<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-772/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0772</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:141">EU:C:2021:141</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210225">25.2.2021</DATE> – Kawża C‑772/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bartosch Airport Supply Services</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Intestaturi tariffarji 8701 u 8705</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Irmonkatur tal-ajruplani</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑772/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20191009">9 ta’ Ottubru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20191022">22 ta’ Ottubru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bartosch Airport Supply Services GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Zollamt Wien,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn N. Piçarra (Relatur), President tal-Awla, S. Rodin u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Bartosch Airport Supply Services GmbH, minn U. Schrömbges u J. Gesinn, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Pethke u M. Salyková, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-intestatura 8705 tan-Nomenklatura Magħquda, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni tagħha kif tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas‑<DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="294" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 294, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="329" PAGE.FIRST="119" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 329, p. 119</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="150" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 150, p. 19</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Bartosch Airport Supply Services (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Bartosch<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u z-Zollamt Wien (l-Uffiċċju Doganali ta’ Vjenna, l-Awstrija) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>awtorità doganali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>irmonkatur ta’ ajruplani, elettriku u mingħajr vireg għall-irmonk<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, maħsub sabiex jiġbed u jimbotta inġenji tal-ajru (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>irmonkatur tal-ajruplani<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is-SA</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni tal-merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) twaqqfet mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Merkanzija, konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>, fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (OMD), u approvata, flimkien mal-Protokoll ta’ Emenda tagħha tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>In-nomenklatura tas-SA tinkludi t-Taqsima XVII, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Vetturi, Biċċiet ta’ l-Ajru, Bastimenti u Tagħmir tat-Trasport Assoċjat<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li fiha l-Kapitolu 87, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Vetturi ħlief Magni u Vaguni (Rolling-Stock) ta’ Ferroviji jew Linji tat-Tramm; u Bċejjeċ u Aċċessorji tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. F’dan il-kapitolu jidhru, b’mod partikolari, l-intestaturi 8701 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Trakters (ħlief trakters ta’ titlu 8709)<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u 8705 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Vetturi bil-mutur b’għanijiet speċjali, ħlief dawk prinċipalment maħsubin għat-trasport ta’ persuni u oġġetti (per eżempju, trakkijiet għall-ħsarat, trakkijiet krejn, vetturi għat-tifi tan-nar, trakkijiet tal-miksers tal-konkos, trakkijiet għall-knis tat-toroq, trakkijiet biex ibexxu, ħwienet tax-xogħol mobbli, unitajiet radjoloġiċi mobbli)<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega tas-SA dwar dan il-Kapitolu 87 hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kunsiderazzjonijiet ġenerali</P><P>Bl-eċċezzjoni ta’ ċertu makkinarju mobbli li jaqa’ taħt it-Taqsima XVI (ara f’dan ir-rigward in-noti ta’ spjega tan-numri 8701, 8705 u 8716), dan il-kapitolu jinkludi l-vetturi kollha ta’ fuq l-art. Għaldaqstant, huwa jinkludi:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>It-trakters (Nru 8701).