13.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10340 — Goldman Sachs/Adapteo)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 279/05)

1.   

Fit-2 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Il-Goldman Sachs Group, Inc (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti),

—

Adapteo Plc (“Adapteo”, il-Finlandja).

Golden Sachs jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Adapteo kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-17 ta’ Mejju 2021.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal Goldman Sachs: servizzi bankarji globali għall-investiment, titoli u ġestjoni tal-investimenti. Jipprovdi firxa ta’ servizzi bankarji, ta’ titoli u ta’ investiment madwar id-dinja;

—

għal Adapteo: fornitur ta’ spazju modulari fl-Ewropa ta’ Fuq, li jibni, jikri u jbigħ unitajiet ta’ bini prefabbrikat temporanju u permanenti għal skejjel, ċentri ta’ matul il-jum, djar tal-anzjani, uffiċċji, akkomodazzjoni u avvenimenti temporanji, kif ukoll għal klijenti fi ħdan is-setturi tal-gvern u tal-kura tas-saħħa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10340 — Goldman Sachs/Adapteo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.