Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2000 li tikkoreġi d-Direttiva 98/98/KE li taddatta għall-25 darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2000) 1333) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Official Journal L 136 , 08/06/2000 P. 0108 - 0125
CS.ES Chapter 13 Volume 25 P. 260 - 277
ET.ES Chapter 13 Volume 25 P. 260 - 277
HU.ES Chapter 13 Volume 25 P. 260 - 277
LT.ES Chapter 13 Volume 25 P. 260 - 277
LV.ES Chapter 13 Volume 25 P. 260 - 277
MT.ES Chapter 13 Volume 25 P. 260 - 277
PL.ES Chapter 13 Volume 25 P. 260 - 277
SK.ES Chapter 13 Volume 25 P. 260 - 277
SL.ES Chapter 13 Volume 25 P. 260 - 277
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2000 li tikkoreġi d-Direttiva 98/98/KE li taddatta għall-25 darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2000) 1333) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2000/368/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari Artikolu 28 tagħha, Billi: (1) Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE jikkontjeni gwida għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar ta' sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi. Anness VI ġie l-aħħar emendat minn Anness 4 tad-Direttiva 98/98/KE [3]. Is-Sezzjonijiet 3.2.3, 3.2.8, 6.2 u 8 ta' Anness 4 tad-Direttiva 98/98/KE mhumiex kompleti. B' konsegwenza huwa neċessarju li jiġi korrett Anness 4 mad-Direttiva 98/98/KE. (2) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-addattament għall-progress tekniku tad-Direttivi għall-eliminazzjoni tal-barrieri tekniċi għall-kummerċ f sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Anness 4 mad-Direttiva 98/98/KE huwa sostitwit b'Anness ma din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Mejju 2000. Għall-Kummissjoni Margot Wallström Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Ċ 196, tas-16.8.1967, p. 1. [2] ĠU L 199, tat-30.7.1999, p. 57. [3] ĠU L 355, tat-30.12.1998, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS 4 1.6. Għal sustanzi, id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tista' tinkiseb: (a) fir-rigward ta' sustanzi li għalihom l-informazzjoni speċifikata f'Anness VII hija meħtieġa, il-parti l-kbira tad-data neċessarja għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar li tidher fis-sett bażi. Din il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar għandhom jiġu riveduti, jekk neċessarju, meta tkun disponibbli informazzjoni ulterjuri (Anness VIII); (b) fir-rigward ta' sustanzi oħra (eż dawk imsemmija fis-sezzjoni 1.5), id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tista', jekk neċessarju, tinkiseb minn numru ta' fonti differenti, per eżempju r-riżultati ta' testijiet preċedenti, informazzjoni meħtieġa minn regoli internazzjonali dwar it-trasport ta' sustanzi perikolużi, informazzjoni meħuda minn xogħlijiet ta' riferenza u l-letteratura jew informazzjoni derivata minn esperjenza prattika. Ir-riżultati ta' relazzjonijiet validati ta' struttura-attività u ġudizzju espert jista' wkoll jittieħed kont tagħhom meta approprjat. Għal preparazzjonijiet, id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tista' tinkiseb: (a) jekk tikkonċerna data fiżjokimika, permezz ta' l-applikazzjoni tal-metodi speċifikati f'Anness V. Għal preparazzjonijiet gassużi, jista' jintuża metodu ta' kalkolu għal proprjetajiet fjammabbli u ossidanti (ara Kapitolu 9); (b) jekk tikkonċerna data dwar effetti fuq is-saħħa: - bl-applikazzjoni tal-metodi speċifikati f' Anness V u/jew bl-applikazzjoni tal-metodu konvenzjonali msemmi f' Artikolu 3(5)(a) sa (i) tad-Direttiva 88/379/KEE, jew, fil-każ ta' R 65, bl-applikazzjoni tar-regoli taħt 3.2.3, - iżda, jekk tikkonċerna l-valutazzjoni tal-proprjetajiet karċinoġeniċi, mutaġeniċi u riproduttivi,bl-applikazzjoni tal-metodu konvenzjonali msemmi f'Artikolu 3(5)(j) sa (q) tad-Direttiva 88/379/KEE. Nota li tikkonċerna t-twettieq ta' testijiet ta' l-annimali It-twettiq tat-testijiet ta' l-annimali biex tiġi stabbilita data esperimentali huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 86/609/KEE fir-rigward tal-protezzjoni ta' annimali wżati għal skopijiet esperimentali. 1.7.2. Applikazzjoni tal-kriterji gwida għal sustanzi Il-kriterji gwida stabbiliti f'dan Anness huma direttament applikabbli meta d-data in kwistjoni tkun ġiet ottenuta mill-metodi tat-test paragunabbli għal dawn deskritti f' Anness V. F'każijiet oħra, l-informazzjoni disponibbli għandha tiġi vvalutata bil-paragun tal-metodi tat-test użati ma' dawk indikati f' Anness V u r-regoli speċifikati f' dan l-Anness għad-determinzzjoni tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar approprjati. F'xi każijiet jista' jkun hemm dubju dwar l-applikazzjoni tal-kriterji rilevanti, speċjalment fejn dawn jeħtieġu l-użu ta' ġudizzju espert. F'dawn il-każijiet il-manifattur, id-distributur jew l-importatur għandhom jikklassifikaw u jittikkettjaw is-sustanza proviżorjament fuq il-bażi ta' stima tal-prova minn persuna kompetenti. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 6, meta l-proċedura ta' hawn fuq tkun ġiet segwita u hemm tħassib fuq inkonsistenzi possibbli allura tista' tiġi sottomessa proposta għall-iskrizzjoni tal-klassifikazzjoni provviżorja f'Anness I. Il-proposta għandha ssir lil wieħed mill-Istati Membri u għandha tiġi akkumpanjata minn data xjentifika approprjata (ara wkoll is-sezzjoni 4.1). Proċedura simili tista' tiġi segwita meta tiġi identifikata informazzjoni li tagħti lok għal tħassib dwar il-preċiżjoni ta' iskrizzjoni eżistenti f' Anness 1. 