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-vetturi bil-mutur għat-trasport tan-nies (Nri 8702 u 8703), tal-merkanzija (Nru 8704) jew għal għanijiet speċjali (Nru 8705).</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>It-trakkijiet mingħajr apparat għat-tagħbija, tat-tip użat fil-fabbriki, f’imħażen, fil-portijiet jew fl-ajruporti għat-trasport ta’ merkanzija fuq distanza qasira u t-tratturi industrijali tat-tip użat fl-istazzjonijiet (Nru 8709).</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8701 u s-subintestaturi tagħha jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Bi tratturi, fis-sens ta’ dan it-titolu, wieħed jifhem il-vetturi b’mutur bir-roti jew b’katina maħsuba essenzjalment biex jiġbdu jew jimbuttaw magni oħra, vetturi jew tagħbija. Huma jistgħu madankollu jinkludu pjattaforma aċċessorja jew dispożittiv simili, li jippermetti t-trasport, flimkien mal-użu prinċipali tagħhom, ta’ għodda, ta’ żrieragħ, ta’ fertilizzanti, eċċ., jew ukoll tagħmir aċċessorju sabiex jirċievu għodda tax-xogħol.</P><P>[…]</P><P>Bl-eċċezzjoni ta’ tratturi industrijali tat-tip użat fl-istazzjonijiet ta’ Nru 8709, dan it-titolu jinkludi t-tratturi ta’ kull tip u għal kull użu (tratturi għall-agrikoltura, tratturi forestali, tratturi bir-roti, tratturi għax-xogħolijiet pubbliċi, tratturi bil-winċ, eċċ.), tkun liema tkun is-sors ta’ enerġija li tħaddimhom (magna bil-pistons mixgħula bi spark jew bil-kompressjoni, bl-elettriku, eċċ.) […]</P><P>Il-vetturi hawn imsemmija ġeneralment huma mgħammra b’karrozzerija jew jistgħu jkollhom kabina tas-sewqan jew sitijiet għas-sewwieqa. Min-naħa l-oħra, huma jistgħu jkunu mgħammra b’kaxxa tal-għodda, apparat li jippermetti li l-għodod tax-xogħol jittellgħu jew jitniżżlu, b’mezz ta’ rmonk għal trejlers jew semi-trejlers (b’mod partikolari fuq it-trakters u inġenji simili) jew b’konnessjoni motorizzata li tippermetti li s-saħħa tal-magna tiġi trażmessa lil diversi magni (tagħmir użat sabiex jifred il-qamħ, srieraq ċirkolari, eċċ).</P><P>[…]</P><P>Din l-intestatura tkopri wkoll it-tratturi mgħammra b’winċijiet jew b’kapstin (imsejħa tratturi tal-winċ) li jippermettu, pereżempju, l-irmonk ta’ vettura li tkun weħlet, jew il-qtugħ jew it-trasport tas-siġar jew ukoll l-irmonk mill-bogħod ta’ makkinarju agrikolu.</P><P>Barra minn hekk, huma esklużi minn din l-intestatura t-trakkijiet għal waqfien minħabba ħsara mgħammra bi krejnijiet, tagħmir għall-irfigħ, winċijiet, eċċ. (Nru 8705).</P><P>[…] 8701.91/95</P><P>Dawn is-subintestaturi jinkludu l-vetturi intiżi sabiex jiġbdu semi-trejlers fuq distanzi qosra. Dawn it-tipi ta’ vetturi huma magħrufa taħt ismijiet differenti (pereżempju, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>trakters tat-terminals<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tractors tal-port<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>, eċċ.) u huma intiżi sabiex iqiegħdu jew iċaqilqu semi-trejlers f’żona ddefinita. Huma ma humiex adattati għat-trasport fuq distanzi twal li għalihom huma maħsuba t-trakters tat-triq tal-intestatura 8701.20. Huma distinti mit-tratturi tat-triq sa fejn huma ġeneralment mgħammra b’magni diesel, peress li l-veloċità massima tagħhom ġeneralment ma taqbiżx it-50 km fis-siegħa u li normalment ikollhom kabina żgħira magħluqa b’sit wieħed għas-sewwieq biss<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8705 u s-subintestaturi tagħha jindikaw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Din l-intestatura tinkludi sett ta’ karozzi, mibnija apposta jew ikkonvertiti, mgħammra b’apparat jew bi strumenti oħra adegwati għat-twettiq ta’ ċerti funzjonijiet, b’distinzjoni mit-trasport innifsu. Għaldaqstant dawn huma vetturi mhux primarjament maħsuba għat-trasport ta’ persuni jew ta’ merkanzija.</P><P>Dawn li ġejjin jaqgħu f’din l-intestatura:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-vetturi għall-irmunkar li jikkonsistu minn xażi ta’ trakk jew ta’ vann, bi jew mingħajr pjanċa, mgħammar b’tagħmir ta’ rfigħ, bħal krejnijiet mhux rotanti, arbli, paranki, taljoli, maħsuba sabiex jgħollu u jirmonkaw il-karozzi bil-ħsara.