7.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/499

tas-3 ta' April 2020.

li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (KE) Nru 124/2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fl-għalf mhux fil-mira

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Kroata u Litwana tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 (2) fihom żball fl-Anness, fl-intestatura tat-tielet kolonna tat-tabella, fir-rigward tal-kontenut massimu ta’ sustanzi fl-oġġetti tal-ikel.

(2)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Kroat u bil-Litwan tar-Regolament (KE) Nru 124/2009 għandhom għalhekk jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-3 ta' April 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fl-għalf mhux fil-mira (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 7).