2.2.2.1 Rimarki li jikkonċernaw perossidi Għall-proprjetajiet esplożivi, perossidu organiku jew preparat tiegħu fil-forma li fiha jitqiegħed fis-suq huwa kklassifikat skond il-kriterji fis-sezzjoni 2.2.1 abbażi ta' testijiet imwettqa skond il-metodi mogħtija f'Anness V. Għall-proprjetajiet ossidanti il-metodi eżistenti f'Anness V ma jistgħux jiġu applikati għal perossidi organiċi. Għal sustanzi, perossidi organiċi li mhumiex diġà kklassifikati bħala esplożivi jiġu kklassifikati bħala perikolużi abbażi ta' l-istruttura tagħhom (eż. R-O-O-H; RI-O-O-R2). Preparati mhux diġà klassifikati bħala esplożivi għandhom jiġu kklassifikati bl-użu tal-metodu ta' kalkolu abbażi tal-perċentwal ta' ossiġnu attiv muri fis-sezzjoni 9.5. Kull perossidu organiku jew preparat tiegħu mhux diġà klassifikat bħala esplożiv huwa kklassifikat bħala ossidanti, jekk il-perossidu jew il-formulazzjoni tiegħu, jikkontjenu: - Iktar minn 5 % perossidi organiċi, jew, - Iktar minn 0,5 % ossiġenu disponibbli mill-perossidi organiċi, u aktar minn 5 % perossidu ta' l-idroġenu. 3.2.3. Perikoluż Sustanzi u preparazzjonijiet għandhom jiġu klassifikati bħala perikolużi u jingħataw is-simbolu "Xn" u l-indikazzjoni tal-perikolu "perikoluż" skond il-kriterji speċifikati hawn taħt. Frażijiet ta' riskju għandhom jingħataw skond il-kriterji li ġejjin: R 22 - LD50 bil-ħalq, far: 200 < LD50 ≤2000 mg/kg, - Doża diskriminatorja, bil-ħalq, far 50, mg/kg: 100 % sopravvivenza iżda tossiċità evidenti - Inqas minn 100 % sopravvivenza b' 500 mg/kg, far bil-ħalq bil-proċedura ta' doża fissa. Irreferi għat-tabella ta' valutazzjoni fil-metodu tat-test Bl(a) ta' Anness V. R 21 - LD50 fuq il-ġilda, far jew fenek: 400 < LD50 ≤2000 mg/kg. R 20 - LC5o permezz tax-xamm, far, għal aerosoli jew partikolati: 1 < LC50 ≤5 mg/litru/4 sigħat, - LC5o nifs, far, għal gassijiet jew fwar: 2 < LC5o ≤20 mg/litru/4 sigħat. R 65 (a) Għal sustanzi u preparazzjonijiet li jikkontjenu idrokarbuni alifatiċi, aliċikliki u aromatiċi f'konċentrazzjoni totali daqs jew ikbar minn 10 % u li fihom jew: - flow time inqas minn 30 sekonda f' kikkra ISO ta' 3 mm skond ISO 2431, jew - viskosità kinematika mkejla b'viskometru kapillari bil-ħġieġ ikkalibrat skond ISO 3104/3105 ta' inqas minn 7 x 10-6 M2/sek f'40 °C, jew - viskosità kinematika derivata minn kejl ta' viskometrija rotazzjonali skond ISO 3129 ta' inqas minn 7 x 10-6 m2/sek f' 40 °C. Nota: Sustanzi u preparazzjonijiet li jissodisfaw dawn il-kriterji m'għandhomx għalfejn jiġu kklassifikati jekk għandhom medja ta' tensjoni fis-superfiċi ikbar minn 3 3 mN/m f'25 °C kif imkejjel bit-tensjometru du Nouy jew bil-metodi tat-test murija f'Anness V Parti A(5); (b) Għal sustanzi u preparazzjonijiet bbażati fuq esperjenza prattikka fuq umani. R 40 - prova qawwija li x' aktarx jiġi kkawżat dannu irriversibbli barra mill-effetti msemmija f' Kapitolu 4 b'espożizzjoni singola b' rotta approprjata, ġeneralment fil-firxa tad-doża msemmija fuq. Sabiex tiġi indikata r-rotta ta' amministrazzjoni/espożizzjoni waħda mill-kombinazzjonijiet li ġejjin għandha tintuża: R 40/20, 8 4021, 8 4022, R 40/20/21, R 40/20/22, R 40/21/22, R 40/20/21/22. R 48 - ħsara serja (disturb funzjonali ċar jew bidla morfoloġika li għandha sinifikanza tossikoloġika) x' aktarx hija kkawżata minn esposizzjoni ripetut jew prolongat b'rotta approprjata. - bil-ħalq, far ≤ 50 mg/kg (piż tal-ġisem)/jum, - fuq il-ġilda, far jew fenek ≤ 100 mg/kg (piż tal-ġisem)/jum, - permezz tax-xamm, far ≤ 0,25 mg/l, 6 s/jum. Dawn il-valuri gwida jistgħu japplikaw direttament meta jkunu ġew osservati leżjonijiet serji f'test ta' tossiċità subkroniku (90 jum). Fl-interpretazzjoni tar-riżultati ta' test tat-tossiċità subakut (28 jum) dawn il-figuri għandhom jiżdiedu bejn wiehed u ieħor tliet darbiet. Jekk test tat-tossiċità kroniku (sentejn) huwa disponibbli għandu jiġi vvalutat abbażi ta' każ b'każ. Jekk ir-riżultati ta' studji ta' aktar minn durata waħda huma disponibbli, allura dawk mill-istudju ta' l-itwal durata għandhom jintużaw normalment. Sabiex tiġi indikata r-rotta ta' amministrazzjoni/esposizzjoni għandha tintuża waħda mill-kombinazzjonijiet li ġejjin: R 48/20, R 48/21, R 48/22, R 48/20/21, R 48/20/22, R 48/21/22, R 48/20/21/22. 3.2.3.1. Kummenti dwar sustanzi volatili Għal ċerti sustanzi b'konċentrazzjoni saturata għolja ta' fwar, tista' tkun disponibbli evidenza li tindika effetti li jagħtu lok għal inkwiet. Dawn is-sustanzi ma jistgħux jiġu kklassifikati taħt il-kriterji għal effetti tas-saħħa f'din il-gwida (3.2.3) jew mhux koperti bis-Sezzjoni 3.2.8. Iżda, fejn hemm evidenza approprjata li dawn is-sustanzi jistgħu jippreżentaw riskju fil-kontroll u l-użu normali, allura tista' tkun neċessarja klassifikazzjoni fuq bażi ta' każ b' każ f' Anness I. 3.2.6.1. Infjammazzjoni tal-ġilda Il-frażi ta' riskju li ġejja għandha tiġi assenjata skond il-kriterji mogħtija: R 38 - sustanzi u preparazzjonijiet li jikkawżaw infjammazzjoni sinifikanti tal-ġilda li tippersisti għal mill-inqas 24 siegħa wara terminu ta' esposizzjoni sa erba' sigħat iddeterminat fuq il-fenek skond il-metodu tat-test ta' irritazzjoni kutanea msemmi