|
23.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/29 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8452 — SUEZ/GE Water & Process Technologies)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 200/12)
|
1. |
Fl-14 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha SUEZ S.A. (“Suez”, Franza) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tan-negozju Water and Process Technologies ta’ GE Power (“GE Water”, l-Istati Uniti tal-Amerika), permezz ta' xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Suez: Il-forniment ta’ servizzi tal-ġestjoni tal-ilma, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tal-ilma tad-dranaġġ u tal-iżvilupp urban. — għal GE Water: Il-forniment ta’ soluzzjonijiet għal trattamenti kimiċi u għal tagħmir tal-ilma għall-industrija u l-muniċipalitajiet. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8452 — SUEZ/GE Water & Process Technologies, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).