22002D0071



Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0005 - 0006


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 71/2002

tal-25 ta' Ġunju 2002

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u fitosanitarji) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 149/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/25/KE tas-27 ta' Diċembru 2000 li tipprojbixxi l-użu ta' ċerti bi-prodotti ta' l-annimali fl-għalf ta' l-annimali [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni 2001/399/KE tas-7 ta' Mejju 2001 li tagħraf il-karattru kollu kemm hu tad-database Franċiża għall-annimali bovini [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tgħodd għall-Islanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-Taqsima 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I li jinsab mal-Ftehim għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 109 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/734/KE):

"110. 32001 D 0025: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/25/KE tas-27 ta' Diċembru 2000 li tipprojbixxi l-użu ta' ċerti bi-prodotti ta' l-annimali fl-għalf ta' l-annimali (ĠU L 6, tal-11.1.2001, p. 16)."

2. Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/571/KE) taħt l-intestatura

"ATTI LI TAGĦHOM L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ EFTA TA' SORVELJANZA GĦANDHOM JAGĦTU KONT DEBITU"

:

"13. 32001 D 0399: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/399/KE tas-7 ta' Mejju 2001 li tagħraf il-karattru kollu kemm hu tad-database Franċiża għall-annimali bovini (ĠU L 140, ta' l-24.5.2001, p. 69)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2001/25/KE u 2001/399/KE fil-lingwa tan-Norveġj, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 65, tas-7.3.2002, p. 20.

[2] ĠU L 6, tal-11.1.2001, p. 16.

[3] ĠU L 140, ta' l-24.5.2001, p. 69.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------