f' Anness V. L-infjammazzjoni tal-ġilda hija sinifikanti jekk: (a) il-valur medju tal-punti għal jew formazzjoni eritema jew eskar jew formazzjoni ta' edema kkalkolata fuq l-annimali kollha ttestjati, huwa tnejn jew aktar; (b) jew, fil-każ fejn it-test ta' Anness V ġie kkompletat bl-użu ta' tliet annimali, jew formazzjoni eritema u eskari jew formazzjoni ta' edema ekwivalenti għal valur medju ta' tnejn jew aktar ikkalkulat għal kull annimal separatament ġiet osservata f' żewġ annimali jew aktar. Fiż-żewġ każijiet, il-punti kollha f'kull ħin ta' qari (24, 48 u 72 siegħa) għal effett għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-valuri medji rispettivi. L-infjammazzjoni tal-ġilda hija wkoll sinifikanti jekk tippersisti għall-inqas f' żewġ annimali fi tmiem il-ħin ta' osservazzjoni. Effetti partikolari, per eżempju iperplażja, skalar, diskulurazzjoni, fissuri, ċikatriċi u alopeċja għandhom jiġu kkunsidrati. Data rilevanti tista' wkoll tkun disponibbli minn studji dwar annimali mhux akuti (ara l-kummenti dwar R 48, is-sezzjoni 2(d)). Dawn huma kkunsidrati sinifikanti jekk l-effetti li jidhru huma paragunabbli għal dawk deskritti fuq; - sustanzi u preparazzjonijiet li jikkawżaw infjammazzjon sinifikanti tal-ġilda, bażati fuq osservazzjonijiet prattiċi fil-bnedmin fuq kuntatt immedjat, prolongat jew ripetut; - perossidi organiċi, ħlief meta hija disponibbli evidenza kuntrarja. Paresthesia : Paresthesia kkawżata fil-bnedmin b'kuntatt tal-ġilda ma' pestiċidi piretrojdi ma titqiesx bħala effett irritanti li tiġġustifika klassifikazzjoni bħala Xi; R 38. Il-frażi S, S 24, għandha madankollu tiġi applikata għal sustanzi li jidhru li kkawżaw dan l-effett. 3.2.8. Proprjetajiet tossikoloġiċi oħra Għandhom jiġu assenjati frażijiet addizzjonali ta' riskju skond il-kriterji li ġejjin (ibbażati fuq esperjenza miksuba matul il-kompilazzjoni ta' Anness I) għal sustanzi u preparazzjonijiet klassifikati permezz ta' 2.2.1 sa 3.2.7 fuq u/jew il-Kapitoli 4 u 5: R 29 Jitfa' gass tossiku meta jmiss l-ilma Għal sustanzi u preparazzjonijiet li mal-kuntatt ma' l-ilma jew l-arja niedja, jevolvu gassijiet gassijiet tossiċi jew tossiċi ħafna f'ammonti potenzjalment perikolużi, per eżempju, aluminium phosphide, phosphorus pentasulphide. R 31 Jitfa' gass tossiku meta jmiss l-aċidi Għal sustanzi u preparazzjonijiet li jirreaġixxu ma' l-aċidi biex jevolvu gassijiet tossiċi f'ammonti perikolużi, per eżempju sodium hypochlorite, barium polysulphide. Għal sustanzi użati minn membri tal-pubbliku ġenerali, l-użu ta' S 50 (tħallatx ma… (għandu jiġi speċifikat mill-manifattur)) huwa aktar adattat. R 32 Jitfa' gass tossiku ħafna meta jmiss l-aċidi Għal sustanzi u preparazzjonijiet li jirreaġixxu ma' aċidi biex jevolvu gassijiet tossiċi ħafna f'ammonti perikolużi, eżempju minerali ta' hydrogen cyanide, sodium azide. Għal sustanzi wżati minn membri tal-pubbliku ġenerali, l-użu ta' S 50 (tħallatx ma… (ikun speċifikat mill-manifattur)) huwa aktar adattat. R 3 3 Perikolu ta' effetti kumulattivi Għal sustanzi u preparazzjonijiet meta akkumulazzkjoni fil-ġisem uman x'aktarx u tista' tikkawża xi tħassib li, madankollu, mhijiex suffiċjenti sabiex tiġġustifika l-użu ta' R 48. R 64 Jistaà jikkaġuna ħsara lil trabi li qed jitreddgħu Għal sustanzi u preparazzjonijiet assorbiti min-nisa u li jistgħu jinterferixxu mal-lattazzjoni jew li jistgħu jkunu preżenti (inklużi metaboliti) fil-ħalib tas-sider f'ammonti suffiċjenti li jikkawżaw tħassib għas-saħħa tat-tarbija li qed titredda. Għal kummenti dwar l-użu u din il-frażi R (u f' xi każijiet R 33) ara s-sezzjoni 4.2.3.3. R 66 - osservazzjoni prattika wara trattament u użu normali, jew - evidenza rilevanti li tikonċerna l-effetti previsti tagħhom fuq il-ġilda. Ara wkoll is-sezzjonijiet 1.6 u 1.7. R 67 (a) data minn studji ta' l-annimali li turi sinjali ċari ta' depressjoni ta' CNS bħal effetti narkotiċi, letarġija, nuqqas ta' koordinazzjoni (inkluż telf ta' rifless korriġenti) u ataxia jew: - f' ħinijiet ta' konċentrazzjoni/espożizzjoni li ma jeċċedux 20g/1/4 s jew, - li għalihom il-proporzjon tal-konċentrazzjoni ta' l-effett f' ≤ 4 s għall-konċentrazzjoni tal-fwar saturat (SVC) f' 20 °C huwa ≤ 1/10; (b) esperjenza prattika fil-bnedmin (eż. Narkożi, ngħas, konxjosità imnaqqsa, nuqqas ta' riflessi, nuqqas ta' koordinazzjoni, vertigo) minn rapporti dokumentati tajjeb taħt kondizzjonijiet paragunabbli ta' espożizzjoni għall-effetti speċifikati fuq għal annimali. Ara wkoll is-sezzjonijiet 1.6 u 1.7. Għal frażijiet supplimentari oħra ta' riskju ara s-sezzjoni 2.2.6. 4.1.2. Jekk manifattur, distributur jew importatur għandu informazzjoni disponibbli li tindika li sustanza għandha tiġi kklassifikata u ttikkettata skond il-kriterji mogħtija fis-sezzjoni 4.2.1, 4.2.2 jew 4.2.3, għandu provviżorjament jittikketta s-sustanza skond dawn il-kriterji, abbażi ta' l-istima ta' l-evidenza minn persuna kompetenti. 4.1.3. Il-manifattur, id-distributur jew l-importatur għandhom jissottomettu malli jkun possibbli dokument li jiġbor fil-qosor l-informazzjoni rilevanti kollha lil Stat Membru wieħed li fih is-sustanza titqiegħed fis-suq. Dan id-dokument fil-qosor għandu jinkludi bibljografija li tikkontjeni r-riferenzi rilevanti kollha, inkluża kwalunkwe data rilevanti mhux ippubblikata. 