European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/398

30.1.2024

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/398

tad-29 ta’ Jannar 2024

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-alossifop f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Għas-sustanza attiva alossifop, il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ġiet sottomessa applikazzjoni għat-tolleranza għall-importazzjoni għall-alossifop li jintuża fl-Awstralja fuq iż-żerriegħa tal-kittien u fuq iż-żerriegħa tal-kolza. L-applikant isostni li l-użi awtorizzati ta’ dik is-sustanza fuq din l-għalla fl-Awstralja jwasslu għal residwi ogħla mill-MRLs stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, għaż-żerriegħa tal-kittien, u li huwa meħtieġ MRL ogħla biex jiġu evitati l-ostakli kummerċjali għall-importazzjoni taż-żerriegħa tal-kittien u taż-żerriegħa tal-kolza.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat u f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament, ir-rapport ta’ evalwazzjoni ntbagħat lill-Kummissjoni.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjoni u r-rapport ta’ evalwazzjoni, u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat opinjoni motivata dwar l-MRL (2) propost. Hija bagħtet dik l-opinjoni lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlitha disponibbli għall-pubbliku.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet li ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-data u li l-modifika għall-MRL mitluba mill-applikant kienet aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp Ewropew speċifiku tal-konsumatur. Hija qieset id-data dwar il-konsum u l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tas-sustanza valida f’dak iż-żmien. L-Awtorità kkonkludiet li la l-esponiment tul il-ħajja għas-sustanza mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom dik is-sustanza, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba l-konsum għoli ta’ dawk il-prodotti ma wrew li hemm xi riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza.

(6)

Preċedentement, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/171 (3) ġie implimentat MRL għall-fażola tas-sojja bbażat fuq applikazzjoni għal tolleranza għall-importazzjoni peress li l-Awtorità kkonkludiet li l-MRL propost kien sikur għall-konsumaturi (4).

(7)

Fl-2020, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1643 (5), l-approvazzjoni tas-sustanza attiva alossifop ma ġietx imġedda minħabba d-deċiżjoni tal-applikant għat-tiġdid, li ma jibqax jappoġġa dik l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni.

(8)

L-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-alossifop ġew revokati. Għalhekk, jixraq li l-MRLs eżistenti stabbiliti għal dik is-sustanza attiva fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitħassru, f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu.

(9)

F’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità biex tipprovdi opinjoni motivata, fejn tivvaluta r-riskji li l-MRLs attwali bbażati fuq it-tolleranzi għall-importazzjoni u l-limiti massimi ta’ residwi tal-Codex (CXLs) għall-alossifop jistgħu joħolqu għall-konsumaturi, meta titqies l-aktar data reċenti dwar il-konsum disponibbli u l-preżenza jew in-nuqqas ta’ sottomissjoni tal-informazzjoni ta’ konferma meħtieġa biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data identifikati matul ir-rieżami tal-MRL f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (6).

(10)

L-Awtorità kkonkludiet li kemm l-MRLs eżistenti għall-alossifop fil-fażola tas-sojja, kif ukoll it-tolleranzi għall-importazzjoni proposti għal dik is-sustanza attiva fiż-żerriegħa tal-kittien u fiż-żerriegħa tal-kolza u s-CXLs eżistenti għall-basal u għaż-żerriegħa tal-ġirasol mhumiex mistennija joħolqu riskju għall-konsumaturi. Madankollu, meta wieħed iqis l-aktar data reċenti dwar il-konsum u r-rekwiżiti tad-data, għall-fażola tas-sojja u ż-żerriegħa tal-ġirasol xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u għalhekk kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju (7).

(11)

Billi l-MRL għall-alossifop fil-fażola tas-sojja u s-CXL għaż-żerriegħa tal-ġirasol huma meqjusa sikuri għall-konsumaturi u l-informazzjoni nieqsa ġiet identifikata matul il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Awtorità fl-2022, jixraq li l-applikant jingħata żmien biex jissottometti d-data mitluba. Għalhekk, dawk l-MRLs se jiġu rieżaminati filwaqt li titqies l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, jixraq li fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu stabbiliti l-MRLs għall-basal, għall-fażola tas-sojja, għaż-żerriegħa tal-kittien, għaż-żerriegħa tal-kolza u għaż-żerriegħa tal-ġirasol, fil-livelli identifikati mill-Awtorità.

