<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑424/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0424</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:144">EU:C:2013:144</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20130307">7.3.2013</DATE> — KAWŻA C-424/11</P><P>WHEELS COMMON INVESTMENT FUND TRUSTEES <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20130307">7 ta’ Marzu 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 77/388/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni tal-immaniġġjar tal-fondi speċjali ta’ investiment</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD><KEYWORD>Skemi ta’ pensjonijiet tal-irtirar mix-xogħol</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-424/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110708">8 ta’ Lulju 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20110811">11 ta’ Awwissu 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Wheels Common Investment Fund Trustees Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">National Association of Pension Funds Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ford Pension Fund Trustees Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ford Salaried Pension Fund Trustees Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ford Pension Scheme for Senior Staff Trustee Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, A. Borg Barthet, E. Levits, J.-J. Kasel u M. Safjan (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120912">12 ta’ Settembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Wheels Common Investment Fund Trustees Ltd <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn P. Lasok, QC imqabbad minn A. Brown, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn C. Murrell, bħala aġent, assistita minn R. Hill, barrister,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal u C. Soulay, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u tal-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Wheels Common Investment Fund Trustees Ltd <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u l-Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Commissioners<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar rifjut minn dawn tal-aħħar li jeżentaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ fond ipprovduti lil Wheels Common Investment Fund Trustees Ltd <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-Sitt Direttiva ġiet abrogata permezz tad-Direttiva 2006/112, li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>. Peress li l-perijodu inkwistjoni fil-proċeduri prinċipali huwa bejn l-<DATE ISO="20040701">1 ta’ Lulju 2004</DATE> u t-<DATE ISO="20070630">30 ta’ Ġunju 2007</DATE>, dawn iż-żewġ direttivi huma applikabbli għall-dawn il-proċeduri.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 huma essenzjalment redatti fi kliem identiku. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>l-imaniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment kif definiti mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 kien, fil-mument tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, traspost permezz tal-punti 9 u 10 tal-grupp 5 tal-Anness 9 tal-Liġi tal-1994 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Value Added Tax Act 1994), li skonthom kienu eżenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>9.</NO.P><TXT>l-immaniġġjar ta’ organu ta’ investiment kollettiv awtorizzat li għandu l-forma ta’ trust [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>authorised unit trust<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>AUT<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>] jew ta’ fond ta’ investiment immobbiljarju;</TXT><P>l-immaniġġjar tal-attiv ta’ investiment ta’ kumpannija ta’ investiment b’kapital varjabbli [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Open-ended investment company<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>OEIC<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Sabiex tittieħed inkunisderazzjoni d-deċiżjoni mogħtija fis-sentenza tat-<DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, JP Morgan Fleming Claverhouse Investment Trust u The Association of Investment Trust Companies (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-363/05" PAGE.ECR="I-5517" YEAR="2007">C-363/05, Ġabra p. I-5517</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>sentenza Claverhouse<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-punti 9 u 10 twessa’, b’effett mill-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>, permezz tad-Digriet tal-2008 dwar it-taxxa fuq<?PAGE NO="3"?> il-valur miżjud (Finance) [Value Added Tax (Finance) (n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2) Order 2008]. Dawn il-punti issa jeżentaw l-immaniġġjar ta’ organi ta’ investiment kollettiv fil-forma ta’ OEIC u ta’ AUT kif ukoll l-immaniġġjar ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv tat-tip magħluqa, bħall-Investment trust companies.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>In-nota 6 għall-grupp 5 tal-Anness tal-Liġi tal-1994 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud tipprovdi li l-OEIC u l-AUT huma ddefiniti fil-Liġi tal-2000 dwar is-servizzi u swieq finanzjarji (Financial Services and Markets Act 2000).