4.1.4. Barra minn hekk, manifattur, distributur jew importatur li għandu data ġdida li hija rilevanti għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar ta' sustanza skond il-kriterji given mogħtija fis-sezzjoni 4.2.1, 4.2.2 jew 4.2.3, għandu jissottometti din id-data malajr kemm jista' jkun lil Stat Membru wieħed li fih is-sustanza titqiegħed fis-suq. 5.2.2. Ambjent mhux akwatiku 5.2.2.1. Is-Sustanzi għandhom jiġu kklassifikati bhala perikolużi għall-ambjent u jiġu assenjati s-simbolu "N" u l-indikazzjoni approprjata ta' perikolu, u assenjati frażijiet tar-riskju skond il-kriterji li ġejjin: R 54 : Tossiku għall-flora R 55 : Tossiku għall-fawna R 56 : Tossiku għal organiżmi tal-ħamrija R 57 : Tossiku għan-naħal R 58 : Jista' jikkaġuna effetti ħżiena fit-tul lill-ambjent Sustanzi li abbażi ta' l-evidenza disponibbli li tikkonċerna l-proprjetajiet, il-persistenza, il-potenzjal li jakkumulaw u d-destin u l-attaeġġament ambjentali previst jew osservat tagħhom jistgħu jikkawżaw perikolu, immedjat jew għal żmien twil u/jew ittardjat, lill-istruttura u/jew lill-funzjonament ta' ekosistemi naturali barra minn dawk koperti taħt 5.2.1. Kriterji dettaljati jiġu elaborati aktar tard. 5.2.2.2. Sustanzi għandhom jiġu kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u jiġu assenjati s-simbolu "N" u l-indikazzjoni approprjata ta' perikolu, u frażijiet tar-riskju assenjati skond dawn il-kriterji: R 59 : Perikoluż għas-saff ta' l-ożonu Sustanzi li abbażi ta' l-evidenza disponibbli li tikkonċerna l-proprjetajiet u d-destin u l-atteġġament ambjentali previst jew osservat tagħhom jistgħu jippreżentaw perikolu għall-istruttura u/jew il-funzjonament tas-saff stratosferiku ta'l-ożon. Dan jinkludi sustanzi li huma elenkati f' Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3093/94 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu (ĠU L 333, tat-22.12.1994, p. 1) u l-emendi sussegwenti tiegħu. 6.2. Frażijiet ta' sigurtà għas-sustanzi u l-preparati. S 1 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna, tossiċi u korrożivi, - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal dawk is-sustanzi u l-preparati msemmija fuq jekk mibjugħa lill-pubbliku in ġenerali. S 2 - Applikabilità: - is-sustanzi u l-preparati perikolużi kollha, - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għas-sustanzi u l-preparati perikolużi kollha mibjugħa lill-pubbliku ġenerali, ħlief għal dawk ikklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent. S 3 - Applikabilità: - perossidi organiċi, - sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi oħra li għandhom punt ta' tagħlija ta' ≤ 40 °C; - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal perossidi organiċi sakemm ma jintużax S 47, - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi oħra b'punt ta' tagħlija ta' ≤ 40 °C. S 4 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi u tossiċi ħafna - Kriterji għall-użu: - normalment limitat għal sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi u tossiċi ħafna meta mixtieqa sabiex jiġi ssupplimentat S 13; per eżempju meta hemm riskju ta' permezz tax-xamm u s-sustanza jew il-preparat għandhom jinħażnu 'l bogħod mill-kwartierji ta' l-għixien. Il-parir mhuwiex maħsub li jipprekludi l-użu sew tas-sustanza jew preparat fil-kwartieri ta' l-għixien. S 5 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet solidi li li jaqbdu spontanjament, - Kriterji għall-użu:- - normalment limitati għal każijiet speċjali per eżempju sodju, potassju jew fosfru abjad. S 6 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi li għandhom jinżammu taħt atmosfera inerta, - Kriterji għall-użu: - normalment limitati għal każijiet speċjali per eżempju ċerti komposti organometalliċi. S 7 - Applikabilità: - perossidi organiċi, - sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jirrilaxxaw gassijiet tossiċi ħafna, tossiċi, perikolużi jew li jaqbdu malajr ħafna, - sustanzi u preparazzjonijiet li b'kuntatt mal-kontenut niedi jirrilaxxaw gassijiet li jaqbdu malajr ħafna, - solidi li jaqbdu malajr - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal perossidi organiċi - rakkomandat għall-oqsma oħra ta' applikazzjoni msemmija fuq. S 8 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jirreaġixxu vjolentement ma' l-ilma - sustanzi u preparazzjonijiet li b'kuntatt ma' l-ilma jilliberaw gassijiet li jaqbdu malajr ħafna, - sustanzi u preparazzjonijiet li b'kuntatt ma' l-ilma jilliberaw gassijiet tossiċi jew tossiċi ħafna, - Kriterji għall-użu: - normalment limitat għall-oqsma ta' applikazzjoni msemmija fuq meta neċessarju sabiex jiġu rinforzati twissijiet mogħtija minn R 14, R 15 b'mod partikolari, u R 29. S 9 - Applikabilità: - sustanzi u preparamenti volatili li jistgħu jirrilaxxaw fwar tossiċi, tossiċi ħafna jew ta' ħsara, - likwidi li jaqbdu malajr ħafna jew li jaqbdu malajr u gassijiet li jaqbdu malajr ħafna, - Kriterji għall-użu: - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet volatili li jistgħu jirrilaxxaw fwar tossiċi, tossiċi ħafna jew ta' ħsara - rakkomandat għal likwidi li jaqbdu malajr ħafna jew li jaqbdu malajr jew gassijiet li jaqbdu malajr ħafna. S 12 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li x' aktarx, billi jagħtu gassijiet jew fwar jifqgħu il-kontenitur, - Kriterji għall-użu: - normalmenti limitati għall-każijiet speċjali msemmija fuq. S 13 