European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4628

18.7.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Lulju 2024

li testendi l-mandat tal-presidenti ta' żewġ Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(C/2024/4628)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 166(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Novembru 2023, il-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) iddeċieda li jipproponi lill-Kunsill l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Gordon HUMPHREYS bħala president ta' Bord tal-Appell tal-EUIPO. Jenħtieġ li din l-estensjoni tkun għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin li jibda mill-1 ta' Settembru 2024 jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid.

(2)

Fl-4 ta' Ġunju 2024, il-Bord tat-Tmexxija tal-EUIPO ddeċieda li jipproponi lill-Kunsill l-estensjoni tal-mandat tas-Sa Virginia MELGAR bħala president ta' Bord tal-Appell tal-EUIPO. Jenħtieġ li din l-estensjoni tkun għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin li jibda mill-1 ta' April 2025 jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Gordon HUMPHREYS bħala president ta' Bord tal-Appell tal-EUIPO huwa b'dan estiż għal perjodu ta' ħames snin li jibda mill-1 ta' Settembru 2024 jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid.

Artikolu 2

Il-mandat tas-Sa Virginia MELGAR bħala president ta' Bord tal-Appell tal-EUIPO huwa b'dan estiż għal perjodu ta' ħames snin li jibda fl-1 ta' April 2025 jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

NAGY I.


(1)   ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4628/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)