<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-244/16</NO.CASE><NO.CASE>T-285/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0244</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:502">EU:T:2019:502</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190711">11.7.2019</DATE> – Kawżi magħquda T‑244/16 u T‑285/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Yanukovych vs Il‑Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas‑sitwazzjoni fl-Ukraina</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi</KEYWORD><KEYWORD>Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz tkun ittieħdet skont id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda T‑244/16 u T‑285/17,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Viktor Fedorovych Yanukovych</HT>, residenti f’Kiev (l-Ukraina), irrappreżentat minn T. Beazley, QC, E. Dean u J. Marjason‑Stamp, barristers,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn P. Mahnič u J.‑P. Hix, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-<DATE ISO="20160304">4 ta’ Marzu 2016</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="76" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 60, p. 76</REF.DOC.OJ>) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-<DATE ISO="20160304">4 ta’ Marzu 2016</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 60, p. 1</REF.DOC.OJ>) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-<DATE ISO="20170303">3 ta’ Marzu 2017</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 58, p. 34</REF.DOC.OJ>) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-<DATE ISO="20170303">3 ta’ Marzu 2017</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 58, p. 1</REF.DOC.OJ>), sa fejn l-isem tar-rikorrent inżamm fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn G. Berardis (Relatur), President, D. Spielmann u Z. Csehi, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: P. Cullen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20181003">3 ta’ Ottubru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Dawn il-kawżi jaqgħu fil-kuntest tal-miżuri restrittivi adottati kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, wara r-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet fil-Pjazza tal-Indipendenza f’Kiev (l-Ukraina) fi Frar 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, Viktor Fedorovych Yanukovych, huwa l-Eks President tal-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140305">5 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 66, p. 26</REF.DOC.OJ>). Fl-istess data, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 66, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 1 u 2 tad-Deċiżjoni 2014/119 jippreċiżaw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(1)</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140220">20 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Kunsill ikkundanna f’termini l-aktar qawwija kull użu tal-vjolenza fl-Ukraina. Huwa appella għal tmiem immedjat tal-vjolenza fl-Ukraina, u għar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huwa appella lill-Gvern tal-Ukraina sabiex jeżerċita trażżin massimu u lill-kapijiet tal-oppożizzjoni sabiex jiddisassoċjaw ruħhom minn dawk li jirrikorru għal azzjoni radikali, inkluża l-vjolenza.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140303">3 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kunsill qabel biex jiffoka miżuri restrittivi fuq l-iffriżar u rkupru ta’ assi ta’ persuni identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, bil-għan tal-konsolidazzjoni u s-sostenn tal-istat ta’ dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) u (2) tad-Deċiżjoni 2014/119 jipprovdi s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-mod ta’ dan l-iffriżar huwa ddefinit fl-Artikolu 1(3) sa (6) tad-Deċiżjoni 2014/119.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont id-Deċiżjoni 2014/119, ir-Regolament Nru 208/2014 jimponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi u jiddefinixxi l-modalitajiet għal dan l-iffriżar f’termini li huma, essenzjalment, identiċi għal dawk tad-deċiżjoni msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ismijiet tal-persuni kkonċernati minn dawn l-atti jidhru fil-lista, identika, li tinsab fl-anness tad-Deċiżjoni 2014/119 u fl-Anness I tar-Regolament Nru 208/2014 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>lista<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) flimkien, b’mod partikolari, mal-motivazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Isem ir-rikorrent kien jidher fil-lista flimkien mal-informazzjoni ta’ identifikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ex-President tal-Ukraina<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> u r-raġuni segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20140514">14 ta’ Mejju 2014</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors, irreġistrat taħt ir-referenza T‑346/14, li b’mod partikolari kellu bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2014/119 u tar-Regolament Nru 208/2014, sa fejn jirrigwardawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20150129">29 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/143 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="024" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 24, p. 16</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament (UE) 2015/138 li jemenda r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="024" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 24, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 2015/143 ippreċiżat, mill-<DATE ISO="20150131">31 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-kriterji ta’ reġistrazzjoni tal-persuni kkonċernati mill-iffriżar ta’ fondi. B’mod partikolari, l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119 ġie ssostitwit bit-test li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta’, huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni li jkunu ġew identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukrajna u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.</P><P>Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, persuni identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukrajna jinkludu persuni li huma soġġetti għal investigazzjoni mill-awtoritajiet tal-Ukrajna:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f’tali misapproprjazzjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għall-abbuż tal-uffiċju bħala detentur ta’ pożizzjoni pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih jew għal parti terza, u li b’hekk jikkawża telf ta’ fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f’tali abbuż.