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi, tossiċi ħafna u perikolużi, - Kriterji għall-użu: - rakkomandat meta dawn is-sustanzi u preparazzjonijiet x'aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali. S 14 - Applikabilità: - perossidi organiċi, - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal u normalment limitat għal perossidi organiċi. Madankollu, jistgħu ikunu utli f'każijiet eċċezzjonali meta l-inkompatibilità x'aktarx tipproduċi riskju partikolari: S 15 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jiddekomponu jew li jistgħu jirreaġixxu spontanjament taħt l-effett tas-sħana - Kriterji għall-użu: - normalment limitat għal każijiet speċjali per eżempju monomeri, iżda mhux assenjat jekk diġà ġew applikati l-frażijiet tar-riskju R 2, R 3 u/jew R 5. S 16 - Applikabilità: - likwidi li jaqbdu malajr ħafna jew li jaqbdu malajr u gassijiet li jaqbdu malajr ħafna, - Kriterji għall-użu: - rakkomandat għas-sustanzi u l-preparati msemmija fuq iżda mhux assenjat jekk diġà ġew applikati l-frażijiet tar-riskju R 2, R 3 u/jew R 5. S 17 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jiffurmaw taħlitiet esplożivi jew li jaqbdu spontanjament ma' materjali kombustibbli - Kriterji għall-użu: - Għall-użu f'każijiet specjali, per eżempju biex jenfasizza R 8 u R 9. S 18 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li x' aktarx jipproduċu sovrapressjoni fil-kontenitur, - sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jiffurmaw perossidi esplożivi - Kriterji għall-użu: - normalment limitati għall-każijiet imsemmija fuq fejn hemm ir-riskju ta' ħsara għall-għajnejn u/jew meta s-sustanzi u l-preparati x'aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali. S 20 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi, tossiċi ħafna u korrożivi, - Kriterji għall-użu: - normalment limitat għal każijiet speċjali (per eżempju arseniku u komposti ta' l-arseniku; (fluoraċetati) b'mod partikolari meta kwalunkwe minn dawn x'aktarx jintuża mill-pubbliku ġenerali. S 21 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li mal-kombustjoni jipproduċu prodotti tossiċi - Kriterji għall-użu: - normalment limitat għal każijiet speċjali (eż. Komposti ħaloġenati). S 22 - Applikabilità: - is-sustanzi u l-preparati kollha perikolużi għas-saħħa - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal dawk is-sustanzi u l-preparati msemmija fuq li għalihom huwa assenjat R 42, - rakkomandat għal dawk is-sustanzi u l-preparati msemmija fuq li huma forniti fil-forma ta' trab li jittieħed bin-nifs u li għalihom il-perikoli għas-saħħa wara l-permezz tax-xamm mhumiex magħrufa. S 23 - Applikabilità: - is-sustanzi u l-preparati likwidi jew gassużi perikolużi għas-saħħa - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal dawk is-sustanzi u l-preparati msemmija fuq li għalihom ġie assenjat R 42 - obbligatorju għas-sustanzi u l-preparati maħsuba għal spraying. Għandhom barra minn hekk jiġu assenjati S 38 jew S 51, - rakkomandat meta huwa neċessarju li tinġibed l-attenzjoni ta' l-utent għal riskji ta' permezz tax-xamm mhux imsemmija fil-frażijiet tar-riskju li għandhom jiġu askritti. S 24 - Applikabilità: - is-sustanzi u l-preparati kollha perikolużi għas-saħħa, - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal dawk is-sustanzi u preparazzjonijiet li għalihom ġie assenjat R 43, sakemm ma ġiex assenjat ukoll S 36, - rakkomandat meta huwa neċessarju li tinġibed l-attenzjoni ta' l-utent għal riskji ta' kuntatt mal-ġilda mhux imsemmija fil-frażijiet tar-riskju (eż. paresthesia) li għandhom jiġu askritti. Madankollu jista' jintuża sabiex jiġu emfasizzati dawn il-frażijiet tar-riskju. S 25 - Applikabilità: - is-sustanzi u l-preparati kollha perikolużi għas-saħħa, - Kriterji għall-użu: - rakkomandat meta huwa neċessarju li tinġibed l-attenzjoni ta' l-utent għal riskji ta' kuntatt ma' l-għajnejn mhux imsemmija fil-frażijiet tar-riskju li għandhom jiġu applikati. Madankollu jistgħu jintużaw sabiex jiġu emfasizzati dawn il-frażijiet tar-riskju, - rakkomandat għal sustanzi askritti R 34, R 35, R 36 jew R 41 li x' aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali. S 26 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet korrożivi jew irritanti - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal sustanzi u preparazzjonijiet korrożivi u dawk li diġà ġie askritt għalihom R 41 - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet irritanti li għalihom il-frażi ta' riskju R 36 diġà ġiet askritta. S 27 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi, tossiċi ħafna jew korrożivi - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna li għalihom ġie askritt R 27 u li x'aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali. - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna li għalihom ġie askritt R 27 użati fl-industrija. Madankollu din il-frażi ta' sigurtà m' għandiex tintuża jekk ġie askritt S 36. - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi li għalihom ġie askritt R 24 kif ukoll sustanzi u preparazzjonijiet korrożivi li x' aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali. S 28 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi, tossiċi hafna jew korrożivi - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna - rakkomandat għas-sustanzi u l-preparati l-oħra