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea hija rregolata min-NM. Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2658/87, din tal-aħħar tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt ċifri tas-SA, u huma biss is-seba’ u t-tmien ċifra li joħolqu subdiviżjonijiet li huma speċifiċi għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Ewwel Parti tan-NM tinkludi t-Taqsima I, li tirrigwarda r-regoli ġenerali, li l-punt A tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-[NM]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin.</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titli tat-taqsimiet, kapitli u subkapitli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini tat-titli u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitlu relattiv u, sakemm dawn t-titli jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Meta permezz ta’ l-applikazzjoni tar-regola 2(b) jew kwalunkwe raġuni oħra, l-oġġetti jkunu klassifikati <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> f’titlu wieħed jew iżjed, il-klassifikazzjoni għandha ssir kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-titlu li jagħti l-iżjed deskrizzjoni speċifika għandha tkun preferuta għal titli li jagħtu deskrizzjoni iżjed ġenerali. Madanakollu, meta jkun hemm żewġ titli jew iżjed li kull wieħed minnhom jirreferi għal parti waħda mill-materjali jew mis-sustanzi li qegħdin f’oġġetti mħalltin jew komposti jew għal parti biss mill-oġġetti f’sett imtella’ għal bejgħ bl-imnut, dawk t-titli għandhom jitqiesu ugwalment speċifiċi fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti, ukoll jekk wieħed minnhom jagħti deskrizzjoni iżjed kompluta jew preċiża ta’ l-oġġetti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>meta oġġetti ma jistgħux ikunu klassifikati b’referenza għal 3(a) jew (b), huma għandhom ikunu klassifikati fit-titlu li jiġi l-aħħar f’ordni numerika fost dawk li ugwalment għandha tingħatalhom konsiderazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subtitli ta’ titlu għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subtitli u kwalunkwe noti ta’ subtitli relatati u, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kondizzjoni li subtitli fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitlu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>It-Tieni Parti tan-NM, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Skeda ta’ Dazji tad-Dwana<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, tinkludi, fost l-oħrajn, it-Taqsima XVII, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Vetturi, Biċċiet ta’ l-ajru, Bastimenti u Tagħmir tat-Trasport Assoċjat<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, u li l-Kapitolu 87 jirreferi għal vetturi ħlief magni u vaguni (rolling-stock) ta’ ferroviji jew linji tat-tramm; u partijiet u aċċessorji tagħhom. In-nota 2 ta’ dan il-Kapitolu 87, dwar l-intestatura 8701, tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Għall-għanijiet ta’ dan il-kapitlu, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>trakters<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> tfisser vetturi essenzjalment mibnijin għal irmonkar jew imbuttar ta’ vettura, mezz jew tagħbija oħra, fihom jew ma fihomx proviżjon sussidjarju għat-trasport, li jkollu x’jaqsam ma’ l-użu prinċipali tat-trakter, ta’ għodod, żrieragħ, fertilizzanti jew oġġetti oħrajn.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-intestaturi 8701 u 8705, li jinsabu f’dan il-Kapitolu 87, huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="2"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>8701</CELL><CELL COL="2">Trakters (ħlief trakters ta’ titlu 8709)</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87011000</FT></CELL><CELL COL="2">– Tratturi b’fus wieħed</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">870120</FT></CELL><CELL COL="2">Trakters għat-triq għal semi-trejlers</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87012010</FT></CELL><CELL COL="2">– – Ġodda</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87012090</FT></CELL><CELL COL="2">– – Użati</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87013000</FT></CELL><CELL