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Regolament 2015/138 emenda r-Regolament Nru 208/2014 konformement mad-Deċiżjoni 2015/143.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/364 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="062" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 62, p. 25</REF.DOC.OJ>) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/357 li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="062" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 62, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>atti ta’ Marzu 2015<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Id-Deċiżjoni 2015/364, minn naħa, issostitwixxiet l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/119 billi estendiet l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi, fir-rigward tar-rikorrent, sas-<DATE ISO="20160306">6 ta’ Marzu 2016</DATE>, u, min-naħa l-oħra, emendat l-anness ta’ din l-aħħar deċiżjoni. Konsegwentement, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/357 emenda l-Anness I tar-Regolament Nru 208/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-atti ta’ Marzu 2015, isem ir-rikorrent inżamm fil-lista, flimkien mal-informazzjoni ta’ identifikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>eks President tal-Ukrajna<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u l-motivazzjoni l-ġdida segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150408">8 ta’ April 2015</DATE>, ir-rikorrent adatta t-talbiet tiegħu, fil-kuntest tal-Kawża T‑346/14, b’tali mod li dawn kienu jikkonċernaw ukoll l-annullament tad-Deċiżjoni 2015/143, tar-Regolament 2015/138 kif ukoll tal-atti ta’ Marzu 2015, sa fejn dawn l-atti kienu jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20151106">6 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-Kunsill ikkomunika lir-rikorrent ittra tat-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE> mibgħuta mill-uffiċċju tal-Prokuratur Ġenerali tal-Ukraina (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>BPG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) u indirizzata lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. B’ittra tas-<DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20151215">15 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-Kunsill ikkomunika lir-rikorrent ittra tal-BPG tat-<DATE ISO="20151130">30 ta’ Novembru 2015</DATE>. F’din l-ittra, il-Kunsill informa lir-rikorrent li kien biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu, filwaqt li ppreċiżalu liema kien it-terminu ffissat sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet għall-finijiet tal-eżami mill-ġdid annwali. B’ittra tal-<DATE ISO="20160104">4 ta’ Jannar 2016</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160304">4 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/318 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="76" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 60, p. 76</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/311 li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 60, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>atti ta’ Marzu 2016<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-atti ta’ Marzu 2016, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi kienet ġiet estiża sas-<DATE ISO="20170306">6 ta’ Marzu 2017</DATE>, u dan mingħajr ma l-motivazzjoni tal-indikazzjoni tar-rikorrent kienet inbidlet meta mqabbla ma’ dik tal-atti ta’ Marzu 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’ittra tas-<DATE ISO="20160307">7 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-Kunsill informa lir-rikorrent biż-żamma tal-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu, u wara rrisponda għall-osservazzjonijiet ifformulati minnu fl-ittri preċedenti u bagħatlu l-atti ta’ Marzu 2016. Barra minn hekk, dan indika t-terminu sabiex isirulu osservazzjonijiet qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-eventwali żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑346/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:497">EU:T:2016:497</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni 2014/119 u r-Regolament Nru 208/2014, sa fejn dawn kienu jikkonċernaw lir-rikorrent, u ċaħdet it-talba għal annullament, li tinsab fl-adattament tat-talba, fir-rigward, minn naħa, tad-Deċiżjoni 2015/143 u tar-Regolament 2015/138 u, min-naħa l-oħra, tal-atti ta’ Marzu 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, ir-rikorrent ressaq appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, irreġistrat bħala l-Kawża C‑598/16, kontra s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑346/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:497">EU:T:2016:497</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>, il-Kunsill informa lir-rappreżentanti tar-rikorrent li kellu l-intenzjoni li jġedded il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ dan tal-aħħar u hemeż żewġ ittri mill-BPG, waħda tal-<DATE ISO="20160810">10 ta’ Awwissu 2016</DATE> u l-oħra tas-<DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, filwaqt li fakkar liema kien it-terminu ffissat għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet fid-dawl tal-eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi. Ir-rikorrent ippreżenta tali osservazzjonijiet lill-Kunsill b’ittra tal-<DATE ISO="20170111">11 ta’ Jannar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170303">3 ta’ Marzu 2017</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/381 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 58, p. 34</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/374 li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 58, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>atti ta’ Marzu 2017<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-atti ta’ Marzu 2017, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi kienet ġiet estiża sas-<DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, u dan mingħajr ma l-motivazzjoni għar-reġistrazzjoni tar-rikorrent kienet inbidlet meta mqabbla ma’ dik tal-atti ta’ Marzu 2015 u ta’ Marzu 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20170306">6 ta’ Marzu 2017</DATE>, il-Kunsill informa lir-rikorrent