msemmija fuq, partikolarment meta l-ilma mhuwiex il-likwidu l-iktar approprjat tat-tlaħliħ, - rakkomandat għal sustanzi u prepara korrożivi li x'aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali. S 29 - Applikabilità: - Likwidi li jaqbdu malajr ħafna jew li jaqbdu malajr li jaqbdu n-nar estremament jew ħafna li ma jitħalltux ma' l-ilma, - sustanzi u preparamenti tossiċi u tossiċi ħafna - sustanzi perikolużi għall-ambjent, - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal sustanzi perikolużi għall-ambjent u assenjati s-simbolu "N", li x'aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali, sakemm dan mhuwiex l-użu maħsub. - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet oħra msemmija fuq li x'aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali, sakemm dan mhuwiex l-użu maħsub. S 30 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li jirreaġixxu vjolentement ma' l-ilma - Kriterji għall-użu: - normalment limitati għal każijiet speċjali (eż aċidu tal-kubrit) u jistgħu jintużaw, kif approprjat, sabiex tingħata l-informazzjoni l-aktar ċara possibbli, jew biex tiġi enfasizzata R 14 jew bħala alternattiva għal R 14. S 33 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li jaqbdu malajr ħafna jew li jaqbdu malajr - Kriterji għall-użu: - Rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet użati fl-industrija li ma jassorbux kontenut niedi. Kważi qatt użat għal sustanzi u preparazzjonijiet kif imqiegħda fis-suq għal użu mill-pubbliku ġenerali. S 35 - Applikabilità: - is-sustanzi u l-preparati perikolużi kollha - Kriterji għall-użu: - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet meta hija meħtieġa gwida speċjali sabiex jiġi assigurat disponiment tajjeb. S 36t - Applikabilità: - perossidi organiċi, - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna, tossiċi jew ta' ħsara - sustanzi u preparazzjonijiet korrożivi, - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna u korrożivi, - obbligatorju għal dawk is-sustanzi u preparazzjonijiet li għalihom ġie askritt R 21 jew R 24, - obbligatorju għal karċinoġeni tal-kategorija 3, mutaġeni u sustanzi tossiċi għar-reproduzzjoni sakemm l-effetti mhumiex prodotti biss b' permezz tax-xamm tas-sustanza jew tal-preparat, - obbligatorju għal perossidi organiċi, - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi jekk il-valur fuq il-ġilda LDSO mhuwiex magħruf iżda s-sustanza jew il-preparat x'aktarx ikunu tossiċi b'kuntatt mal-ġilda, - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet użati fl-industrija li x'aktarx jagħmlu ħsara b' esposizzjoni prolongat. S 37 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna, tossiċi, perikolużi jew korrożivi, - perossidi organiċi, - sustanzi u preparazzjonijiet li jirritaw il-ġilda jew jikkawżaw sensitizzazzjoni bil-kuntatt mal-ġilda - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna u korrożivi - obbligatorju għal dawk is- sustanzi u preparazzjonijiet li għalihom ġie askritt R 21, R 24 jew R 43, - obbligatorju għal karċinoġeni tal-kateogrija 3, mutaġeni u sustanzi tossiċi għar-reproduzzjoni sakemm l-effetti mhumiex prodotti biss b' permezz tax-xamm tas-sustanzi u l-preparati, - obbligatorju għal perossidi organiċi, - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi meta l-valur fuq il-ġilda LD 50 mhuwiex magħruf iżda s-sustanza jew il-preparat x' aktarx ikunu ta' ħsara b'kuntatt mal-ġilda, - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet li jirritaw il-ġilda. S 38 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi jew tossiċi ħafna, - Kriterji għall-użu: - Normalment limitati għal każijiet speċjali li jinvolvu l-użu ta' sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi jew tossiċi ħafna fl-industrija jew fl-agrikoltura. S 39 - Applikabilità: - perossidi organiċi, - sustanzi u preparazzjonijiet korrożivi, inklużi irritanti li jagħtu riskju ta' dannu serju għall-għajnejn. - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi u tossiċi ħafna - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal dawk is-sustanzi u preparazzjonijiet li għalihom ġie askritt R 34, R 35 jew R 41, - obbligatorju għal perossidi organiċi, - rakkomandat meta huwa neċessarju li tinġibed l-attenzjoni ta' l-utent dwar riskji ta' kuntatt ma' l-għajnejn mhux imsemmija fil-frażijiet tar-riskju li għandhom jiġu askritti, - normalment limitat għal każijiet eċċezzjonali għal sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi u tossiċi ħafna, fejn hemm riskju ta' ċaflis u x'aktarx jiġu assorbiti faċilment mill-ġilda S 40 - Applikabilità: - is-sustanzi u l-preparati perikolużi kollha, - Kriterji għall-użu: - normalment limitat għal dawk is-sustanzi u l-preparati perikolużi li għalihom l-ilma ma jitqiesx aġent adattat ta' tindif (eż meta l-assorbiment minn materjal trab, dissoluzzjoni b'solvent, eċċ, huwa neċessarju) u meta huwa importanti għal raġunijiet tas-saħħa u/jew sigurtà li tiġi pprovduta twissija fuq it-tikketta. S 41 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi li mal-kombustjoni jagħtu gassijiet tossiċi u tossiċi ħafna, - Kriterji għall-użu: - normalment limitati għal każijiet speċjali S 42 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet maħsuba għal dan l-użu iżda li jistgħu jipperikolaw is-saħħa u s-sigurtà ta' l-utent sakemm ma jittieħdux prekawzjonijiet