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Parti XVII ta’ din l-aħħar liġi tipprovdi b’mod partikolari dan li ġej fl-Artikoli 235 sa 237:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="235"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>235.</TI.ART><STI.ART>Skemi ta’ investiment kollettiv</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="235.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA>F’din il-parti, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>organu ta’ investiment kollettiv<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> ifisser, l-arranġamenti kollha li jikkonċernaw beni ta’ kull tip, inkuż il-flus, li l-għan jew l-effett tagħhom huwa li jippermettu lill-persuni li jipparteċipaw fl-arrangamenti (jew billi jsiru proprjetarji totalment jew parzjalment tal-beni, jew b’mod ieħor), jipparteċipaw fil- jew jirċievu profitti jew dħul li joriġinaw mill-akkwist, miż-żamma, mill-immaniġġjar jew mill-bejgħ tal-beni jew sommom imħallsa fuq dawn il-profitti jew dħul jew li jirċievu porzjoni minnhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="235.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu tali li l-persuni li jipparteċipaw fihom (il-parteċipanti) ma jeżerċitawx kontroll ta’ kuljum fuq l-immaniġġjar tal-beni, irrispettivament minn jekk għandhomx jew le id-dritt li li jiġu kkonsultati jew li jagħtu istruzzjonijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="235.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Dawn l-arranġamenti għandhom ukoll ikollhom għal tal-inqas waħda karatteristiċi segwenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-kontribuzzjonijiet tal-parteċipanti, l-istess bħall-profitti jew id-dħul li minnhom jirriżultaw il-ħlasijiet, huma miġbura flimkien;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-beni huma mmaniġġjati totalment minn jew f’isem il-persuna responsabbli għall-organu.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="236"><TI.ART>236.</TI.ART><STI.ART>Kumpanniji ta’ investiment b’kapital varjabbli</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="236.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA>F’din il-parti, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>kumpannija ta’ investiment b’kapital varjabbli<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfiser, organu ta’ investiment kollettiv li jissodisfa kemm il-kundizzjoni patrimonjali kif ukoll il-kundizzjoni ta’ investiment.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="236.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kundizzjoni patrimonjali tikkonsisti fil-fatt li l-beni huma mmaniġġjati minn jew f’isem persuna ġuridika (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>PĠ<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>) li hija l-proprjetarja ekonomika tagħhom u li l-għan tagħha huwa li tinvesti dawn il-fondi għall-finijiet ta’:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tqassim tar-riskju tal-investiment; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għoti, lill-membri tagħha, tal-benefiċċju tar-riżultati tal-immaniġġjar ta’ dawn il-fondi minn jew f’isem din il-persuna ġuridika.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG></ARTICLE><?PAGE NO="4"?><ARTICLE IDENTIFIER="237"><TI.ART>237.</TI.ART><STI.ART>Definizzjonijiet oħra</STI.ART><ALINEA><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="237.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>F’din il-parti:</P><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>authorised unit trust<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> ifisser, unit trust awtorizzat għall-finijiet ta’ din il-liġi permezz ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni meħuda taħt l-Artikolu 243.</P><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kumpannija ta’ investiment b’kapital varjabbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tfisser, kumpannija kkostitwita skont ir-regolamenti msemmija fl-Artikolu 262, li tibbenefika minn deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni meħuda bis-saħħa ta’ kull dispożizzjoni prevista mir-regolamenti msemmija fl-Artikolu 262(2)(l).</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Wheels Common Investment Fund Trustees Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Wheels<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) hija t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>trustee<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ta’ fond, li fih huwa miġbur flimkien, għall-finijiet ta’ investiment, l-attiv tal-iskemi ta’ pensjoni tax-xogħol stabbiliti mill-impriża Ford Motor Company sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ftehim kollettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Kull skema tipprovdi pensjonijiet lil kategorija ta’ ex impjegati, ikkalkolati abbażi tal-aħħar salarju tal-membri affiljati u tal-anzjanità fl-impriża. Matul l-impjieg tagħhom, l-affiljati mal-iskema, li hija miftuħa għall-impjegati kollha mingħajr ma hija obbligatorja, iħallsu kontribuzzjonijiet ta’ ammont fiss imnaqqas mis-salarju tagħhom. Il-persuna li timpjega tħallas ukoll kontribuzzjonijiet f’ammont suffiċjenti sabiex jiġi żgurat il-finanzjament tal-ispiża rimanenti tal-benefiċċji ta’ pensjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fiż-żmien tal-fatti, Capital International Limited kienet tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ fond lil Wheels. B’mod konformi mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tar-Renju Unit dwar il-VAT, hija ffatturat lil Wheels VAT fuq dawn is-servizzi u ħallset din il-VAT lill-Commissioners.