biż-żamma tal-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu. Dan irrisponda wkoll għall-osservazzjonijiet tar-rikorrent magħmula fil-korrispondenzi preċedenti u bagħatlu l-atti ta’ Marzu 2017. Barra minn hekk, dan indika t-terminu sabiex isirulu osservazzjonijiet qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-eventwali żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20160513">13 ta’ Mejju 2016</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors għal annullament, irreġistrat bħala l-Kawża T‑244/16, kontra l-atti ta’ Marzu 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160912">12 ta’ Settembru 2016</DATE>, il-Kunsill ippreżenta r-risposta fil-Kawża T‑244/16. Fid-<DATE ISO="20160919">19 ta’ Settembru 2016</DATE>, fil-kuntest ta’ din il-kawża, dan ippreżenta talba motivata, konformement mal-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, intiża sabiex jikseb il-kontenut ta’ ċerti dokumenti annessi mar-risposta kif ukoll sabiex xi paragrafi tad-difiża ma jiġux iċċitati fid-dokumenti relatati ma’ din il-kawża li għandu aċċess għalihom il-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lis-Sitt Awla, u konsegwentement, il-Kawża T‑244/16 ġiet assenjata lil din l-Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-Kawża T‑244/16, ir-replika u l-kontroreplika ġew ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20161028">28 ta’ Ottubru 2016</DATE> u fit-<DATE ISO="20170113">13 ta’ Jannar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170113">13 ta’ Jannar 2017</DATE>, ingħalqet il-fażi bil-miktub tal-proċedura fil-Kawża T‑244/16.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20170120">20 ta’ Jannar 2017</DATE>, il-Kunsill ressaq talba simili għal dik imsemmija fil-punt 29 iktar ’il fuq, intiża biex jiżgura li l-kontenut ta’ ċerti dokumenti annessi mal-kontroreplika fil-Kawża T‑244/16 ma jiġix iċċitat fid-dokumenti relatati ma’ dik il-kawża li l-pubbliku jkollu aċċess għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170203">3 ta’ Frar 2017</DATE>, ir-rikorrent talab li tinżamm seduta għas-sottomissjonijiet orali fil-Kawża T‑244/16.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta provi ġodda fil-proċess tal-Kawża T‑244/16, skont l-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura. Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE>, il-Kunsill ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar dawn il-provi l-ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170512">12 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors għal annullament, irreġistrat bħala l-Kawża T‑285/17, kontra l-atti ta’ Marzu 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Bis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑598/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:786">EU:C:2017:786</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tar-rikorrent intiż għall-annullament parzjali tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑346/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:497">EU:T:2016:497</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20171027">27 ta’ Ottubru 2017</DATE>, il-Qorti Ġenerali talbet lill-partijiet biex jieħdu pożizzjoni, minn naħa, dwar l-impatt possibbli tas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑598/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:786">EU:C:2017:786</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) fuq il-Kawża T‑244/16 u fuq il-Kawża T‑285/17 u, min-naħa l-oħra, dwar il-possibbiltà li dawn jingħaqdu għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura u tas-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Ir-risposti tal-partijiet għal dawk il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura ġew ippreżentati, rispettivament, mir-rikorrent, fid-<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, u mill-Kunsill, fl-<DATE ISO="20171110">10 ta’ Novembru 2017</DATE>. Fir-rigward tal-possibbiltà li jingħaqdu l-Kawżi T‑244/16 u T‑285/17, ir-rikorrent iqis li din tista’ tkun iġġustifikata, jekk ikun il-każ, biss għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura. Il-Kunsill iħalli f’idejn il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-Kunsill ippreżenta r-risposta fil-Kawża T‑285/17.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-kawża, fl-<DATE ISO="20171120">20 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-Kunsill ippreżenta talba simili għal dik imsemmija fil-punt 29 iktar ’il fuq, intiża biex il-kontenut ta’ ċerti dokumenti annessi mar-rikors kif ukoll ċerti punti tar-risposta ma jiġux ikkwotati fid-dokumenti relatati ma’ din il-kawża li l-pubbliku għandu aċċess għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20171124">24 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn tat-tieni skambju ta’ noti fil-Kawża T‑285/17. Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20171206">6 ta’ Diċembru 2017</DATE>, ir-rikorrent ressaq talba mmotivata skont l-Artikolu 83(2) tar-Regoli tal-Proċedura, intiża biex il-Qorti Ġenerali tawtorizza lill-partijiet jikkompletaw il-proċess permezz ta’ replika u ta’ kontroreplika. Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20171219">19 ta’ Diċembru 2017</DATE>, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tilqa’ din it-talba u ffissat id-data li fiha kellha tiġi ppreżentata r-replika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Ir-replika u l-kontroreplika fil-Kawża T‑285/17 ġew ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20180122">22 ta’ Jannar 2018</DATE> u fit-<DATE ISO="20180308">8 ta’ Marzu 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180308">8 ta’ Marzu 2018</DATE>, ingħalqet il-fażi bil-miktub tal-proċedura fil-Kawża T‑285/17.