xierqa. - Kriterji għall-użu: - normalment limitati għal każijiet speċjali S 43 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li jaqbdu malajr ħafna, li jaqbdu malajr u li jaqbdu - Kriterji għall-użu: - Obbligatorju għal sustanzi u preparazzjonijiet li, b' kuntatt ma' l-ilma jew l-arja niedja, jevolvu gassijiet li jaqbdu malajr ħafna - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet li jaqbdu malajr ħafna, li jaqbdu malajr u li jaqbdu partikolarment meta ma jitħalltux ma' l-ilma. S 45 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi u korrosivi, - sustanzi u preparamenti li jikkawżaw sensitizzazzjoni b'permezz tax-xamm - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għas-sustanzi u l-preparati msemmija fuq. S 46 - Applikabilità - is-sustanzi u l-preparati perikolużi kollha ħlief dawk li huma tossiċi ħafna, tossiċi, korrożivi jew preikolużi għall-ambjent, - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għas-sustanzi u l-preparati perikolużi kollha msemmija fuq li x' aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali, sakemm ma hemm l-ebda raġuni għal biża milli jinbela', partikolarment mit-tfal. S 47 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li jsiru instabbli meta f'ċerta temperatura, - Kriterji għall-użu: - normalment limitat għal każijiet speċjali (eż. ċerti perossidi organiċi). S 48 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu isiru sensittivi ħafna għal xrar, frizzjoni jew impatt jekk jitħallew jinxfu, - Kriterji għall-użu: - normalment limitati għal każijiet speċjali, per eżempju nitroċellulożi S 49 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet sensittivi għal dekompożizzjoni katalitika - Kriterji għall-użu: - sustanzi u preparazzjonijiet sensittivi għal dekompożizzjoni katalitika, per eżempju, ċerti perossidi organiċi. S 50 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jirreaġixxu mal-prodott speċifikat biex jevolvi gassijiet tossiċi jew tossiċi ħafna, - perossidi organiċi, - Kriterji għall-użu - Rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet msemmija fuq li x'aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali, meta huwa alternattiva aħjar għal R 31 jew R 32, - Obbligatorju ma' ċerti perossidi li jistgħu jagħtu reazzjoni vjolenti ma' aċċeleraturi jew promoturi. S 51 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li x' aktarx jew maħsuba biex jipproduċu fwar, trabijiet, irxix, dħaħen, ċpar, eċċ li jikkawżaw riskju għal riskji ta' permezz tax-xamm jew għal riskju ta' nar jew splużjoni, - Kriterji għall-użu: - Rakkomandat meta l-użu ta' S 38 ma kienx ikun approprjat. Għalhekk importanti meta dawn is-sustanzi u preparazzjonijiet x' aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali. S 52 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet volatili, tossiċi ħafna, tossiċi u perikolużi li jkunu jikkontjenuhom, - Kriterji għall-użu: - Rakkomandat meta x'aktarx jiġi kkawżat dannu għas-saħħa minn espożizzjoni prolongata għal dawn is-sustanzi minħabba l-volatizzazzjoni tagħhom minn superfiċi kbar trattati fid-dar jew postijiet oħrajn magħluqa fejn jinġabru l-persuni. S 53 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni. - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għas-sustanzi u l-preparati msemmija fuq li għalihom għall-inqas waħda minn dawn il-frażijiet-R ġiet assejnata: R 45, R 46, R 49, R 60 or R 61. S 56 - Applikabilità: - is-sustanzi u l-preparati perikolużi kollha, - Kriterji għall-użu: - rakkomandat għas-sustanzi u l-preparati perikolużi kollha li x'aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali li għalihom huwa meħtieġ disponiment speċjali. S 57 - Applikabilità: - sustanzi li ġew assenjati s-simbolu "N", - - Kriterji għall-użu: - normalment limitat għal sustanzi li x'aktarx ma jintużawx mill-pubbliku ġenerali S 59 - Applikabilità: - is-sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi kollha - Kriterji għall-użu: - obbligatorju għal sustanzi perikolużi għas-saff ta' l-ożon, - rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet oħra li għalihom huwa rakkomandat l-irkupru/r-riċiklaġġ. S 60 - Applikabilità: - is-sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi kollha, - Kriterji għall-użu: - Rakkomandat għal sustanzi u preparazzjonijiet x' aktarx ma jintużawx mill-pubbliku ġenerali u meta mhuwiex assenjat S 35. S 61 - Applikabilità: - sustanzi perikolużi għall-ambjent - Kriterji għall-użu: - normalment użat għal sustanzi li ġew assenjati s-simbolu "N", - rakkomandat għas-sustanzi kollha kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent mhux koperti fuq. S 62 - Applikabilità: - sustanzi u preparamenti kklassifikati bħala perikolużi b'R 65 skond il-kriterji fis-sezzjoni 3.2.3, - mhux applikabbli għal sustanzi u preparazzjonijiet mqiegħda fis-suq f' kontenituri aerosoli (jew f' kontenituri armati b' anness issiġġillat sprayed), ara s-sezzjonijiet 8 u 9, - Kriterji għall-użu: - Obbligatorju għal sustanzi u preparazzjonijiet msemmija fuq, jekk mibjugħa lil, jew x' aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali, ħlief meta huma obbligatorji S 45 jew S 46, - Rakkomandat għas-sustanzi u l-preparati msemmija fuq meta użati fl-industrija, ħlief meta huma obbligatorji S 45 jew S 46, S 63 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi u tossiċi ħafna (gassijiet, fwar, partikolati, likwidi volatili), - sustanzi u preparazzjonijiet li jikkawżaw sensitizzazzjoni respiratorja - Kriterji għall-użu: - Obbligatorju għal sustanzi u preparazzjoni li għalihom ġie assenjat R 26, R 23 jew R 42, li x' aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali b' mod li jista' jirrizulta f' permezz tax-xamm S 64 - Applikabilità: - sustanzi u preparazzjonijiet korrożivi jew irritanti - Kriterji għall-użu: - Rakkomandat għas-sustanzi u l-preparati hawn fuq li x'aktarx jintużaw mill-pubbliku ġenerali u meta t-trattament ta' hawn fuq huwa adattat. 