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Matul ix-xhar ta’ Settembru 2007, wara l-għoti tas-sentenza Claverhouse, iċċitata iktar ’il fuq, Capital International Limited talbet lill-Commissioners il-ħlas lura tal-VAT relatata mal-provvista ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ fond li hija kienet ipprovdiet, billi sostniet li dawn is-servizzi kienu jaqgħu taħt l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 jew taħt l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva, skont il-perijodu kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20080102">2 ta’ Jannar 2008</DATE>, il-Commissioners ċaħdu din it-talba. Għaldaqstant Wheels ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-First-tier Tribunal (Tax Chamber). Għalkemm, skont il-qorti tar-rinviju, is-servizzi pprovduti lil Wheels jikkostitwixxu servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>maniġġjar<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> skont l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva u fl-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112, hemm dubju dwar il-klassifikazzjoni tal-fond miżmum minn Wheels bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>fond speċjali ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens ta’ din l-eżenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>(1)</NO.P><TXT>Il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>fondi [speċjali] ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> li jinsab fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva tal-VAT u [f]l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi (i) skema ta’ pensjoni ta[li-]rtirar [mix-xogħol] stabbilita minn persuna li tħaddem [timpjega] sabiex toffri<?PAGE NO="5"?> lill-impjegati tagħha benefiċċji ta’ pensjoni u/jew (ii) fond komuni ta’ investiment li fi ħdanu jinġabar l-attiv ta’ diversi skemi ta’ pensjoni għall-finijiet ta’ investimenti meta, fil-kuntest tal-iskemi ta’ pensjoni inkwistjoni:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-pensjoni li tista’ tiġi perċepita minn membru [affiljat] hija ddefinita minn qabel fl istatuti tal-iskema (ibbażata fuq formula msejsa fuq it-tul tal-karriera tal membru ma’ min iħaddem u s-salarju tiegħu) u mhux fuq il-bażi tal-valur tal-attiv tal-iskema;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>min iħaddem għandu jikkontribwixxi għall-iskema;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>huma biss l-impjegati ta’ min iħaddem li jistgħu jipparteċipaw fl-iskema u jirċievu pensjoni f’dan il-kuntest (fejn parteċipant f’din l-iskema huwa indikat bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>membru<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>impjegat huwa ħieles li jiddeċiedi li jsir jew ma jsirx membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>impjegat li huwa membru huwa normalment obbligat li jikkontribwixxi għall-iskema abbażi ta’ perċentwali tas-salarju tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>il-kontribuzzjonijiet minn min iħaddem u mill-membri huma miġbura mit-trustee tal-iskema u jiġu investiti (ġeneralment f’azzjonijiet [titoli]) bil-għan li jiġi stabbilit fond li minnu jitħallsu lill-membri l-benefiċċji provduti taħt l-iskema;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>jekk l-attiv tal-iskema huwa ogħla minn dak li huwa meħtieġ biex jiġu ffinanzjati l-benefiċċji previsti taħt l-iskema, it-trustee tal-iskema u/jew min iħaddem jista’, skont it-termini tal-iskema u d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, jagħżel waħda mis-segwenti soluzzjonijiet (i) inaqqs il-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ min iħaddem; (ii) jittrasferixxu parti jew l-intier tal-eċċess tal-benefiċċju lil min iħaddem jew (iii) iżidu l-benefiċċji għall-membri tal-iskema;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>jekk l-attiv tal-iskema jkun inqas milli meħtieġ biex jiffinanzja l-benefiċċji previsti fil-kuntest tal-iskema, min iħaddem huwa bħala prinċipju obbligat li jassorbi l-iżbilanċ u, jekk min iħaddem ma jagħmilx dan jew ma jkunx jista’ jagħmel dan, il-benefiċċji rċevuti mill-membri jiġu mnaqqsa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>l-iskema tippermetti li l-membri jagħmlu kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali ([<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>additional voluntary contributions<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> jew] <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>AVC<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/>) li ma jkunux miżmuma mill-iskema, iżda ttrasferiti lil terz għall-finijiet ta’ investimenti u l-provvista ta’ benefiċċji addizzjonali msejsa fuq il-prestazzjoni tal-investimenti magħmulin (dawn l-arranġamenti ma humiex suġġetti għall-VAT);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>il-membri huma intitolati li jittrasferixxu l-benefiċċji akkumulati tagħhom fil-kuntest tal-iskema (evalwati abbażi tal-valur attwarjali ta’ dawn il-benefiċċji fil-mument tat-trasferiment) għal skemi ta’ pensjoni oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT>il-kontribuzzjonijiet ta’ minn min iħaddem u tal-membri għall-iskema ma humiex ikkunsidrati bħala dħul tal-membri għall-finijiet tat-taxxa fuq id-dħul;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(l)</NO.P><TXT>il-pensjonijiet riċevuti mill-membri fil-kuntest tal-iskema huma kkunsidrati bħala dħul tal-membri għall-finijiet tat-taxxa tad[fuq id]-dħul; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(m)</NO.P><TXT>min iħaddem, u mhux il-membri tal-iskema, jieħdu r-responsabbiltà għall-ispiża tal-ġestjoni tal-iskema?