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20180316">16 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-Kunsill ressaq talba simili għal dik imsemmija fil-punt 29 iktar ’il fuq, intiża biex jiżgura li l-kontenut ta’ ċerti dokumenti annessi mal-kontroreplika fil-Kawża T‑285/17 ma jiġix iċċitat fid-dokumenti relatati ma’ dik il-kawża li l-pubbliku jkollu aċċess għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20180710">10 ta’ Lulju 2018</DATE>, il-Kawża T‑244/16, Yanukovych vs Il‑Kunsill, u l-Kawża T‑285/17, Yanukovych vs Il‑Kunsill, ingħaqdu għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura u tad-deċiżjoni li tagħlaq il-kawża, abbażi tal-Artikolu 68 tar-Regoli tal-Proċedura, wara li l-partijiet instemgħu f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20180928">28 ta’ Settembru 2018</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta osservazzjonijiet dwar ir-rapport għas-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20181003">3 ta’ Ottubru 2018</DATE> li, fuq talba tal-Kunsill u wara li nstema’ r-rikorrent, seħħet parzjalment <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Kunsill ippreżenta osservazzjonijiet dwar ir-rapport għas-seduta, li ttieħdet nota tagħhom fil-minuti għas-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>B’sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170707">7 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑215/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:479">EU:T:2017:479</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll l-atti ta’ Marzu 2015, sa fejn dawn kienu jikkonċernaw lir-rikorrent fil-kawża li wasslet għas-sentenza msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minħabba l-impatt potenzjali tas-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), f’dawn il-każijiet, permezz tad-digriet tas-<DATE ISO="20190107">7 ta’ Jannar 2019</DATE>, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li terġa’ tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura skont l-Artikolu 113(2)(b) tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jesprimu ruħhom f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-<DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-partijiet, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, biex jippreżentawlha l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-konsegwenzi li għandhom jittieħdu, fil-każijiet preżenti, mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Il-partijiet ikkonformaw ma’ dik it-talba fiż-żmien mogħti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob fil-Kawża T‑244/16 u fil-Kawża T‑285/17 li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-atti ta’ Marzu 2016 u dawk ta’ Marzu 2017 (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>atti kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), sa fejn dawn jikkonċernawh;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Wara l-kjarifiki mogħtija waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsijiet mill-Qorti Ġenerali, il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fid-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tar-referenza għal dokumenti oħra</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li r-rikorrent jirreferi, fis-sottomissjonijiet tiegħu dwar it-talba għall-annullament tal-atti ta’ Marzu 2016, għas-sottomissjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-kawża li wasslet għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑346/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:497">EU:T:2016:497</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u, fis-sottomissjonijiet tiegħu dwar it-talba għall-annullament tal-atti ta’ Marzu 2017, għal dawk is-sottomissjonijiet kif ukoll għal dawk ippreżentati fil-kuntest tat-talba għall-annullament tal-atti ta’ Marzu 2016, annessi magħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jenfasizza ġustament il-Kunsill, għandu jitfakkar li, għall-finijiet li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, biex rikors ikun ammissibbli, huwa meħtieġ li l-elementi essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li jkun ibbażat fuqhom ikunu jirriżultaw mit-test tar-rikors stess. Skont ġurisprudenza ferm stabbilita, għalkemm il-korp tar-rikors jista’ jiġi sostnut u kkompletat, fuq punti speċifiċi, b’referenzi għal estratti minn dokumenti annessi miegħu, referenza ġenerali għal dokumenti oħra ma tistax tagħmel tajjeb għan-nuqqas tal-elementi essenzjali li, skont l-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 76(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura, għandhom jidhru fir-rikors stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Al-Faqih <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:466">EU:C:2017:466</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120118">18 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Djebel – SGPS vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑422/07</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:11">EU:T:2012:11</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-referenza globali mir-rikorrent għas-sottomissjonijiet tiegħu ppreżentati fil-kuntest kemm tal-kawżi preċedenti kif ukoll tal-Kawża T‑244/16, fir-rigward tal-Kawża T‑285/17, għandha titqies bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tiegħu għall-annullament tal-miżuri kkontestati, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi, li jallegaw: l-ewwel, nuqqas ta’ bażi legali; it-tieni, użu ħażin ta’ poter; it-tielet, nuqqas ta’ motivazzjoni; ir-raba’, in-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji għall-elenkar fil-lista; il-ħames, żball manifest ta’ evalwazzjoni; is-sitt, il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal rimedju effettiv; u, is-seba’, il-ksur tad-dritt għall-proprjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi eżaminat ir-raba’ motiv, li jallega n-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji għall-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni, essenzjalment, li l-motivi għall-elenkar ta’ ismu fil-lista ma jissodisfawx il-kriterji għall-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi ddefiniti mill-miżuri kkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ir-rikorrent isostni li l-ħruġ ta’ opinjoni ta’ suspett jew il-bidu ta’ sempliċi investigazzjoni preliminari fir-rigward tiegħu ma humiex biżżejjed biex jitqies li huwa responsabbli mill-aġir allegat. Sa fejn l-osservanza tal-liġi proċedurali permezz tal-investigazzjonijiet preliminari hija kkontrollata mill-BPG, li, skont ir-rikorrent, ma għandux il-garanziji ta’ indipendenza u imparzjalità meħtieġa, il-Kunsill kellu wkoll iwettaq kontrolli addizzjonali f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, ir-rikorrent jenfasizza n-nuqqas ta’ progress fl-investigazzjonijiet preliminari li kien suġġett għalihom sa mill-adozzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni u jiċħad l-allegazzjoni tal-Kunsill li tgħid li dan in-nuqqas ta’ progress jirriżulta mill-imġiba tiegħu stess. Fil-fatt, minkejja l-eżistenza ta’ awtorizzazzjoni għat-tnedija ta’ investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT> fir-rigward tiegħu