|
12.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/27 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9284 — BillerudKorsnäs Venture/ALPLA Holding/ecoXpac)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 136/08)
1.
Fil-5 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BillerudKorsnäs Venture AB (“BillerudKorsnäs Venture”, l-Isvezja) ikkontrollata minn BillerudKorsnäs AB (publ); |
|
— |
ALPLA Holding GmbH (“Alpla Holding”, l-Awstrija), li tappartjeni għall-grupp Alpla; |
|
— |
ecoXpac A/S (“ecoXpac”, id-Danimarka), ikkontrollata minn BillerudKorsnäs Venture. |
BillerudKorsnäs Venture AB u ALPLA Holding jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ecoXpac.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
BillerudKorsnäs hija manifattur ta’ materjali primarji tal-imballaġġ ibbażati fuq il-fibre. |
|
— |
ALPLA tappartjeni lil familja u hija żviluppatur u produttur ta’ soluzzjonijiet tal-imballaġġ tal-plastik. |
|
— |
ecoXpac hija kumpanija ta’ riċerka u żvilupp li tiżviluppa teknoloġija għal soluzzjonijiet forom tal-polpa għall-finijiet ta’ imballaġġ. Bħalissa qiegħda tirriċerka soluzzjoni għal fliexken ibbażati fuq il-karta, li jkunu kapaċi jieħdu fihom il-likwidu, bħal-likwidi karbonati kif ukoll poweders, kunċett li huwa magħruf bħala l-“Flixkun Aħdar tal-Fibre”. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9284 — BillerudKorsnäs Venture/ALPLA Holding/ecoXpac
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).