7.5.2. L-Għażla ta' frażijiet tas-sigurtà L-għażla finali tal-frażijiet tas-sigurtà għandha tqis il-frażijiet tar-riskju indikati fuq it-tikketta u l-użu maħsub tas-sustanza jew tal-preparat: - bħala regola ġenerali, massimu ta' erba' frażijiet-S huwa suffiċjenti biex jiġi formolat il-parir tas-sigurtà l-aktar approprjat; għal dan l-iskop il-frażijiet kombinati elenkati f' Anness IV għandhom jitqiesu bħala frażijiet singoli, - fil-każ ta' frażijiet-S li jikkonċernaw id-disponiment, għandha tintuża frażi-S waħda, sakemm ma jkunx ċar li d-disponiment tal-materjal u l-kontenitur tiegħu ma jippreżentawx perikolu għas-saħħa umana jew għall-ambjent. Partikolarment, parir dwar id-disponiment sikur huwa importanti għal sustanzi u preparazzjonijiet mibjugħa lill-pubbliku ġenerali; - xi frażijiet-R isiru żejda jekk issir għażla tajba ta' frażijiet-S u viċi versa; frażijiet-S li ovvjament jikkorrispondu għal frażijiet-R jidhru fuq it-tabella biss jekk maħsub li jemfasizzaw twissija speċifika, - għandha tingħata attenzjoni partikolari, fl-ġħażla ta' frażijiet tas-sigurtà, għall-kundizzjonijiet previsti ta' l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet, per eżempju spraying jew effetti aerosoli oħrajn. Il-frażijiet għandhom jingħażlu in vista ta' l-użu intiż, - il-frażijiet tas-sigurtà S 1, S 2 u S 45 huma obbligatorji għas-sustanzi u l-preparati kollha tossiċi ħafna, tossiċi u korrożivi li jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali, - il-frażijiet tas-sigurtà S 2 u S 46 huma obbligatorji għas-sustanzi u l-preparati perikolużi l-oħra kollha (ħlief dawk ikklassifikati biss bħala perikolużi għall-ambjent) li jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali. Meta l-frażijiet magħżula skond il-kriterji stretti f' 6.2 jirriżultaw f' eċċessività jew ambigwità jew huma b' mod ċar mhux neċessarji minħabba l-prodott/pakkett speċifiku, jistgħu allura jitħassru xi frażijiet. 8. KAŻIJIET SPEĊJALI: SUSTANZI 8.1. Ċilindri mobbli tal-gass Għal ċilindri mobbli tal-gass ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-ittikkettjar huma kkunsidrati bħala sodisfatti meta huma skond Artikolu 23 jew Artikolu 24(6)b. Madankollu, b' deroga minn Artikolu 24(1) u 82), waħda mill-alternattivi li ġejjin tista' tintuża għal ċilindri tal-gass b'kapaċità ta' l-ilma ta' inqas minn jew ugwali għal 150 litru: - il-forma u d-dimensjonijiet tat-tikketta jistgħu isegwu l-preskrizzjonijiet ta' l-istandard ta' l-ISO ISO/DP 7225, - l-informazzjoni speċifikata f' Artikolu 23(2) tista' tiġi pprovduta fuq diska jew tikketta durabbli ta' informazzjoni miżmuma fuq iċ-ċilindru. 8.2. Kontenituri tal-gass maħsuba għal propan, butan jew gass likwifikat tal-petroleum (ĠPL) Dawn is-sustanzi huma kklassifikati f' Anness 1. Għalkemm ikklassifikati skond Artikolu 2, ma jippreżentawx perikolu għas-saħħa umana meta jitqiegħdu fis-suq f'ċilindri magħluqa li jistgħu jimtlew mill-ġdid jew f'kartoċċi li ma jerġgħux jimtlew fil-qasam ta' applikazzjoni ta' EN 417 bħala gassijiet karburanti rilaxxati biss għall-kombustjoni. Dawn iċ-ċilindri jew kartoċċi għandhom jiġu ttikkettati bis-simbolu approprjat u l-frażijiet R u S dwar il-qbid. L-ebda informazzjoni li tikkonċerna l-effetti fuq is-saħħa umana ma hija meħtieġa fuq it-tikketta. Madankollu, l-informazzjoni li tikkonċerna l-effetti fuq is-saħħa umana li suppost dehret fuq it-tikketta għandha tiġi trażmessa lill-utent professjonali mill-persuna responsabbli ghat-tqegħid tas-sustanza fis-suq fil-forma prevista f' Artikolu 27 tad-Direttiva. Għall-konsumatur, informazzjoni suffiċjenti għandha tiġi trasmessa sabiex tippermettilu jieħu l-miżuri kollha neċessarji għas-saħħa u s-sigurtà kif previst f' Artikolu 1(3) tad-Direttiva 91/155/KEE, kif modifikata bid-Direttiva 93/112/KEE. 8.3. Metalli f'forma massiva Dawn is-sustanzi huma klassifikati f' Anness I jew għandhom jiġu kklassifikati skond Artikolu 6. Madankollu ftit minn dawn is-sustanzi, għalkemm ikklassifikati skond Artikolu 2 ma jippreżentawx perikolu għas-saħħa umana permezz tax-xamm, inġestoni jew kuntatt mal-ġilda, jew għall-ambjent akwatiku fil-forma li fiha jitqiegħdu fis-suq. Dawn is-sustanzi ma jeħtieġux tiketta skond Artikolu 23. Madankollu l-informazzjoni kollha li suppost dehret fuq it-tikketta għandha tiġi trażmessa lill-utent mill-persuna responsabbli ghat-tqegħid tal-metall fis-suq, fil-forma prevista f' Artikolu 27. 8.4. Sustanzi klassifikati b'R 65 Sustanzi kklassifikati bħala li jagħmlu l-ħsara abbażi ta' riskju ta' aspirazzjoni m'għandhomx għalfejn jiġu ttikkettati bħala ta' ħsara b' R 65 meta jitqiegħdu fis-suq f'kontenituri aerosoli jew f'kontenituri armati bil-mezz għall-isprejjar issiġġillat.' --------------------------------------------------