f’waħda mill-proċeduri kriminali li jikkonċernawh, ma ġie kkonstatat ebda progress u ebda prova ma kienet inġiebet kontrih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ittri tal-BPG li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill lanqas ma juru li r-rikorrent jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’ persuni identifikati bis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ezz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑256/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:93">EU:T:2014:93</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Anki jekk jitqies li, f’dan il-każ, kien hemm livell suffiċjenti ta’ intervent ġudizzjarju, b’mod partikolari fir-rigward tas-sekwestru tal-assi tar-rikorrent u l-awtorizzazzjoni tal-miżuri ta’ detenzjoni preventiva kontrih, tali intervent ma jistax jitqies bħala affidabbli u adegwat skont it-tifsira ta’ dik il-ġurisprudenza, peress li s-sistema ġudizzjarja tal-Ukraina ma għandhiex il-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità meħtieġa, anki fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>QEDB<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent, il-fatt li l-Kunsill ma jistax jevalwa l-ħtija tiegħu jew il-fondatezza tal-investigazzjonijiet li jikkonċernawh ma jeżentahx mill-obbligu li jirrispetta d-drittijiet u l-prinċipji ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu u, konsegwentement, li jivverifika jekk u sa liema punt id-drittijiet fundamentali tiegħu ġew jew huma protetti fl-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>L-osservanza mill-Kunsill tal-obbligu li jitwettaq kontroll sħiħ u rigoruż u li jiġi żgurat li kull deċiżjoni li timponi miżura restrittiva tiġi adottata fuq bażi fattwali solida biżżejjed hija iktar kruċjali f’dan il-każ, fid-dawl tal-fatt li l-Ukraina ma hijiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tal-motivazzjoni politika tal-akkużi magħmula kontra r-rikorrent, tan-nuqqas ta’ progress sinjifikattiv fil-proċeduri kriminali li fuqhom huwa bbażat l-elenkar ta’ ismu fuq il-lista, tan-nuqqas ta’ proċedura deċiżjonali bbilanċjata jew ġusta qabel il-formulazzjoni tal-akkużi fl-Ukraina, kif ukoll taż-żmien disponibbli għall-Kunsill għall-verifika tal-provi u tal-informazzjoni li jiġġustifikaw iż-żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>B’risposta għal mistoqsija bil-miktub mill-Qorti Ġenerali (ara l-punt 52 iktar ’il fuq), ir-rikorrent ippreċiża li r-raġunament u s-soluzzjoni adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huma ta’ importanza kruċjali f’dan il-każ, peress li ċ-ċirkustanzi li skattaw l-obbligu ta’ verifika mill-Kunsill fil-kawża li wasslet għas-sentenza msemmija huma, essenzjalment, identiċi għal dawk li kkaratterizzaw l-adozzjoni tal-atti kkontestati. Għalhekk, l-ewwel nett, ir-rikorrent jikkritika lill-Kunsill talli ma vverifikax, billi qies li ma kienx obbligat li jagħmel dan, jekk id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Ukraini, li kien beħsiebu jibbaża ruħu fuqha biex iżomm ismu fil-lista, kinitx ġiet adottata b’konformità mad-drittijiet tad-difiża tiegħu u d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. It-tieni nett, dan jikkritika lill-Kunsill talli ma indikax, fil-motivi li jiġġustifikaw iż-żamma ta’ ismu fil-lista, ir-raġunijiet għalfejn dan kien iqis li l-imsemmija deċiżjoni tal-awtoritajiet Ukraini kienet ġiet adottata b’osservanza tad-drittijiet imsemmija. Qabel kollox, l-ittri tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20160307">7 ta’ Marzu 2016</DATE> u tas-<DATE ISO="20170306">6 ta’ Marzu 2017</DATE>, li jinnotifikaw lir-rikorrent bit-tiġdid tal-miżuri restrittivi li jikkonċernawh, jonqsu milli jsemmu tali raġunijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Il-Kunsill iwieġeb li d-deċiżjoni ta’ inklużjoni, u sussegwentement li jinżamm isem ir-rikorrent fuq il-lista, abbażi tal-informazzjoni li tinsab fl-ittri tal-BPG, tissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni u hija bbażata fuq bażi fattwali solida biżżejjed li tippermetti li jiġi stabbilit li r-rikorrent huwa s-suġġett ta’ proċeduri kriminali għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegazzjoni li tgħid li l-BPG ma għandux il-karatteristiċi ġudizzjarji meħtieġa ta’ indipendenza u imparzjalità, il-Kunsill jirrispondi li l-investigazzjoni preliminari, li ssir mill-BPG taħt il-kontroll tal-awtorità ġudizzjarja, tikkostitwixxi fażi tal-proċedura kriminali. Barra minn hekk, l-għan tal-miżuri restrittivi ma jintlaħaqx jekk ma jkunx possibbli li dawn jiġu adottati kontra persuni suġġetti għal investigazzjoni preliminari dwar parteċipazzjoni f’reati, bħal dawk li huwa suġġett għalihom ir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>B’risposta għall-allegazzjoni li tgħid li dan ma jistax validament jibbaża ruħu fuq proċedura kriminali mingħajr ma jkun ivverifika minn qabel sa fejn kienu protetti d-drittijiet fundamentali tar-rikorrent fl-Ukraina, il-Kunsill isostni, l-ewwel nett, li dan tal-aħħar ma pprovax li d-drittijiet tiegħu kienu effettivament miksura. It-tieni nett, mill-ġurisprudenza ma jirriżultax li l-Kunsill huwa meħtieġ li jivverifika l-osservanza tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva mill-Istat terz fejn hija stabbilita l-awtorità ġudizzjarja li tkun ħarġet id-dikjarazzjonijiet li jibbaża ruħu fuqhom il-Kunsill sabiex jadotta miżuri restrittivi, bħal dawk inkwistjoni. It-tielet nett, ir-rikorrent dejjem ikollu d-dritt li jiddefendi ruħu fil-kuntest tal-proċeduri kriminali li jikkonċernawh u tal-proċedura quddiem il-QEDB, liema ħaġa ma tipprekludix lill-Kunsill, sakemm jispiċċaw dawn il-proċeduri, milli jibbaża ruħu fuq l-eżistenza tal-proċeduri pendenti meta jiddeċiedi li jimponi miżuri restrittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tal-argument tar-rikorrent ibbażat fuq in-nuqqas ta’ progress sinjifikattiv fil-proċeduri kriminali li jikkonċernawh, il-Kunsill isostni li dak li jgħodd huwa li l-proċeduri jkunu pendenti fil-mument tal-adozzjoni tal-atti kkontestati u li tali assenza ta’ progress hi, barra minn hekk, attribwibbli lir-rikorrent, li jkun ħarab mill-ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>B’mod iktar ġenerali, il-Kunsill ifakkar li, skont il-ġurisprudenza, huwa ma huwiex meħtieġ li jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu b’mod sistematiku jew li jwettaq kontrolli sabiex jikseb kjarifika ulterjuri meta jibbaża ruħu fuq provi pprovduti