COL="2">– Trakters għat-tqegħid tal-linji</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– Oħrajn, b’qawwa ta’ magna</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">870191</FT></CELL><CELL COL="2">– – Ta’ mhux aktar minn 18 kW</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87019110</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Trakters agrikoli u trakters għal xogħol fil-foresti, fuq ir-roti</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87019190</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">870192</FT></CELL><CELL COL="2">– – Ta’ aktar minn 18 kW iżda mhux aktar minn 37 kW</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87019210</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Trakters agrikoli u trakters għal xogħol fil-foresti, fuq ir-roti</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87019290</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Oħrajn</CELL></ROW></CORPUS></TBL><?PAGE NO="6"?><P>[…]</P><TBL NO.SEQ="0002" CLASS="GEN" COLS="2"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">8705</CELL><CELL COL="2">Vetturi bil-mutur b’għanijiet speċjali, ħlief dawk prinċipalment maħsubin għat-trasport ta’ persuni u oġġetti (per eżempju, trakkijiet għall-ħsarat, trakkijiet krejn, vetturi għat-tifi tan-nar, trakkijiet tal-miksers tal-konkos, trakkijiet għall-knis tat-toroq, trakkijiet biex ibexxu, ħwienet tax-xogħol mobbli, unitajiet radjoloġiċi mobbli):</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87051000</FT></CELL><CELL COL="2">– Trakkijiet krejn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87052000</FT></CELL><CELL COL="2">– Deriks mobbli għat-tħaffir</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87053000</FT></CELL><CELL COL="2">– Vetturi għat-tifi tan-nar</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87054000</FT></CELL><CELL COL="2">– Trakkijiet tal-miksers tal-konkos</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">870590</FT></CELL><CELL COL="2">– Oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87059030</FT></CELL><CELL COL="2">– – Vetturi li jippumpjaw il-konkos</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">87059080</FT></CELL><CELL COL="2">– – oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170223">23 ta’ Frar 2017</DATE>, Bartosch talbet, mingħand l-awtorità doganali, il-ħruġ ta’ informazzjoni tariffarja vinkolanti dwar irmonkatur tal-ajruplani. Dan tal-aħħar huwa deskritt fit-talba għal deċiżjoni preliminari bħala inġenju li kapaċi jirmonka inġenji tal-ajru li jiżnu mhux iktar minn <FT TYPE="NUMBER">54432</FT> kg u li jikkonsisti minn pjattaforma metallika b’erba’ roti, minn magna elettrika b’kapaċità ta’ 33.8 kW, minn apparat għas-sewqan, għall-ibbrekjar u għall-immanuvrar, u b’żewġ sitijiet għas-sewwieqa mqiegħda wieħed quddiem l-ieħor u mgħammra, fuq kull naħa, b’livers biex dan jiġi operat. Huwa mgħammar ukoll b’winċ tal-irmonk mgħammar b’ċinturin għall-ġbid u tagħmir elettro-idrawliku għall-irfigħ. Permezz tal-winċ, ir-rota ta’ quddiem tal-inġenju tal-ajru tinġibed fuq it-tagħmir elettro-idrawliku għall-irfigħ u mbagħad tintrefa’ permezz ta’ dan it-tagħmir. Ladarba f’din il-pożizzjoni, l-ajruplan ikun jista’ jiġi rmonkat jew mbuttat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bartosch sostniet li tali vettura kellha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">87059080</FT> tan-NM, li tikkorrispondi għall-vetturi bil-mutur b’għanijiet speċjali, minbarra dawk intiżi għat-trasport ta’ persuni jew ta’ merkanzija, li għalihom tapplika rata ta’ dazju doganali ta’ 3.7 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170508">8 ta’ Mejju 2017</DATE>, l-awtorità doganali ħarġet informazzjoni tariffarja vinkolanti li tikklassifika l-imsemmija vettura fis-subintestatura <FT TYPE="CN">87019290</FT> tan-NM, bħala tratturi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Rata ta’ 7 % hija applikabbli għall-merkanzija li taqa’ taħt din is-subintestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara ċ-ċaħda tal-oppożizzjoni tagħha kontra din id-deċiżjoni, Bartosch ippreżentat rikors quddiem il-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi, l-Awstrija). Dik il-qorti ċaħdet dan ir-rikors, billi qieset li biss