2002R1592 — MT — 01.10.2003 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1592/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (ĠU L 240, 7.9.2002, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1701/2003 ta' l-24 ta' Settembru 2003 |
L 243 |
5 |
27.9.2003 |
|
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1643/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Lulju 2003 |
L 245 |
7 |
29.9.2003 |
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1592/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Lulju 2002
dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu tat-Trattat ( 3 ),
Billi:|
(1) |
Protezzjoni ta' livell għoli u uniformi taċ-ċittadin Ewropew għandha tiġi assigurata f'kull ħin fl-avjazzjoni ċivili, permezz ta' l-adozzjoni ta' regoli komuni ta' sigurtà u ta' miżuri li jiżguraw illi l-prodotti, l-persuni u l-organizzazzjonijiet fil-Komunità jikkonformaw ma' dawn ir-regoli u dawk adottati sabiex jipproteġu l-ambjent. Dan kollu jikkontribwixxi għall-faċilitazzjoni taċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti, persuni u organizzazzjonijiet fis-suq intern. |
|
(2) |
Bħala konsegwenza, prodotti aeronawtiċi għandhom ikunu soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni sabiex jiġi vverifikat li jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali biex ikunu tajbin għall-ajru u l-protezzjoni ambjentali li jirrelataw għall-avjazzjoni ċivili. Għandhom jiġu żviluppati ħtiġiet essenzjali approprjati fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex jiġu koperti operazzjonjiet ta' inġenji ta' l-ajru u liċensjar ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajru u l-applikazzjoni tar-Regolmaent għal inġenji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi kif ukoll, wara, oqsma oħra gfil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili. |
|
(3) |
Sabiex dejjem ikun hemm tweġiba għall-interessi dejjem jiżdiedu tas-saħħa u l-benessri ta' passiġġieri matul it-titjiriet, huwa neċessarju illi jiġu żviluppati disinni ta' inġenji ta' l-ajru li jipproteġu aħjar is-sigurtà u s-saħħa tal-passiġġieri. |
|
(4) |
Għandu jkun hemm azzjoni bħala kwistjoni ta' urġenza fuq riżultati ta' investigazzjonijiet ta' inċidenti ta' l-ajru, b'mod partikolari, meta jirrelataw għal disinni difettużi ta' inġenji ta' l-ajru difettużi u/jew materji operazzjonali, sabiex tiġi assigurata kunfidenza tal-konsumatur fit-trasport bl-ajru. |
|
(5) |
Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f' Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944 (“Konvenzjoni ta' Chicago”), li għaliha l-Istati Membri kollha huma partijiet, diġà tipprovdi għal standards minimi illi jassiguraw is-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali li tirrelata għalihom. Ħtiġiet essenzjali Komunitarji u regoli adottati għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jassiguraw illi l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi maħluqa mill-Konvenzjoi ta' Chicago, inklużi dawk vis-a-vis pajjiżi terzi. |
|
(6) |
Prodotti aeronawtiċi, partijiet u apparat għandhom jiġu ċċertifikati ladarba jinsabu in konformità mal-ħtiġiet essenzjali biex ikunu tajbin għall-ajru u ta' protezzjoni ambjentali stabbiliti mill-Komunità skond l-istandards stabbiliti mill-Konvenzjoni ta' Chicago. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tiżviluppa r-regoli neċessarji ta' implimentazzjoni. |
|
(7) |
Sabiex jintlaħħqu l-għanijiet Komunitarji fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti, persuni u servizzi, kif ukoll dawk tal-politika komuni ta' transport, Stati Membri għandhom, mingħajr ħtiġiet jew evalwazzjoni ulterjuri, jaċċettaw prodotti, partijiet u tagħmir, organizzazzjonijiet jew persuni ċertifikati skond dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu. |
|
(8) |
Għandha tiġi pprovduta flessibbiltà biżżejjed sabiex jiġu indirizzati ċirkostanzi speċjali bħala miżuri urġenti ta' sigurtà, bżonnijiet u disposizzjonijiet operazzjonali mhux previsti jew limitati għandhom ukoll isiru biex jintlaħaq livell ekwivalenti ta' sigurtà permezz ta' mezzi oħra. Stati Membri għandhom ikunu intitolati għal eżenzjonijiet mill-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu sakemm huma strettament limitati fil-qasam ta' applikazzjoni u soġġetti għal kontroll Komunitarju approprjat. |
|
(9) |
