Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0013 - 0014
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 130/2001 tat-23 ta' Novembru 2001 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fiżjosanitarji) għall-ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li aġġusta il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2001 tas-26 ta' Ottubru 2001 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/27/KE tat-2 ta' Mejju 2000 li temenda id-Direttiva 93/53/KEE: li daħħlet miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-ħut [2] għandha tkun imdaħħla f'dan il-Ftehim. (3) Din id-Deċiżjoni ma għandiex tgħodd għall-Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej irid jiżdied ma' punt 7 (Direttiva tal-Kunsill Nru 93/53/KEE) f'Parti 3.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim: "- 32000 L 0027: Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/27/KE tat-2 ta' Mejju 2000 (ĠU L 114, tat-13.5.2000, p. 28)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/27/EC fil-lingwa tal-Islanda u Norveġiża, li ser jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, ser ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fl-24 ta' Novembru 2001, iżda n-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni ser tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Novembru 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President E. Bull [1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 6. [2] ĠU L 114, tat-13.5.2000, p. 28. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------