|
2.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/129/PESK
tal-1 ta’ Marzu 2010
li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Liberja (1). |
|
(2) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2009 l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 1903 (2009) li ġġedded il-miżuri restrittivi fuq l-ivvjaġġar għal perijodu ulterjuri ta’ tnax-il xahar u temenda l-miżuri restrittivi dwar l-armi. |
|
(3) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(4) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati xi wħud minn dawn il-miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jkun sostitwit b’li ġej: “Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-forniment dirett jew indirett, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u kwalunkwe materjal relatat u l-forniment ta’ kwalunkwe assistenza, konsulenza jew taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, inklużi l-finanzjament u l-assistenza finanzjarja, minn ċittadini ta’ Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew li jużaw il-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru bil-bandiera tal-Istati Membri, lill-entitajiet kollha non-governattivi u lill-individwi li joperaw fit-territorju tal-Liberja.” |
|
(2) |
L-Artikolu 2 għandu jkun sostitwit b’li ġej: “Artikolu 2 1. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:
2. Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat jew il-forniment ta’ servizzi, msemmijin fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom iqisu l-kunsinni taħt il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 fuq bażi ta’ każ b’każ, b’kont sħiħ meħud tal-kriterji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (2). L-Istati Membri għandhom jeħtieġu salvagwardji adatti kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan il-paragrafu u, fejn adatt, jagħmlu dispożizzjonijiet għar-ripatrijazzjoni tal-armi u l-materjal relatat ikkunsinjati. 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel dwar kwalunkwe trasport marittimu ta’ armi u materjal relatat lill-Gvern tal-Liberja jew kwalunkwe forniment ta’ assistenza, konsulenza jew taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari lill-Gvern tal-Liberja minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
D. LÓPEZ GARRIDO