L-Objettivi ta' dan ir-Regolament jistgħu jintlaħqu b'mod effiċjenti permezz ta kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. F'dan il-każ, id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regoalment u r-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adatatti permezz ta' ftehim konkluż bejn il-Komunità u dawn il-pajjiżi. Fin-nuqqas ta' dan il-ftehim, Stati Membri għandhom madanakollu jitħallew, soġġett għall-kontroll approprjat tal-Komunità, illi jirikonoxxu l-approvazzjonijiet mogħtija lil prodotti barranin, partijiet u tagħmir, organizzazzjonijiet u personal minn pajjiż terz. |
|
(10) |
Huwa neċessarju illi jiġu stabbiliti miżuri approprjati biex jassiguraw kemm il-protezzjoni neċessarja ta' data sensittiva ta' sigurtà u li jipprovdu lill-pubbliku b'informazzjoni adegwata li tappartjeni g]all-livell ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali li għandha x'taqsam, b' kont meħud tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kumissjoni ( 4 ) u l-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti. |
|
(11) |
Hemm bżonn ta' arranġamenti aħjar fl-oqsma kollha koperti b' dan ir-Regolament, sabiex ċerti kompiti li bħalissa jsiru fuq livell Komunitarju jew nazzjonali jibdew isiru minn korp espert wieħed ta' speċjalizzazzjoni. Għaldaqstant, hemm il-bżonn fl-istruttura istituzzjonali u l-bilanċ tal-poteri li jeżistu fil-Komunità li tiġi stabbilita Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà ta' l-Avjazzjoni, li hija indipendenti fir-rigward ta' materji tekniċi u għandha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Għal dak l-iskop, huwa neċessarju u approprjat li għandu jkun korp Komunitarju li għandu personalità ġuridika u li jeżerċità l-poteri ta' implimentazzjoni li jingħataw lilu skond dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Sabiex tassisti kif xieraq lill-Komunità l-Aġenzija għandha tkun permessa illi tiżviluppa l-esperjenza tagħha fl-aspetti kollha tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali, koperti b' dan ir-Regolament. Għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-preprazzjoni tal-leġislazzjoni neċessarja u tassisti lill-Istati Membri u l-industrija fl-implimentazzjoni tagħha. Għandha tkun kapaċi illi toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u materjal ta' gwida u li tagħmel sejbiet tekniċi u toħroġ ċertifikati kif meħtieġ u għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u għandha tingħata l-awtorità neċessarja sabiex jiġu sodisfatti l-kompiti tagħha. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord Amministrattiv sabiex jikkontrollaw effettivament il-funzjonijiet ta' l-Aġenzija. Dan il-Bord għandu jkun fdat bil-poteri neċessarji sabiex jistabbilixxi l-budget, jivverifika l-ezekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji appropjati, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv. Huwa wkoll appropjat illi l-Aġenzija jkollha l-permess tagħmel riċerka u torganizza koordinazzjoni approprjata mal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Huwa mixtieq illi l-Aġenzija tassisti lill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fil-kamp tar-relazzjonijiet internazzjonali, inkluża l-armonizzazzjoni tar-regoli, ir-rikonoxximent ta' approvazzjonijiet u kooperazzjoni teknika, u għandha tkun intitolata illi tistabbilixxi r-relazzjonijiet appropjati ma' l-awtoritajiet aeronawtiċi ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-materji koperti minn dan ir-Regolament. |
|
(14) |
L-interess pubbliku jitlob illi l-Aġenzija tibbaża l-azzjoni tagħha relatata ma' sigurtà fuq esperti indipendenti, li japplikaw strettament dan ir-Regolament u r-regoli adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tagħha. Għal dan l-iskop, id-deċiżjonijiet kollha ta' l-Aġenzija relatati mas-sigurtà għandhom jittieħdu mid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jitħalla bi grad għoli ta' flessibilità sabiex jiġu ottenuti konsultazzjonijiet u sabiex jiġi organizzat il-funzjonament intern ta' l-Aġenzija. Meta, madanakollu, l-Aġenzija jkollha tiżviluppa regoli ta' natura ġenerali li għandhom jiġu implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu involuti fil-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
(15) |
Huwa neċessarju illi jiġi żgurat illi il-partijiet li jeffetwaw id-deċiżjonijietli jsiru mill-Aġenzija jgwadu r-rimedji neċessarji f'manjiera li hija addattata għall-karattru speċjali għall-qasam ta' l-avjazzjoni. Mekkaniżmu ta' appell approprjat għandu jiġi stabbilit sabiex id-Deċiżjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv jistgħu jkunu suġġetti għal appell lil Bord ta' Appell speċjalizzat, u li min-naħa l-oħra d-deċiżjonijiet tiegħu huma soġġetti għal azzjoni miftuħa quddiem Il-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(16) |