(12)

Barra minn hekk, l-Awtorità identifikat li l-LOD speċifiku għall-prodott ta’ 0,01* mg/kg fir-rigward tal-ħalib huwa l-kontributur ewlieni għall-esponiment kroniku, u għalhekk jenħtieġ li l-LOD għal dan il-prodott jiġi stabbilit għal 0,002 mg/kg. Għall-prodotti l-oħra kollha, jixraq li l-MRLs rispettivi stabbiliti għall-alossifop fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitbaxxew għal-LOD speċifiku għall-prodott f’konformità mal-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, flimkien mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.

(13)

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-alossifop rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku għall-prodotti kollha.

(14)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(16)

Biex ikun hemm lok għall-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel ma bdew japplikaw l-MRLs il-ġodda u li għalihom inżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(17)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, biex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel id-19 ta’ Awwissu 2024.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-19 ta’ Awwissu 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  European Food Safety Authority reasoned opinion on the setting of import tolerances for haloxyfop-P in linseed and rapeseed. EFSA Journal 2018;16(11):5470.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/171 tat-30 ta’ Jannar 2017 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwi għall-amminopiralid, għall-ażossistrobina, għaċ-ċjantraniliprol, għaċ-ċiflufenammid, għaċ-ċiprokonażol, għad-dietofenkarb, għad-ditijokarbamati, għall-fluważifop-P, għall-fluwopiram, għall-alossifop, għall-isofetammid, għall-metalaksil, għall-proeżadjon, għall-propakwiżafop, għall-pirimetanil, għat-Trichoderma atroviride tar-razza SC1 u għaż-żoksamid f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 30, 3.2.2017, p. 45).

(4)  European Food Safety Authority reasoned opinion on the setting of import tolerance for haloxyfop-P in soya beans. EFSA Journal 2016;14(7):4551.

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1643 tal-5 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi calcium phosphide, denathonium benzoate, haloxyfop-P, imidacloprid, pencycuron u zeta-cypermethrin (ĠU L 370, 6.11.2020, p. 18).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2075 tat-18 ta’ Novembru 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-abamektin, għad-desmedifam, għaddiklorprop-P, għall-aloksifop-P, għall-oriżalin u għall-fenmedifam f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 15).

(7)  European Food Safety Authority reasoned opinion on the targeted review of maximum residues levels (MRLs) for haloxyfop-P. EFSA Journal 2022;20(11):7658.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 il-kolonna għall-alossifop hija sostitwita b’dan li ġej:

"ANNESS II

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

In-numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

Alossifop (is-somma tal-alossifop, l-esteri, l-imluħa u l-konjugati tiegħu espressa bħala alossifop (is-somma tal-isomeri R- u S- fi kwalunkwe proporzjon)) (R) (F)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

0,01  (*1)

0110000

Frott taċ-ċitru

 

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż/ġellewż Ewropew

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

 

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

 

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

 

0153020

Ċawsli iswed [Dewberries]

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn

 

0154000

(d)

frott żgħir ieħor u berries

 

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

 

0154040

Ribes (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

Warda skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn

 

0160000

Frott - diversi bi

 

0161000

(a)

qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Jambolan

 

0161990

Oħrajn

 

0162000

(b)

qoxra li ma tittikilx, żgħar

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frotta tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk/frotta tal-kaktus

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Kaki Amerikan/Kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn

 

0163000

(c)

qoxra li ma tittikilx, kbar

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durjan

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

0163990

Oħrajn

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

0,01  (*1)

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għerq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin tuberuż

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Sassefrika

 

0213100

Swedes

 

0213110

Kromb

 

0213990

Oħrajn

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

 

0220010

Tewm

0,01  (*1)

0220020

Basal

0,2

0220030

Xalotti

0,01  (*1)

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

0,01  (*1)

0220990

Oħrajn

0,01  (*1)

0230000

Ħxejjex tal-frott

0,01  (*1)

0231000

(a)

solanacea

 

0231010

Tadam

 

0231020

Bżar ħelu (kapsikum)

 

0231030

Brunġiel

 

0231040

Okra

 

0231990

Oħrajn

 

0232000

(b)

kukurbiti tal-qoxra kommestibbli

 

0232010

Ħjar

 

0232020

Gherkins (ħjar żgħir)

 

0232030

Qargħabagħli

 

0232990

Oħrajn

 

0233000

(c)

kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qargħa aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn

 

0234000

(d)

qamħirrum

 

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01  (*1)

0241000

(a)

Brassika li twarrad

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn

 

0242000

(b)

brassika bir-ras

 

0242010

Brussels sprouts

 

0242020

Kaboċċa bir-ras

 

0242990

Oħrajn

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kale

 

0243990

Oħrajn

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,01  (*1)

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Escaroles/Indivja tal-weraq wiesa'

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom speċijiet ta' brassika)