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fid-dawl (i) tal-għanijiet tal-eżenzjoni previsti taħt l-Artikolu [13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva] u l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112, (ii) tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali u (iii) taċ-ċirkostanzi deskritti fil-kuntest tal-ewwel domanda preliminari:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Stat Membru jista’ jiddefinixxi, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, il-fondi li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>fondi ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> b’tali mod li jeskludi l-fondi li għalihom isir referiment fl-ewwel domanda preliminari u jinkludi impriżi [organi] ta’ investiment kollettiv fis-sens tad-Direttiva [tal-Kunsill 85/611/KEE, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 139), kif emendata bid-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20020121">21 ta’ Jannar 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 302, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Direttiva UCITS<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>)]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Sa fejn (jekk ikun il-każ) il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin huma rilevanti għall-kwistjoni dwar jekk fond, kif deskritt fl-ewwel domanda preliminari, għandu jew ma għandux jiġi kkunsidrat minn Stat Membru, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, bħala fond speċjali ta’ investiment:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-karatteristiċi tal-fond (kif deskritt fl-ewwel domanda preliminari);</P></ITEM><ITEM><P>sa fejn il-fond huwa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>simili u għalhekk jikkompeti ma’<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> mezzi ta’ investiment li diġà ġew identifikati mill-Istat Membru bħala fondi speċjali ta’ investiment?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk, fil-kuntest tat-tweġiba għad-domanda 2b(ii), hemm lok li jiġi evalwat sa fejn il-fond huwa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>simili u għalhekk jikkompeti ma’<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> mezzi ta’ investiment li diġà ġew ikkunsidrati mill-Istat Membru bħala fond speċjali ta’ investiment, l-eżistenza jew il-livell ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> bejn il-fond inkwistjoni u tali mezzi oħra ta’ investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala kwistjoni separata minn dik ta’ xebh?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk u taħt liema kundizzjonijiet attivi ta’ skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar u l-fond ta’ investiment li fih dan huwa miġbur flimkien jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>fondi speċjali ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> skont l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 35(1)(g) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Hemm lok li qabel kollox jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, għalkemm l-eżenzjonijiet previsti b’mod partikolari fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva u fl-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni li għandhom, fil-prinċipju, jingħataw definizzjoni komuni li għandha bħala għan li jiġu evitati diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT minn Stat Membru għall-ieħor, b’mod li l-Istati Membri ma jistgħux ibiddlu l-kontenut tagħhom, dan ma huwiex madankollu l-każ meta l-leġiżlatur ikun ikkonferilhom il-kompitu li jiddefinixxu ċerti termini ta’ eżenzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, Abbey National, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-169/04" PAGE.ECR="I-4027" YEAR="2006">C-169/04, Ġabra p. I-4027</REF.DOC.ECR>, punti 38 u 39 kif ukoll Claverhouse, iċċitata iktar ’il fuq, punti 19 u 20). Issa, dawn id-dispożizzjonijiet jagħtu lill-Istati Membri s-setgħa li jiddefinixxu l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>fondi speċjali ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Abbey National, iċċitata iktar ’il fuq, punti 40 u 41, kif ukoll Claverhouse, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Din is-setgħa ta’ definizzjoni hekk rikonoxxuta lill-Istati Membri hija madankollu limitata bil-projbizzjoni li jiġi ppreġudikat il-kliem stess tal-eżenzjoni użat mil-leġżilatur tal-Unjoni (ara, s-sentenza Claverhouse, iċċitata iktar ’il fuq, punt 21). Stat Membru ma jistax b’mod partikolari, mingħajr ma jirrendi bla effett il-kliem stess <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>fondi speċjali ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, jagħżel minn fost il-fondi<?PAGE NO="7"?