Sabiex tkun garantita l-awtonomija sħiħa u l-indipendenza ta' l-Aġenzija, għandha tingħata budget awtonomu li d-dħul tiegħu jkun ġej essenzjalment minn kontribuzzjoni tal-Komunità u mit-tariffi li jitħallsu minn utenti tas-sistema. Il-proċedura Komunitarja tal-budget għandha tkun applikabbli sakemm il-kontribuzzjoni Komunitarja u kull sussidju ieħor li għandu jitħallas mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea huma kkunsidrati. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti ta' l-Awdituri. |
|
(17) |
IL-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 5 ). |
|
(18) |
Ladarba l-objettivi ta' l-azzjoni proposta, l-aktar l-istabbiliment u l-applikazzjoni uniformi ta' regoli komuni fil-kamp tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri u għandhom għaldaqstant, permezz tal-qasam ta' applikazzjoni Ewropew ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċesarju sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi. |
|
(19) |
Qabel ma xi uffiċċji lokali ta' l-Aġenzija jiġu stabbiliti, għandhom jiġu stabbiliti regoli ġenerali sabiex jikkjarifikaw liema ħtiġiet għandhom jintlaħqu u liema kontribuzzjoni għandu jipprovdi l-Istat Membru kkonċernat. |
|
(20) |
Ġie rikonoxxut illi l-involviment tal-pajjiżi Ewropej li mhumiex Membri ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi segwit, sabiex tiġi assigurata dimensjoni Ewropea sħiħa sabiex jiġi ffaċilitat it-titjib tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa kollha. Pajjiżi Ewropej li kkonkludew ftehim mal-Komunità sabiex jadottaw u japplikaw l-acquis Komunitarju fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament għandhom jiġu assoċjati max-xogħol tagħha skond il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu miftiehma fil-qafas ta' dan il-ftehim. |
|
(21) |
Hija mira ġenerali illi t-trasferiment tal-funzjonijiet u l-kompiti mill-Istati Membri, inklużi dawk li jirriżultaw mill-kooperazzjoni tagħhom permezz ta' l-Awtoritajiet konġunti ta' l-Avjazzjoni, lill-Aġenzija għandhom jsiru b'mod effiċjenti, mingħajr tnaqqis fil-livelli għolja kurrenti ta' sigurtà u mingħajr ebda impatt negattiv fuq skedi ta' ċertifikazzjoni. Miżuri approprjati għandhom jiġu adottati sabiex jipprovdu għat-transizzjoni neċessarja. |
|
(22) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas approprjat u komprensiv għaċ-ċertifikazzjoni ambjentali tal-prodotti aeronawtiċi kif ukoll għad-definizzzjoni u l-implimentazzjoni ta' kulhadd hekk a' ħtiġiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili. Id-Direttiva tal-Kunsill 80/51/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1979 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' storbju minn inġenji ta' l-ajru subsoniċi ( 6 ) u l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizazzjoni tal-ħtiġiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili ( 7 ) għandhom jitħassru fiż-żmien opportun, mingħajr preġudizzju għaċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti, persuni u organizzazzjonijiet li diġà saru skond dawn l-atti leġislattivi. |
|
(23) |
Dan ir-Regolament japplika għal kull qasam ieħor relatat mas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili a bażi ta' proposta futura skond it-Trattat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
IL-PRINĊIPJI
Artikolu 1
Il-kamp ta' l-applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
(a) disinn, produzzjoni, manutenzjoni u operazzjoni ta' prodotti, partijiet u tagħmir aeronawtiku, kif ukoll għal personal u organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-produzzjoni, u l-manutenzjoni ta' dawn il-prodotti, partijiet u tagħmir;
(b) personal u organizzazzjonijiet involuti fl-operazzjoni ta' inġenji ta' l-ajru.
2. Dan ir-Regolament m'għandux japplika meta prodotti, partijiet, tagħmir, personal u organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma ingaġġati f'servizzi militari, doganali, tal-pulizija jew servizzi simili. L-Istati Membri għandom jimpenjaw ruhom li jassiguraw illi dawn is-servizzi jikkunsidraw kemm jista' jkun pratikabbli l-miri ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-Miri
1. Il-Mira prinċipali ta' dan ir-Regolament huwa illi jiġi stabbilit u jinżamm livell uniformi għoli ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa.
