Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 1(1) u 2(2) tad-Direttiva tal‑Kunsill, 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir‑regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal‑proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246) – Ksur tal-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l‑liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall‑applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il‑proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it‑trasport u t‑telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315) – Obbligu li tiġi prevista, fid‑dritt nazzjonali, proċedura ta’ reviżjoni effettiva u malajr kemm jista’ jkun li tippermetti lil offerent li ma ntgħażilx jikseb l‑annullament tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt – Termini ta’ reviżjoni.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi adottat l-Artikoli 49 tal-iStatutory Instrument Nru 329 tal-2006 u 51 tal‑iStatutory Instrument Nru 50 tal-2007, l-Irlanda stabbiliet ir-regoli li jirregolaw in-notifika għal offerti tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet u entitajiet kontraenti u r-raġunijiet tagħhom lill-offerenti, b’tali mod li, sakemm l-offerenti jiġu informati b’mod sħiħ dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tagħhom, il-perijodu ta’ sospensjoni tal-konklużjoni tal-kuntratt jista’ jkun diġà skada, u, għalhekk, dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l‑obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Direttiva tal‑Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il‑koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l‑applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall‑għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], u l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad‑Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l‑liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall‑applikazzjoni tar‑regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t‑telekomunikazzjoni

2) L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.