il-vetturi li l-karatteristika essenzjali tagħhom hija li terfa’ u tirmonka vetturi bi ħsara jaqgħu taħt il-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>bi ħsara<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-intestatura 8705 tan-NM. Skont dik il-qorti, irmonkatur tal-ajruplani jaqa’ taħt l-intestatura 8701 tan-NM, għaliex din tkopri b’mod wiesa’ u inekwivoka t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tratturi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Allianz ippreżentat appell fuq punt ta’ liġi kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din tal-aħħar tindika, qabelxejn, li, skont in-noti ta’ spjega tas-SA, l-intestatura 8701 tan-NM tinkludi t-tratturi ta’ kull tip u għal kull użu, tkun xi tkun is-sors tal-enerġija li tħaddimhom. Din l-intestatura ma tinkludix it-trakkijiet għal waqfien minħabba ħsara mgħammra bi krejnijiet, tagħmir għall-irfigħ, u winċijiet, li jaqgħu taħt l-intestatura 8705 tan-NM. L-intestatura 8705 tan-NM tinkludi sett ta’ karozzi, mibnija apposta jew ikkonvertiti, mgħammra b’apparat jew bi strumenti oħra li jirrenduhom xierqa għat-twettiq ta’ ċerti funzjonijiet, distinti mit-trasport ta’ persuni jew ta’ merkanzija. Dawn huma, b’mod partikolari, vetturi intiżi għall-irmonk maħsuba sabiex jerfgħu u jirmonkaw il-vetturi bil-ħsara. Minn dan, il-qorti tar-rinviju tiddeduċi li l-intestatura 8705 tan-NM tkopri kategorija iktar speċifika ta’ vetturi mill-intestatura 8701 ta’ din in-nomenklatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-qorti mbagħad iżżid li rmonkatur tal-ajruplani, sa fejn huwa intiż li jiġbed jew jimbotta ajruplani fl-ajruporti, ma huwiex prinċipalment intiż għat-trasport ta’ persuni jew ta’ merkanzija. Madankollu, huwa ma jikkorrispondi għal ebda waħda mill-użi elenkati, bħala eżempji, fl-intestatura 8705.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hija tenfasizza li fil-verżjonijiet bil-lingwa Ingliża u b’dik Franċiża tan-NM, il-vetturi msemmija fl-intestatura 8705 u rispettivament imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>break down lorries<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>dépanneuses<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> huma intiżi biss sabiex jirmonkaw vetturi bil-ħsara, u dan ma jimmilitax favur il-klassifikazzjoni tal-irmonkaturi tal-ajruplani taħt din l-intestatura tariffarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>L-intestatura 8705 tan-[NM] għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħt din l-intestatura vetturi bil-mutur mingħajr vireg għall-irmunkar li għandhom winċ tal-irmunkar mgħammar b’ċinturin għall-ġbid li jservi għall-ġbid ta’ inġenji tal-ajru u li għandhom tagħmir għall-irfigħ elettro‑idrawliku li jservi għall-imbuttar ta’ inġenji tal-ajru?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-intestatura 8705 ta’ din in-nomenklatura tkopri vetturi intiżi sabiex jirmonkaw u jimbuttaw inġenji tal-ajru, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>rmonkaturi tal-ajruplani<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u fil-proprjetajiet oġġettivi tal-oġġetti, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura u tas-subintestatura tan-NM u min-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli, qabel ma jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet l-oħra tar-regoli ġenerali (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kip Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/07 u C‑363/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:710">EU:C:2008:710</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>TNT Freight Management (Amsterdam)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑291/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:459">EU:C:2012:459</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Amoena</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑677/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1142">EU:C:2019:1142</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Pfizer Consumer Healthcare</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑182/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:243">EU:C:2020:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, minkejja l-assenza tas-saħħa