Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2011, Longevity Health Products vs UASI - Biofarma VITACHRON (male) (T‑95/11), li bih il-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “VITACHRON male”, għal prodotti u servizzi fost oħrajn fil-klassi 5, kontra d-Deċiżjoni R 1357/2010‑4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-10 ta’ Jannar 2011, li tiddikjara li l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ din it-trade mark bħala parti mill-oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali “VITATHION” għal prodotti u servizzi fil-klassi 5, jitqies li ma sarx, sa fejn it-taxxa tal-appell ma tkunx tħallset fit-terminu.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Longevity Health Products Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.