> speċjali ta’ investiment dawk li jibbenefikaw mill-eżenzjoni u dawk li ma jibbenefikawx minnha. Dawn id-dispożizzjonijiet għaldaqstant jagħtuh bis is-setgħa li jiddefinixxi, fid-dritt intern tiegħu, il-fondi li jikkorrispondu għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>fondi speċjali ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (ara s-sentenza Claverhouse, iċċitata iktar ’il fuq, punti 41 sa 43).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Is-setgħa mogħtija lill-Istati Membri sabiex jiddefinixxu l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>fondi speċjali ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> għandha wkoll tiġi eżerċitata b’osservanza tal-għanijiet imħaddna mis-Sitt Direttiva u mid-Direttiva 2006/112 kif ukoll tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tal-VAT (ara s-sentenza Claverhouse, iċċitata iktar ’il fuq, punti 22 u 43).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, minn naħa, li l-għan tal-eżenzjoni tal-operazzjonijiet relatati mal-immaniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment huwa, b’mod partikolari, li jiġi ffaċilitat, fir-rigward tal-investituri, l-investiment f’titoli permezz ta’ organi ta’ investiment, billi jiġu esklużi l-ispejjeż tal-VAT, u għaldaqstant, billi tiġi żgurata n-newtralità tas-sistema komuni tal-VAT fir-rigward tal-għażla bejn l-investiment dirett f’titoli u dak li jseħħ permezz ta’ organi ta’ investiment kollettiv (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Abbey National, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62, u Claverhouse, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward, minn naħa, tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, dan il-prinċipju jipprekludi li operaturi ekonomiċi li jwettqu l-istess operazzjonijiet jiġu ttratati b’mod differenti fir-rigward tal-ġbir tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, Cimber Air, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-382/02" PAGE.ECR="I-8379" YEAR="2004">C-382/02, Ġabra p. I-8379</REF.DOC.ECR>, punti 23 u 24; tat-<DATE ISO="20051208">8 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Jyske Finans, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-280/04" PAGE.ECR="I-10683" YEAR="2005">C-280/04, Ġabra p. I-10683</REF.DOC.ECR>, punt 39; Abbey National, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56, u Claverhouse, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk hemm lok li jiġi rrilevat li dan il-prinċipju ma jeżiġix li l-operazzjonijiet ikunu identiċi. Fil-fatt minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-imsemmi prinċipju jipprekludi wkoll li provvisti ta’ servizzi simili, li huma għalhekk f’kompetizzjoni ma’ xulxin, jiġu ttrattati b’mod differenti mil-lat tal-VAT (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20031023">23 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-109/02" PAGE.ECR="I-12691" YEAR="2003">C-109/02, Ġabra p. I-12691</REF.DOC.ECR>, punt 20; tas-<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE>, Linneweber u Akritidis, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-453/02+C-462/02" PAGE.ECR="I-1131" YEAR="2005">C-453/02 u C-462/02, Ġabra p. I-1131</REF.DOC.ECR>, punt 24; tas-<DATE ISO="20050526">26 ta’ Mejju 2005</DATE>, Kingscrest Associates u Montecello, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-498/03" PAGE.ECR="I-4427" YEAR="2005">C-498/03, Ġabra p. I-4427</REF.DOC.ECR>, punt 54; tat-<DATE ISO="20060608">8 ta’ Ġunju 2006</DATE>, L.u.P., <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-106/05" PAGE.ECR="I-5123" YEAR="2006">C-106/05, Ġabra p. I-5123</REF.DOC.ECR>, punt 32; tat-<DATE ISO="20060112">12 ta’ Jannar 2006</DATE>, Turn- und Sportunion Waldburg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-246/04" PAGE.ECR="I-589" YEAR="2006">C-246/04, Ġabra p. I-589</REF.DOC.ECR>, punt 33; tas-<DATE ISO="20060427">27 ta’ April 2006</DATE>, Solleveld u van den Hout-van Eijnsbergen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-443/04+C-444/04" PAGE.ECR="I-3617" YEAR="2006">C-443/04 u C-444/04, Ġabra p. I-3617</REF.DOC.ECR>, punt 3; kif ukoll Claverhouse, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li jiġi ddeterminat jekk fond ta’ investiment li fih l-attiv ta’ skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar huwa miġbur flimkien, li għandu karatteristiċi bħal dawk ippreżentati mill-fond inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwiex identiku għall-fondi li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>fondi speċjali ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, skont l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112, jew huwiex suffiċjentement komparabbli ma’ dawn tal-aħħar sabiex ikun f’kompetizzjoni magħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-fondi li jikkostitwixxu organi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli skont id-Direttiva UCITS jikkostitwixxu fondi speċjali ta’ investiment (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Deutsche Bank, C-44/11, punt 32). Hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, l-organi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli jikkostitwixxu, fil-fatt, organi li, bħall-AUT u l-OEIC (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Claverhouse, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50), għandhom bħala għan esklużiv, skont l-għan imħaddan mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva u fl-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112, l-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli tal-kapital miġbur mingħand il-pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fondi li, mingħajr ma jikkostitwixxu organi ta’ investiment kollettiv skont id-Direttiva UCITS, għandhom karatteristiċi identiċi għal dawn tal-aħħar u għaldaqstant iwettqu l-istess operazzjonijiet jew, għal tal-inqas, għandhom karatteristiċi komparabbli sal-punt li jinsabu<?PAGE NO="8"?