vinkolanti tagħhom, in-noti ta’ spjega mfassla, f’dak li jikkonċerna n-NM, mill-Kummissjoni Ewropea u, għal dak li jikkonċerna s-SA, mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, jikkontribwixxu b’mod importanti għall-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi doganali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Data I/O</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑297/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:331">EU:C:2014:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Korado</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:414">EU:C:2019:414</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, meta l-klassifikazzjoni ma tistax issir fuq il-bażi biss tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tal-prodott ikkonċernat, id-destinazzjoni tiegħu tista’ tikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni, bil-kundizzjoni li tkun inerenti għall-imsemmi prodott. L-inerenza għandha tkun tista’ tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u l-prodotti oġġettivi ta’ dan (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>TDK-Lambda Germany</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑559/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:667">EU:C:2019:667</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Pfizer Consumer Healthcare</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑182/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:243">EU:C:2020:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dubju tal-qorti tar-rinviju rigward il-klassifikazzjoni tariffarja tal-irmonkatur tal-ajruplani, għandu jiġi osservat li dan id-dubju huwa marbut mill-qrib mal-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Abschleppwagen<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fil-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tal-intestatura 8705 tan-NM. Fil-fatt, dan it-terminu jindika t-tratturi intiżi għall-irmonk ta’ vetturi oħra, indipendentement minn jekk dawn l-aħħar ikunu bil-ħsara jew le, filwaqt li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>dépanneuses<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>break down lorries<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fil-verżjonijiet bil-lingwa Franċiża u b’dik Ingliża ta’ din in-nomenklatura, jindikaw biss vetturi li jservu għall-irmonk ta’ vetturi bil-ħsara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-formulazzjoni użata f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas ma tista’ tingħata preċedenza fuq il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. B’dan il-mod, in-neċessità ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni uniformi ta’ kull dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni teskludi li din titqies b’mod iżolat f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi tagħha, iżda tirrikjedi li hija tiġi interpretata fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19771027">27 ta’ Ottubru 1977</DATE>, <NAME.CASE>Bouchereau</NAME.CASE>, <NO.CASE>30/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:172">EU:C:1977:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Sharda Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑293/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:430">EU:C:2017:430</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, kemm mill-għan kif ukoll mill-istruttura tal-intestatura 8705 tan-NM, interpretata fid-dawl tan-noti ta’ spjega tas-SA, jirriżulta li din l-intestatura tkopri biss il-vetturi li jservu għall-irmonk ta’ vetturi bil-ħsara, filwaqt li dawk li jservu għall-irmonk ta’ vetturi li ma humiex bil-ħsara jaqgħu taħt l-intestatura 8701 ta’ din in-nomenklatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Qabel kollox, in-nota 2 tal-Kapitolu 87 tan-NM dwar l-intestatura 8701 ta’ din tal-aħħar, bħan-nota ta’ spjega dwar l-intestatura 8701 tas-SA, tindika li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>tratturi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tindika l-vetturi bil-mutur essenzjalment maħsuba sabiex jiġbdu jew jimbuttaw inġenji, vetturi jew tagħbijiet oħra, anki jekk ikunu jinkludu ċertu tagħmir aċċessorju li jippermetti t-trasport, b’konnessjoni mal-użu prinċipali