mill-awtoritajiet ta’ Stat terz biex jadotta miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuni li joriġinaw u li huma suġġetti għal proċeduri kriminali f’dak l-Istat. Tali kontrolli huma meħtieġa biss meta l-informazzjoni pprovduta ma tkunx biżżejjed jew tkun inkonsistenti. F’dan il-każ, il-Kunsill iqis li effettivament ivverifika l-fondatezza tad-deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi fir-rigward tar-rikorrent fid-dawl tal-proċeduri kriminali Ukraini għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali (ara l-punt 52 iktar ’il fuq), il-Kunsill isostni li, anki jekk ma speċifikax dan fl-espożizzjoni tal-motivi, huwa kien konxju li kien eżerċitat stħarriġ ġudizzjarju fl-Ukraina matul it-tmexxija tal-investigazzjonijiet kriminali fir-rigward tar-rikorrent. Fil-fatt, mill-ittri tal-BPG imsemmija fil-punti 17, 18 u 24 iktar ’il fuq jirriżulta li ttieħdu diversi deċiżjonijiet ġudizzjarji fl-Ukraina fir-rigward tar-rikorrent, bħal sekwestru tal-proprjetà tiegħu ordnat mill-Qorti Distrettwali ta’ Pechersk (Kiev) kif ukoll ordni mill-Qorti tal-Appell ta’ Kiev li dan kellu jinżamm taħt kustodja fuq bażi preventiva. Barra minn hekk, il-fatt li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kienu osservati, kif ukoll effettivament eżerċitati mir-rikorrent, jidher mid-deċiżjoni tal-imsemmija Qorti ta’ Pechersk tas-<DATE ISO="20150727">27 ta’ Lulju 2015</DATE>, li tgħid li l-imħallef inkwirenti ddeċieda, fil-kuntest ta’ waħda mill-proċeduri kriminali fir-rigward tar-rikorrent, f’seduta pubblika u bil-parteċipazzjoni tal-avukati tiegħu, li jilqa’ t-talba tal-prosekutur intiża biex il-prokuratur imexxi inkjesta preliminari speċjali <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT>. L-istess japplika f’dak li jikkonċerna d-deċiżjoni tal-istess qorti, bid-data tat-<DATE ISO="20160422">22 ta’ April 2016</DATE>, li jintlaqa’ parzjalment l-ilment ippreżentat mid-difiża tar-rikorrent fid-dawl ta’ allegat nuqqas mill-BPG li jieħu inkunsiderazzjoni talba għall-adozzjoni ta’ miżura proċedurali fil-kuntest tal-proċedura msemmija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont il-Kunsill, dawn l-eżempji juru li, meta bbaża ruħu fuq id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet Ukraini msemmija fl-ittri tal-BPG, huwa seta’ jivverifika li dawn kienu ġew adottati fl-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Issa, minn ġurisprudenza ferm stabbilita jirriżulta li, meta jistħarrġu miżuri restrittivi, il-qrati tal-Unjoni għandhom jiżguraw stħarriġ, fil-prinċipju komplet, tal-legalità tal-atti kollha tal-Unjoni fid-dawl tad-drittijiet fundamentali li jiffurmaw parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, fosthom, b’mod partikolari, id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>L-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali teżiġi li, bħala parti mill-istħarriġ tal-legalità tal-motivi li hija bbażata fuqhom id-deċiżjoni li jiddaħħal jew li jinżamm l-isem ta’ persuna fuq il-lista ta’ persuni suġġetti għal miżuri restrittivi, il-qorti tal-Unjoni għandha tiżgura li dik id-deċiżjoni, li għandha portata individwali għal dik il-persuna, tkun ibbażata fuq bażi fattwali solida biżżejjed. Dan jimplika verifika tal-fatti allegati fl-espożizzjoni tal-motivi li huma l-bażi tal-imsemmija deċiżjoni, b’tali mod li l-istħarriġ ġudizzjarju ma jkunx limitat għall-evalwazzjoni tax-xebh astratt tal-motivi invokati, iżda jkun jirrigwarda l-kwistjoni jekk dawn il-motivi, jew, għall-inqas wieħed minnhom meqjus suffiċjenti fih innifsu sabiex isostni l-atti msemmija, humiex issostanzjati (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>L-adozzjoni u ż-żamma ta’ miżuri restrittivi, bħal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/119 u r-Regolament Nru 208/2014, kif emendati, meħuda kontra persuna li ġiet identifikata bħala responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi li jappartjenu lil Stat terz, huma essenzjalment ibbażati fuq id-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ dak l-Istat, kompetenti f’dak ir-rigward, li tibda u twettaq proċedura ta’ investigazzjoni kriminali dwar dik il-persuna fir-rigward ta’ ksur li jinvolvi l-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, bis-saħħa tal-kriterju ta’ inklużjoni, bħal dak imfakkar fil-punt 12 iktar ’il fuq, il-Kunsill jista’ jibbaża miżuri restrittivi fuq id-deċiżjoni ta’ Stat terz, l-obbligu, impost fuq din l-istituzzjoni, li tirrispetta d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jfisser li din għandha tiżgura ruħha mill-osservanza tad-drittijiet imsemmija min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istat terz li adottaw id-deċiżjoni msemmija (ara, f’dan is-sens. is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża li r-rekwiżit ta’ verifika, mill-Kunsill, tal-fatt li d-deċiżjonijiet tal-Istati terzi, li jkun biħsiebu jibbaża ruħu fuqhom, ikunu ġew adottati b’osservanza tad-drittijiet imsemmija, ifittex li jiżgura li l-adozzjoni jew iż-żamma tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi sseħħ biss fuq bażi fattwali solida biżżejjed u b’tali mod li jiġu protetti l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. B’hekk, il-Kunsill jista’ jqis li l-adozzjoni jew iż-żamma ta’ tali miżuri hija bbażata fuq bażi fattwali solida biżżejjed biss wara li jkun ivverifika huwa stess li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew osservati fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Istat terz ikkonċernat li jkollu l-intenzjoni li jibbaża ruħu fuqha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li l-fatt li l-Istat terz huwa wieħed mill-Istati li aderixxew mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), jimplika stħarriġ, mill-QEDB, tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-KEDB, li, konformement mal-Artikolu 6(3) TUE, jiffurmaw<?PAGE NO="11"?