> f’kompetizzjoni magħhom għandhom ukoll jiġu kkunsidrati bħala fondi speċjali ta’ investiment (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Abbey National, punti 53 sa 56, kif ukoll Claverhouse, punti 48 sa 51).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, fond ta’ investiment li fih l-attiv ta’ skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar huwa miġbur flimkien, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jitqies bħala organu ta’ investiment kollettiv, skont id-Direttiva UCITS. Tali fond ma huwiex, fil-fatt, miftuħ għall-pubbliku, iżda jikkostitwixxi, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, vantaġġ relatat mal-impjieg, li l-persuni li jimpjegaw jagħtu biss lill-impjegati tagħhom. Għaldaqstant tali fond ma huwiex identiku għall-fondi li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>fondi speċjali ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva u tal-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Tali fond ta’ investiment lanqas ma huwa komparabbli mal-organi ta’ investiment kollettiv kif iddefiniti mid-Direttiva UCITS sal-punt li jinsabu f’kompetizzjoni ma’ dawn tal-aħħar. Fil-fatt hemm diversi karatteristiċi li joħolqu differenza bejntihom, sabiex dawn ma jistgħux jitqiesu bħala li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-affiljati ma’ skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jsostnux ir-riskju li jirriżulta mill-immaniġġjar tal-fond ta’ investiment li fih l-attiv ta’ din l-iskema huwa miġbur flimkien, bid-differenza tal-investituri privati li jinvestu l-assi tagħhom f’organu ta’ investiment kollettiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Claverhouse, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50). Filwaqt li l-pensjoni li tista’ tiġi riċevuta minn impjegat, membru ta’ skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bl-ebda mod ma tiddependi mill-valur tal-attiv tal-iskema u mill-prestazzjoni tal-investimenti magħmula mill-amministraturi tal-iskema, iżda hija ddefinita minn qabel abbażi tat-tul tal-karriera mal-persuna li timpjega u l-ammont tas-salarju, ir-rendiment li jistgħu jistennew il-persuni li jixtru ishma f’organu ta’ investiment kollettiv jiddependi mill-prestazzjoni tal-investimenti magħmula mill-amminsitraturi tal-fond fil-perijodu li fih huma għandhom dawn l-ishma.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija differenti wkoll minn organu ta’ investiment kollettiv mil-lat tal-persuna li timpjega. Din tal-aħħar ma tinsabx f’sitwazzjoni bħal dik ta’ investitur f’organu ta’ investiment kollettiv sa fejn, anki jekk hija għandha wkoll tbati l-konsegwenzi finanzjarji tal-investimenti magħmula mill-amministraturi tal-iskema, il-kontribuzzjonijiet li hija tħallas fl-iskema ta’ pensjonijiet tal-irtirar jikkostitwixxu mezz li bih hija tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward tal-impjegati tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li fond ta’ investiment li jiġbor flimkien l-attiv ta’ skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar ma jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>fondi speċjali ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, skont dawn id-dispożizzjonijiet, li l-immaniġġjar tagħhom jista’ jiġi eżentat mill-VAT fid-dawl tal-għan ta’ dawn id-direttivi u tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, peress li l-affiljati ma jsostnux ir-riskju li jirriżulta mill-immaniġġjar ta’ dan il-fond u peress li l-kontribuzzjonijiet li l-persuna li timpjega tħallas fl-iskema ta’ pensjonjiet tal-irtirar jikkostitwixxu mezz li bih hija tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward tal-impjegati tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, u l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ <DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li fond ta’ investiment li jiġbor flimkien l-attiv ta’ skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar ma jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>fondi speċjali ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, skont dawn id-dispożizzjonijiet, li l-immaniġġjar tagħhom jista’ jiġi eżentat mit-taxxa fuq il-valur miżjud fid-dawl tal-għan ta’ dawn id-direttivi u tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, peress li l-affiljati ma jsostnux ir-riskju li jirriżulta mill-immaniġġjar ta’ dan il-fond u peress li l-kontribuzzjonijiet li l-persuna li timpjega tħallas fl-iskema ta’ pensjonjiet tal-irtirar, jikkostitwixxu mezz li bih hija tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward tal-impjegati tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>