13.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 80/2007

tas-6 ta' Lulju 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2007 tas-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1729/2006 tat-23 ta' Novembru 2006 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta' limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta' l-ikel ta' orġini mill-annimali, fir-rigward tal-firocoxib u t-triclabendazole (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1805/2006 tas-7 ta' Diċembru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta' limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali, fir-rigward tat-thiamphenicol, il-fenvalerate u l-meloxicam (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1831/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta' limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali, fir-rigward tad-Doramectin (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 14 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II li hemm mal-Ftehim:

“—

32006 R 1729: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1729/2006 tat-23 ta' Novembru 2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 6),

—

32006 R 1805: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1805/2006 tas-7 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 66),

—

32006 R 1831: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1729/2006, 1805/2006 u 1831/2006 fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, illi għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 209, 9.8.2007, p. 20.

(2)   ĠU L 325, 24.11.2006, p. 6.

(3)   ĠU L 343, 8.12.2006, p. 66.

(4)   ĠU L 354, 14.12.2006, p. 5.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.