> parti mil-liġi tal-Unjoni bħala prinċipji ġenerali, madankollu, tali ċirkustanza ma tistax ixxejjen il-ħtieġa ta’ verifika msemmija fil-punt 77 iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tqis ukoll li l-Kunsill huwa meħtieġ li jsemmi, fl-espożizzjoni tal-motivi marbuta mal-adozzjoni jew maż-żamma tal-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità, anki jekk biss fil-qosor, ir-raġunijiet għalfejn iqis li d-deċiżjoni tal-Istat terz li jkollu l-intenzjoni li jibbaża ruħu fuqha ġiet adottata b’osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Għalhekk, huwa l-Kunsill li għandu, sabiex jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni tiegħu, juri, fid-deċiżjoni li timponi miżuri restrittivi, li vverifika li d-deċiżjoni tal-Istat terz li fuqha huwa jibbaża dawn il-miżuri ġiet adottata fir-rispett ta’ dawn id-drittijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Finalment, meta jibbaża l-adozzjoni jew iż-żamma ta’ miżuri restrittivi, bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża, dwar id-deċiżjoni ta’ Stat terz li jibda u jmexxi proċeduri kriminali għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi min-naħa tal-persuna kkonċernata, il-Kunsill għandu, minn naħa, jiżgura li, fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija, l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat terz ikunu osservaw id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-persuna suġġetta għall-proċeduri kriminali inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, isemmi, fid-deċiżjoni li timponi miżuri restrittivi, ir-raġunijiet għalfejn huwa qies li d-deċiżjoni msemmija tal-Istat terz ġiet adottata b’osservanza ta’ dawk id-drittijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji tal-ġurisprudenza li għandu jiġi eżaminat jekk il-Kunsill osservax dawn l-obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li r-rikorrent huwa s-suġġett ta’ miżuri restrittivi ġodda adottati mill-atti kkontestati abbażi tal-kriterju ta’ elenkar stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119, kif ippreċiżat fid-Deċiżjoni 2015/143, u fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 208/2014, kif ippreċiżat fir-Regolament 2015/138 (ara l-punti 12 u 13 iktar ’il fuq). Dan il-kriterju jipprovdi għall-iffriżar tal-fondi tal-persuni identifikati bħala responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi, inklużi l-persuni li huma s-suġġett ta’ investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukraini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li l-Kunsill ibbaża ruħu, biex iddeċieda dwar iż-żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista, fuq iċ-ċirkustanza li dan tal-aħħar kien is-suġġett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukraini għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li kienet ġiet stabbilita mill-ittri tal-BPG tat-3 ta’ Settembru u tat-<DATE ISO="20151130">30 ta’ Novembru 2015</DATE>, fir-rigward tal-atti ta’ Marzu 2016, u permezz ta’ dawk tal-10 ta’ Awwissu u tas-<DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, f’dak li jikkonċerna l-atti ta’ Marzu 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>B’hekk, iż-żamma tal-miżuri restrittivi adottati kontra r-rikorrent kienet ibbażata, bħalma kien il-każ fil-kawża li wasslet għas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fuq id-deċiżjoni tal-BPG li jinbdew u jitmexxew proċeduri ta’ investigazzjoni kriminali fir-rigward ta’ reat ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi li jappartjenu lill-Istat tal-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Issa, fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li l-motivazzjoni tal-atti kkontestati relattivi għar-rikorrent (ara l-punti 15, 20 u 26 iktar ’il fuq) ma fiha l-ebda referenza għall-fatt li l-Kunsill ivverifika l-osservanza, mill-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-Ukraina, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent u li, għalhekk, tali assenza ta’ motivazzjoni tikkostitwixxi l-ewwel indikazzjoni li l-Kunsill ma kienx wettaq tali verifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li l-ebda informazzjoni li tinsab fl-ittri, kważi identiċi, tas-<DATE ISO="20160307">7 ta’ Marzu 2016</DATE> (ara l-punt 21 iktar ’il fuq), fir-rigward tal-Kawża T‑244/16, u tas-<DATE ISO="20170306">6 ta’ Marzu 2017</DATE> (ara l-paragrafu 27 iktar ’il fuq), fir-rigward tal-Kawża T‑285/17, ma tippermetti li jitqies li l-Kunsill kellu fil-pussess tiegħu provi relatati mal-osservanza tad-drittijiet inkwistjoni mill-awtoritajiet Ukraini<?PAGE NO="12"?> f’dak li jikkonċerna l-proċeduri kriminali kontra r-rikorrent u, wisq inqas, li l-Kunsill kien evalwa tali provi, sabiex jivverifika jekk id-drittijiet imsemmija kinux ġew osservati biżżejjed mill-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-Ukraina meta adottat id-deċiżjoni li tibda u tmexxi proċedura ta’ investigazzjoni kriminali fir-rigward ta’ reat ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ assi pubbliċi min-naħa tar-rikorrent. Fil-fatt, f’dawk l-ittri, b’mod simili għal dak li kien sar fil-kawża li wasslet għas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Kunsill sempliċement indika li l-ittri tal-BPG, ikkomunikati minn qabel lir-rikorrent (ara l-punti 18 u 24 iktar ’il fuq) kienu jistabbilixxu li dan tal-aħħar kien għadu s-suġġett ta’ proċeduri kriminali għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ assi pubbliċi. Qabel kollox, il-fatt li l-Ukraina tinsab fost l-għadd ta’ Stati li aderixxew mal-KEDB, imsemmi espressament mill-Kunsill fl-ittri tiegħu kif ukoll fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, ma jistax ineħħi l-bżonn tal-verifika tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent (ara l-punt 78 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi osservat li, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Kunsill, dan kien marbut li jwettaq il-verifika msemmija indipendentement minn kull prova pprovduta mir-rikorrent li turi li, f’dan il-każ, is-sitwazzjoni personali tiegħu kienet ġiet affettwata mill-problemi li kien identifika fir-rigward tal-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja fl-Ukraina. F’kull każ, għalkemm ir-rikorrent ripetutament argumenta, billi pprovda provi speċifiċi, li l-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-Ukraina ma kinitx osservat id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tiegħu, u li s-sitwazzjoni prevalenti fl-Ukraina kienet ġeneralment inkompatibbli mal-eżistenza ta’ salvagwardji suffiċjenti f’dan ir-rigward, il-Kunsill ma semmiex li kien ivverifika l-osservanza ta’ tali drittijiet. Għall-kuntrarju, fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, dan sostna ripetutament li ma kien suġġett għal ebda obbligu f’dan is-sens u li tali obbligu lanqas ma kien jirriżulta mill-prinċipji tal-ġurisprudenza stabbiliti bis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs LTTE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑599/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:583">EU:C:2017:583</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokati mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fit-tweġiba għall-mistoqsija dwar l-impatt tas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fuq il-kawżi preżenti, il-Kunsill issottometta biss l-argumenti mogħtija fil-qosor fil-punt 71 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li l-Kunsill jammetti li l-motivazzjoni tal-atti kkontestati ma tittrattax il-kwistjoni tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fid-dawl tad-deċiżjoni li jinbdew u jitmexxew il-proċeduri kriminali li ġġustifikaw l-elenkar u ż-żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li l-Kunsill isostni li mill-proċessi tal-kawżi preżenti jirriżulta b’mod ċar li kien eżerċitat stħarriġ ġudizzjarju fl-Ukraina matul it-twettiq ta’ investigazzjonijiet kriminali. B’mod partikolari, skont il-Kunsill, l-eżistenza ta’ għadd ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji adottati fil-kuntest tal-proċeduri kriminali kontra r-rikorrent turi li, meta bbaża ruħu fuq id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Ukraini msemmija fl-ittri tal-BPG, minn naħa, huwa seta’ jivverifika li din kienet ittieħdet b’osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u, min-naħa l-oħra, dan żgura ruħu li għadd ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji adottati fil-kuntest tal-proċeduri kriminali msemmija kienu ttieħdu b’osservanza ta’ dawk id-drittijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Madankollu, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha msemmija mill-Kunsill jidħlu fil-kuntest tal-proċeduri kriminali li ġġustifikaw l-elenkar u ż-żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista u huma sempliċement inċidentali għalihom, sa fejn huma ta’ natura jew kawtelatorja jew proċedurali. Huwa minnu li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jikkorroboraw it-teżi tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ bażi fattwali solida biżżejjed, jiġifieri l-fatt li, konformement mal-kriterju ta’ elenkar, ir-rikorrent kien is-suġġett ta’ proċeduri kriminali li jikkonċernaw, b’mod partikolari, reat ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ assi li jappartjenu lill-Istat Ukrain. Madankollu, tali deċiżjonijiet ma humiex kapaċi, waħedhom, li juru, hekk kif isostni l-Kunsill, li d-deċiżjoni tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-Ukraina li jinbdew u<?PAGE NO="13"?> jitmexxew l-imsemmija proċeduri kriminali, li fuqha, essenzjalment, hija bbażata ż-żamma tal-miżuri restrittivi kontra r-rikorrent, ittieħdet bl-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’kull każ, il-Kunsill ma jistax isemmi l-iċken prova mill-proċess fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tal-atti kkontestati li minnha jirriżulta li huwa eżamina d-deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Ukraina li issa jinvoka u li seta’ jikkonkludi li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kienu ġew osservati fis-sustanza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-elementi li l-Kunsill kellu għad-dispożizzjoni tiegħu meta adotta l-atti kkontestati ppermettew li jiġi vverifikat li d-deċiżjoni tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-Ukraina kienet ittieħdet b’osservanza tal-imsemmija drittijiet tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat ukoll, hekk kif ġie ppreċiżat fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid, b’mod partikolari, li f’każ li tiġi adottata deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi bħal dik li tikkonċerna lir-rikorrent, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill jew tal-Qorti Ġenerali li jivverifikaw il-fondatezza mhux tal-investigazzjonijiet li kienet suġġetta għalihom fl-Ukraina l-persuna kkonċernata minn dawk il-miżuri, iżda biss tad-deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi fid-dawl tad-dokument jew tad-dokumenti li fuqhom kienet ibbażata dik id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ezz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑220/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:147">EU:C:2015:147</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑599/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:785">EU:C:2017:785</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Yanukovych vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑598/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:786">EU:C:2017:786</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) ma tistax tiġi interpretata fis-sens li l-Kunsill ma huwiex obbligat li jivverifika li d-deċiżjoni tal-Istat terz li fuqha jkollu l-intenzjoni li jibbaża l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi tkun ittieħdet b’osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ma huwiex stabbilit li l-Kunsill, qabel l-adozzjoni tal-atti kkontestati, ivverifika l-osservanza, mill-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-Ukraina, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-atti kkontestati għandhom jiġu annullati, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent, mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġu eżaminati l-motivi u l-argumenti l-oħra invokati minn dan tal-aħħar kif ukoll it-talbiet għal trattament kunfidenzjali ppreżentati mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kunsill tilef, hemm lok li huwa jiġi kkundannat għall-ispejjeż, skont it-talbiet tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-<DATE ISO="20160304">4 ta’ Marzu 2016</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-<DATE ISO="20160304">4 ta’ Marzu 2016</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar<?PAGE NO="14"?> miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, kif ukoll id‑Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-<DATE ISO="20170303">3 ta’ Marzu 2017</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl‑Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-<DATE ISO="20170303">3 ta’ Marzu 2017</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna huma annullati sa fejn l-isem ta’ Viktor Fedorovych Yanukovych inżamm fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn V. F. Yanukovych.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Berardis</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Spielmann</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Csehi</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>