2. Miri addizzjonali huma, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, kif ġej:
(a) li jiġi assigurat jiżgura livell għoli unformi ta' protezzjoni ambjentali;
(b) li jiġi ffaċilitat moviment liberu ta' prodotti, persuni u servizzi;
(ċ) li jkun hemm promozzjoni ta' cost efficiency fil-proċessi regolatorji u ta' ċertifikazzjoni sabiex tiġi evitat duplikazzjoni fuq livell nazzjonali u Ewropew;
(d) li l-Istati Membri jiġu assistiti fit-twettieq ta' l-obbligi tagħhom skond il-Konvenzjoni ta' Chicago, billi tiġi pprovduta bażi għal interpretazzjoni komuni u implimentazzjoni komuni tad-disposizzjonijiet tagħha, u billi jiġi assigurat li d-disposizzjonijiet tagħha jiġu kkunsidrati kif dovut f'dan ir-Regolament u fir-regoli mfassla għall-impliemntazzjoni tiegħu;
(e) li jiġu promossi opinjonijiet Komunitarji li jirrigwardaw l-istandards u r-regoli tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili mad-dinja billi tiġi stabbilita kooperazzjoni approprjata ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
3. Il-mezzi biex jiġu sodisfatti l-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jkunu:
(a) il-preparazzjoni, l-adozzjoni u l-applikazzjoni uniformi ta' l-atti kollha neċessarji;
(b) ir-rikonoxximent, mingħajr ħtiġiet addizzjonali, ta' ċertifikati, liċenzji, approvazzjonijiet u dokumenti oħra mogħtija lil prodotti, impjegati u organizzazzjonijiet skond dan ir-Regolament u r-regoli ta' implientazzjoni tiegħu;
(ċ) l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni;
(d) l-implimentazzjoni uniformi ta' l-atti kollha neċessarji mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni u l-Aġenzija fl-oqsma rispettivi tagħhom ta' responsabbiltà.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta' dan ir-Regolament:
(a) “oversight kontinwa” jfisser li l-kompiti li għandhom isiru sabiex jiġi vverifikat li l-kondizzjonijiet li taħthom inħareġ ċertifikat jibqgħu jiġu sodisfatti fi kwalunkwe ħin tul il-perjodu ta' validità tiegħu, kif ukoll it-teħid ta' kwalunkwe miżura ta' sigurtà;
(b) “il-Konvenzjoni ta”Chicago' tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Annessi tagħha, iffirmata f'Chicago fis- 7 ta' Diċembru 1944;
(ċ) “prodott” għandu jfisser inġenju ta' l-ajru, inġenju jew skrun;
(d) “partijiet u tagħmir” għandha tfisser kull strument, tagħmir, mekkaniżmu, parti, apparat, dritt jew aċċessorju, inkluż tagħmir ta' komunikazzjoni, li huwa użat jew intiż biex jiġi użat fit-tħaddim jew il-kontroll ta' inġenju ta' l-ajru waqt titjira u huwa installat ġewwa jew mehmuż ma' l-inġenju ta' l-ajru. Jinkludi partijiet ta' l-qafas ta' l-inġenju ta' l-ajru, ta' l-inġenju jew ta' l-iskrun;
(e) “certifikazzjoni” tfisser kull forma ta' rikonoxximent illi l-prodott, parti jew tagħmir, organizzazzjoni jew persuni jikkonformaw mal-ħtiġiet applikabbli inklużi d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll il-ħruġ ta' ċertifikat rilevanti li jattesta din il-konformità;
(f) “entità kkwalifikata” tfisser korp li jista' jikkonduċi kompiti ta' ċertifikazzjoni taħt il-kontroll u r-responsabbilità ta' l-Aġenzija;
(g) “ċertifkat” jfisser kull approvazzjoni, liċenzja jew dokument ieħor maħruġ bħala riżultat taċ-ċertifikazzjoni.
