>pianta organica<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> li tipprovdi li t-tqassim ta’ dawn l-ispiżeriji fit-territorju Taljan ma għandux jeċċedi numru massimu, ikkunsidrat bħala adatt sabiex iwieġeb għat-talba tal-persuni kkonċernati bl-għan li jiġi żgurat li kull waħda mill-ispiżeriji jkollha parti mis-suq u li jiġu ssodisfatti l-bżonnijiet għal prodotti mediċinali fit-territorju nazzjonali kollu.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-Digriet Irjali Nru 1265, tas-<DATE ISO="19340727">27 ta’ Lulju 1934</DATE>, kien irriżerva, skont l-Artikolu 122 tiegħu, il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali biss lill-ispiżeriji.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Sussegwentement il-Liġi Nru 537/1993 tal-<DATE ISO="19931224">24 ta’ Diċembru 1993</DATE> stabbilixxiet klassifikazzjoni ġdida tal-prodotti mediċinali abbażi tal-kategoriji li ġejjin, jiġifieri l-kategorija A, għall-prodotti mediċinali essenzjali u l-prodotti mediċinali għall-mard kroniku, il-kategorija B għall-prodotti mediċinali ħlief dawk li jaqgħu taħt il-kategorija A u li joffru interess terapewtiku sinjifikattiv, u l-kategorija Ċ, għal prodotti mediċinali minbarra dawk li jaqgħu taħt il-kategoriji A jew B. Taħt l-Artikolu 8(14) tal-Liġi Nru 537/1993, tal-<DATE ISO="19931224">24 ta’ Diċembru 1993</DATE>, l-ispiża tal-prodotti mediċinali li jaqgħu taħt il-kategoriji A jew B għandha tiġi kompletament imħallsa mis-servizz nazzjonali tas-saħħa, filwaqt li l-ispiża tal-prodotti mediċinali tal-kategorija Ċ tibqa’ dejjem imħallsa mill-klijent.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-Artikolu 85(1) tal-Liġi Nru 388, tat-<DATE ISO="20001223">23 ta’ Diċembru 2000</DATE>, neħħa l-kategorija B, filwaqt li l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 311, tat-<DATE ISO="20041230">30 ta’ Diċembru 2004</DATE>, ħoloq kategorija ġdida ta’ prodotti mediċinali, il-kategorija Ċ-bis – sabiex tkopri prodotti mediċinali li ma humiex suġġetti għal riċetta medika u li, kuntrarjament għall-prodotti li jaqgħu taħt kategoriji oħra, jistgħu jiġu rreklamati lill-pubbliku. Bħal fil-każ tal-prodotti mediċinali tal-kategorija Ċ, il-prodotti mediċinali fil-Kategorija Ċ-bis jibqgħu jitħallsu mill-klijent.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Digriet Liġi Nru 223, tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, li sar liġi permezz tal-Liġi Nru 248, tal-<DATE ISO="20060804">4 ta’ Awwissu 2006</DATE>, ippermetta l-ftuħ ta’ paraspiżeriji, li minnhom il-proprjetarji tagħhom kienu awtorizzati jbigħu prodotti mediċinali li jaqgħu taħt il-kategorija Ċ-bis. Iktar reċentement, il-Digriet Liġi Nru 201/2011, li sar liġi permezz tal-Liġi Nru 214/2011, tat-<DATE ISO="20111222">22 ta’ Diċembru 2011</DATE>, estenda ulterjorment in-numru ta’ prodotti mediċinali li jistgħu jinbiegħu minn paraspiżeriji, sabiex b’hekk dawn issa jistgħu joffru lill-pubbliku ċerti prodotti mediċinali tal-Kategorija Ċ li għalihom ma hijiex meħtieġa riċetta.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, awtorizzat sabiex jeżerċita l-professjoni ta’ spiżjar u li huwa rreġistrat mal-Ordni tal-Ispiżjara ta’ Catania (l‑Italja), huwa proprjetarju ta’ diversi paraspiżeriji. Huwa talab lil Ministero della Salute l-permess li jbigħ f’waħda minnhom, prodotti mediċinali suġġetti għal riċetta medika, iżda fejn l-ispiża hija sostnuta kompletament mill-klijent.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Ministero della Salute ċaħad din it-talba fuq il-bażi li, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, il-bejgħ ta’ dawn il-prodotti mediċinali jista’ jsir biss fl-ispiżeriji.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors kontra dan ir-rifjut quddiem il-qorti tar-rinviju, billi sostna li din il-leġiżlazzjoni tmur kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per la Sicilia ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1)</NO.P><TXT>Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 49 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> TFUE jipprekludu leġislazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lil spiżjar, ikkwalifikat u rreġistrat mal-assoċjazzjoni professjonali rilevanti iżda li ma huwiex proprjetarju ta’ spiżerija inkluż[a] fil-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>pianta organica<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> [mappa tal-ispiżeriji] milli jiddistribwixxi bl-imnut fil-para-spiżerija li tagħha huwa proprjetarju, anki dawk il-prodotti mediċinali suġġetti għal riċetta medika fuq <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ricetta bianca<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>, jiġifieri mediċini li ma jiġux addebitati lis-Servizio Sanitario Nazionale u li jitħallsu kompletament mix-xerrej, u li tistabbilixxi anki f’dan il-qasam projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti farmatewtiċi u kwota numerika ta’ negozji li jistgħu jiġu stabbiliti fit-territorju nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-Karta għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju stabbilit fih japplika mingħajr restrizzjoni anki għall-professjoni ta’ spiżjar, mingħajr ma n-natura ta’ interess pubbliku ta’ din il-professjoni ma tiġġustifika l-eżistenza ta’ sistemi differenti bejn spiżjara proprjetarji ta’ spiżeriji tradizzjonali u spiżjara proprjetarji ta’ para-spiżeriji fir-rigward tal-bejgħ tal-prodotti mediċinali msemmija fl-ewwel domanda?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikoli 102 TFUE u 106[1] TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-projbizzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti hija applikabbli mingħajr restrizzjoni għall-professjoni ta’ spiżjar, sa fejn l-ispiżjar proprjetarju ta’ spiżerija tradizzjonali, li jbiegħ prodotti mediċinali skont ftehim konkluż mas-servizz nazzjonali tas-saħħa jieħu vantaġġ mill-projbizzjoni, għall-proprjetarji ta’ para-spiżeriji, li jbiegħu il-prodotti mediċinali tal-kategorija C, mingħajr ma dan ma huwa ġġustifikat mill-karatteristiċi ċari tal-professjoni ta’ spiżjar li jirriżultaw min-natura ta’ interess pubbliku tal-protezzjoni tas-saħħa taċ-cittadini?