tagħhom, ta’ għodda, ta’ żrieragħ, ta’ fertilizzanti eċċ. In-nota ta’ spejga tas-SA tgħid ukoll li l-intestatura 8701 tinkludi t-tratturi ta’ kull tip u għal kull tip ta’ użu, b’mod partikolari tratturi tal-winċ li huma mgħammra b’winċijiet jew b’kapstin li jippermettu, pereżempju, l-irmonk ta’ vettura li tkun weħlet, jew l-irmonk mill-bogħod ta’ makkinarju agrikolu. Skont din l-istess nota ta’ spjega, huma, min-naħa l-oħra, esklużi mill-intestatura 8701 it-trakkijiet għal waqfien minħabba ħsara – li jservu għall-irmonk tal-vetturi bil-ħsara – mgħammra bi krejnijiet, b’tagħmir għall-irfigħ u b’winċijiet li jaqgħu taħt l-intestatura 8705.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-noti ta’ spjega tas-SA dwar, b’mod iktar partikolari, is-subintestaturi 8701.91 sa 95 jippreċiżaw li dawn tal-aħħar jinkludu l-vetturi maħsuba sabiex jiġbdu semi-trejlers fuq distanzi qosra, bħal trakters fil-portijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sussegwentement, skont ir-regola ġenerali 3(a) għall-interpretazzjoni tan-NM, meta l-merkanzija tidher li għandha tiġi kklassifikata taħt żewġ intestaturi jew iktar, il-klassifikazzjoni ssir billi tingħata prijorità lill-intestatura l-iktar speċifika fuq l-intestaturi ta’ portata ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, mill-punti 26 sa 28 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-intestatura 8701 tan-NM, li tirrigwarda t-tratturi, hija iktar speċifika mill-intestatura 8705 ta’ din in-nomenklatura, li tirreferi, b’mod iktar wiesa’, għall-vetturi b’għanijiet speċjali minbarra dawk intiżi prinċipalment għat-trasport ta’ persuni jew ta’ merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tal-intestatura 8701 tan-NM hija, fl-aħħar nett, ikkorroborata mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060427">27 ta’ April 2006</DATE>, <NAME.CASE>Kawasaki Motors Europe</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑15/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:259">EU:C:2006:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ vettura għal kull art. Fil-fatt, mill-punt 46 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-kapaċità ta’ rmonkar ta’ vettura tikkostitwixxi l-proprjetà oġġettiva li tippermetti li jiġi stabbilit jekk hijiex essenzjalment maħsuba għall-irmonk jew għall-imbuttar ta’ magni, vetturi jew tagħbija oħra jew, min-naħa l-oħra, għat-trasport ta’ persuni. Minn dan, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet, fil-punt 55 tal-imsemmija sentenza, li l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi ta’ dawn il-vetturi jikkorrispondu għall-indikazzjonijiet mogħtija fin-nota 2 tal-Kapitolu 87 tan-NM sa fejn huma kienu ġew essenzjalment maħsuba għall-irmonk jew għall-imbuttar ta’ vetturi oħra. L-applikazzjoni tar-regola ġenerali 1 għall-interpretazzjoni tan-NM twassal, konsegwentement, sabiex l-imsemmija vetturi jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 8701 ta’ din in-nomenklatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, għandu jitqies li vettura li għandha l-karatteristiċi tal-irmonkatur tal-ajruplani inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt l-intestatura 8701 tan-NM, peress li din il-vettura ma sservix għall-irmonk ta’ vetturi bil-ħsara u peress li ma għandhiex funzjoni partikolari oħra ħlief dik li tiġbed u timbotta ajruplani fuq distanzi qosra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li l-intestatura 8705 ta’ din in-nomenklatura ma tkoprix il-vetturi maħsuba sabiex jirmonkaw u jimbuttaw inġenji tal-ajru, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>rmonkaturi tal-ajruplani<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, peress li dawn tal-aħħar jaqgħu taħt l-intestatura 8701 tal-imsemmija nomenklatura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas‑<DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-intestatura 8705 ta’ din in-nomenklatura ma tkoprix il-vetturi maħsuba sabiex jirmonkaw u jimbuttaw inġenji tal-ajru, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>rmonkaturi tal-ajruplani<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, peress li dawn tal-aħħar jaqgħu taħt l-intestatura 8701 tal-imsemmija nomenklatura.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>