|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7203 |
28.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11766 – NVIDIA / RUN:AI)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/7203)
1.
Fil-15 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
NVIDIA Corporation (“NVIDIA”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Run: ai Labs Ltd (“Run: ai”, l-Iżrael). |
NVIDIA se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Run:ai.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
Il-konċentrazzjoni kienet referuta lill-Kummissjoni mill-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
NVIDIA tiddisinja u tforni pjattaformi aċċellerati tal-computing inklużil- Unitajiet tal-Ipproċessar tal-Grafika għall-gaming, iċ-ċentri tad-data, il-viżwalizzazzjoni professjonali, u l-applikazzjonijiet awtomobilistiċi. NVIDIA tipprovdi wkoll prodotti u soluzzjonijiet ta’ interkonnessjoni tan-network, |
|
— |
Run:ai tiżviluppa software li jgħin lill-klijenti jiskedaw it-tagħbijiet tax-xogħol fuq clusters ta’ GPUs taċ-ċentri tad-data. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11766 – NVIDIA / RUN:AI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7203/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)