<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20131216">16 ta’ Diċembru 2013</DATE>, ir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja ttrażmetta lill-qorti tar-rinviju s-sentenza Venturini <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑159/12 sa C‑161/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:791">EU:C:2013:791</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn stedinha sabiex tindikalu jekk, fid-dawl ta’ din is-sentenza, hija tixtieqx iżżomm ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20140801">1 ta’ Awwissu 2014</DATE>, il-qorti tar-rinviju infurmatha li żammet it-tieni u tielet domandi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 15 tal-Karta għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika mingħajr limiti wkoll għall-professjoni ta’ spiżjar, mingħajr ma n-natura ta’ interess pubbliku ta’ din il-professjoni tiġġustifika l-eżistenza ta’ sistemi differenti bejn l-ispiżjara li huma proprjetarji ta’ spiżeriji tradizzjonali u l-ispiżjara li huma proprjetarji ta’ paraspiżeriji, rigward il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal riċetta bianca, jiġifieri li ma jitħallsux mis-servizz nazzjonali tas-saħħa u jitħallsu b’mod sħiħ mix-xerrej.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sabiex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali, jirriżulta mill-Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja li t-talba għal domanda preliminari għandu jkun fiha espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni domanda, id-deċiżjoni tar-rinviju, madankollu, ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 68 sa 74 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-deċiżjoni ma tispjegax għalfejn il-qorti tar-rinviju titfa’ d-dubji dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-Artikolu 15 tal-Karta u ma tinkludix indikazzjonijiet li jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jippermettulha biex issolvi l-problema legali li tressqet quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali hija possibbli biss jekk ikun jidher li l-interpretazzjoni mitluba ta’ regola tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta<?PAGE NO="5"?> l-problema hija ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi utilment għad-domandi magħmula lilha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza OTP Bank, C‑672/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:185">EU:C:2015:185</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex l-elementi meħtieġa biex tirrispondi utilment, hemm lok li t-tieni domanda tiġi ddikjarata bħala inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 102 TFUE u 106(1) TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-projbizzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti tapplika mingħajr limiti għall-professjoni ta’ spiżjar, sa fejn l-ispiżjar proprjetarju ta’ spiżerija tradizzjonali li jbigħ prodotti mediċinali taħt ftehim konkluż mas-servizz nazzjonali tas-saħħa huwa vantaġġat minħabba l-projbizzjoni, għall-proprjetarji tal-paraspiżeriji, li jbigħu prodotti mediċinali tal-klassi Ċ, mingħajr ma dan ikun iġġustifikat mill-ispeċifiċitajiet tal-professjoni ta’ spiżjar li jirriżultaw min-natura ta’ interess pubbliku tal-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, is-sempliċi fatt li tinħoloq pożizzjoni dominanti bl-għoti ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi, fis-sens tal-Artikolu 106(1) TFUE, ma huwiex, inkwantu tali, inkompatibbli mal-Artikolu 102 TFUE. Fil-fatt, Stat Membru jikser il-projbizzjonijiet stipulati f’dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet biss jekk l-impriża inkwistjoni hija indotta, bis-sempliċi eżerċizzju tad-drittijiet speċjali u esklużivi mogħtija lilha, li tisfrutta l-pożizzjoni dominanti tagħha b’mod abbużiv jew meta dawn id-drittijiet jistgħu joħolqu sitwazzjoni li fiha l-impriża hija indotta twettaq tali abbuż (sentenza Servizi Ausiliari Dottori Commercialisti, C‑451/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:208">EU:C:2006:208</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Konsegwentement, tqum il-kwistjoni mhux biss jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellhiex bħala effett li tagħti lill-ispiżeriji drittijiet speċjali jew esklużivi, fis-sens tal-Artikolu 106(1) TFUE iżda wkoll jekk tali leġiżlazzjoni setgħetx twassal għal abbuż minn pożizzjoni dominanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Servizi Ausiliari Dottori Commercialisti, C‑451/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:208">EU:C:2006:208</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif l-Avukat Ġenerali kkonstata fil-punti 79 u 82 tal-konklużjonijiet tiegħu, d-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludi ebda spjegazzjoni għaliex il-qorti tar-rinviju tqis li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex kompatibbli mal-Artikoli 102 TFUE u 106(1) TFUE. Hija ma tispjegax, b’mod partikolari, għaliex din il-leġiżlazzjoni tista’ twassal lill-ispiżjara sabiex jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali hija inammissibbli meta din ma tipprovdix lill-Qorti tal-Ġustizzja l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tkun tista’ tagħti risposta utli.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex l- elementi meħtieġa biex tirrispondi utilment, għandu jiġi kkonstatat li t-tielet domanda hija inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-domandi magħmula fil-kuntest tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Sicilia (l‑Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE>, u miżmuma minn dik il-qorti, huma inammissibbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>