 

0251990

Oħrajn

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,01  (*1)

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tal-pitravi

 

0252990

Oħrajn

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u u ta' speċijiet simili

0,01  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,01  (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01  (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,02  (*1)

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Sagħtar

 

0256080

Ħabaq u l-fjuri tiegħu li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stragun

 

0256990

Oħrajn

 

0260000

Legumi

0,01  (*1)

0260010

Fażola (bil-miżwed)

 

0260020

Fażola (bla miżwed)

 

0260030

Piżelli (bil-miżwed)

 

0260040

Piżelli (bla miżwed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01  (*1)

0270010

Asparagu

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01  (*1)

0300000

ŻRIERAGĦ IMNIXXFIN TAL-LEGUMI

0,01  (*1)

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini

 

0300990

Oħrajn

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ żejtnija

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,05

0401020

Karawett

0,01  (*1)

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,01  (*1)

0401040

Ġulġlien

0,01  (*1)

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,3 (+)

0401060

Żerriegħa tal-kolza

0,05

0401070

Fażola tas-sojja

0,5 (+)

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,01  (*1)

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,01  (*1)

0401100

Żerriegħa tal-qargħa ħamra

0,01  (*1)

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

0,01  (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,01  (*1)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,01  (*1)

0401140

Qannebusa

0,01  (*1)

0401150

Żerriegħa tar-riġnuwa

0,01  (*1)

0401990

Oħrajn

0,01  (*1)

0402000

Frott taż-żejt

0,01  (*1)

0402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Il-qlub taż-żerriegħa tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn

 

0500000

ĊEREALI

0,01  (*1)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloż oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,05  (*1)

0610000

Tejiet

 

0620000

Żrieragħ tal-kafè

 

0630000

Infusjonijiet erbali minn

 

0631000

(a)

fjuri

 

0631010

Kamomilla

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn

 

0632000

(b)

weraq u ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn

 

0633000

(c)

għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn

 

0639000

(d)

kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Grupp Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

0,05  (*1)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  (*1)

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Ħlewwa sewda/kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05  (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Ħlewwa Ġermaniża

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Bżar (iswed, aħdar u abjad)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja

 

0820990

Oħrajn

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05  (*1)

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,05  (*1)

0840020

Ġinġer

 

0840030

Żagħfran tal-Indja

0,05  (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda

 

0840990

Oħrajn

0,05  (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05  (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05  (*1)

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05  (*1)

0870010

Il-qoxra barranija tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01  (*1)

0900010

Pitravi taz-zokkor

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TAL-ART

 

1010000

Tessuti minn

0,01  (*1)

1011000

(a)

ħnieżer

 

1011010

Muskoli

 

1011020

Tessut xaħmi

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn

 

1012000

(b)

bovini

 

1012010

Muskoli

 

1012020

Tessut xaħmi

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1012990

Oħrajn

 

1013000

(c)

ngħaġ

 

1013010

Muskoli

 

1013020

Tessut xaħmi

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn

 

1014000

(d)

mogħoż

 

1014010

Muskoli

 

1014020

Tessut xaħmi

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn

 

1015000

(e)

ekwini

 

1015010

Muskoli

 

1015020

Tessut xaħmi

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1015990

Oħrajn

 

1016000

(f)

pollam

 

1016010

Muskoli

 

1016020

Tessut xaħmi

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn

 

1017000

(g)

annimali terrestri oħrajn imrobbijin

 

1017010

Muskoli

 

1017020

Tessut xaħmi

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn

 

1020000

Ħalib

0,002  (*1)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn

 

1030000

Bajd tat-tjur

0,01  (*1)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura

0,05  (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,01  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01  (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01  (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

Alossifop (is-somma tal-alossifop, l-esteri, l-imluħa u l-konjugati tiegħu espressa bħala alossifop (is-somma tal-isomeri R- u S- fi kwalunkwe proporzjon)) (R) (F)

(R)

Id-definizzjoni tar-residwi tvarja għall-kombinazzjonijiet li ġejjin ta’ pestiċida u numru tal-kodiċi: Alossifop — kodiċi 1000000 minbarra 1040000: Is-somma tal-alossifop, l-imluħa u l-konjugati tiegħu espressa bħala alossifop (is-somma tal-isomeri R- u S- fi kwalunkwe proporzjon)

(F)

Jinħall fix-xaħam

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-idroliżi. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din tintbagħat sad-19 ta' Frar 2026, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0401050 Żerriegħa tal-ġirasol

0401070 Fażola tas-sojja

"

(*1)  Jindika l-limitu l-aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/398/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)