KAPITOLU II
ĦTIĠIET SOSTANTIVI
Artikolu 4
Prinċipji bażiċi u applikabilità
1. Inġenji ta' l-ajru, inkluż kull prodott, parti jew tagħmir installat, li huma:
(a) ddisinjati jew iffabbrikati minn organizzazzjoni li għaliha Aġenzija jew Stat Membru jassigura oversight ta' sigurtà ; jew
(b) reġistrati fi Stat Membru; jew
(ċ) reġistrati f'pajjiż terz u wżati minn operator li għalih kwalunkwe Stat Membru jiżgura oversight ta' operazzjonijiet;
Għandhom jikkonformaw ma' dan ir-Regolament sakemm l-oversight regolatorju ta' sigurtà ma jkunx ġie delegat lil pajjiż terz u sakemm ma jintużawx minn operatur Komunitarju.
2. Il-Paragrafu 1 m'għandhux japplika għal inġenji ta' l-ajru msemmija fl-Anness II.
3. Dan ir-Regolament m'għandux jeffettwa d-drittijiet ta' pajjiżi terzi hekk kif speċifikat fil-konvenzjonijiet Internazzjonali, b'mod partikolari il-Konvenzjoni ta' Chicago.
Artikolu 5
L-Airworthiness
1. L-Inġenji ta' l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1) għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali għall-Airworthiness stabbiliti fl-Anness I.
2. Il-Konformità ta' inġenji ta' l-ajru reġistrati fi Stat Membru, u tal-prodotti, l-partijiet u t-tagħmir armat fuqhom għandhom jiġu stabbiliti skond dan li ġej:
(a) Il-Prodotti għandu jkollhom ċertifikat tat-tip. Iċ-ċertifkat tat-tip, u ċ-ċertifikazzjoni tal-bidliet għal dak iċ-ċertifikat tat-tip, inklużi ċertifikati tat-tip supplimentali, għandhom jinħarġu meta l-applikant ikun wera li l-prodott jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikat tat-tip kif speċifikat fl-Artikolu 15, stabbilit sabiex tiġi assigurata konformità mal-ħtiġijiet essenzjali msemmija fil-paragrafu 1, u meta ma jkollu l-ebda fattur jew karatteristika li jagħmluh mhux sigur għall-operazzjoni. Iċ-ċertifikat tat-tip għandu jkopri l-prodott, inklużi l-partijiet u t-tagħmir kollu armat fuqu.
(b) Partijiet u tagħmir jistgħu jinħarġu b'ċertifikati speċifiċi meta jidhru li jikkonformaw ma' speċifikazzjonijiet dettaljati ta' Airworthiness stabbiliti sabiex jassiguraw konformità mal-ħtiġiet essenzjali msemmija fil-paragrafu 1.
(ċ) Kull inġenju ta' l-ajru għandu jkollu ċertifikat individwali ta' Airworthiness meta jidher li jikkonforma mad-disinn tat-tip approvat fiċ-ċertifkat tat-tip tiegħu u li d-dokumentazzjoni, l-ispezzjonijiet u t-testijiet rilevanti juru illi l-inġenju ta' l-ajru huwa f'kondizzjoni għal operazzjoni sigura. Dan iċ-ċertifikat ta' Airworthiness għandu jibqa' validu sakemm ma jiġix sospiż, revokat jew terminat u sakemm l-inġenju ta' l-ajru jinżamm skond il-ħtiġiet essenzjali relatati mal-Airworthiness kontinwa stabbilita fil-punt I.d ta' l-Anness I u r-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
(d) Organizzazzjonijiet responsabbli mid-disinn, mill-fabbrikazzjoni u mill-manutenzjoni ta' prodotti, partijiet u tagħmir għandhom juru il-kapaċità tagħhom u l-mezzi sabiex jiġu skarikati r-responsabbiltajiet assoċjati mal-privileġġi tagħhom. Sakemm mhux aċċettat xort' oħra dawn il-kapaċitajiet u l-mezzi għandhom jiġu rikonuxxuti permezz tal-ħruġ ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni. Il-privileġġi mogħtija lill-organizzazzjoni approvata u l-iskop ta' l-approvazzjoni għandhom jiġu speċifikati fit-termini ta' l-approvazzjoni.
Barra minn hekk:
(e) impjegati responsabbli mill-ħruġ ta' prodotti, parti jew tagħmir wara l-manutenzjoni jistgħu jkunu meħtieġa jżommu ċ-ċertifikat approprjat (“ċertifikat ta' l-impjegati”);
(f) il-kapaċità ta' organizzazzjonijiet għat-taħriġ ta' manutenzjoni li jwettqu r-responsabbilitajiet assoċjati mal-privileġġi tagħhom f' relazzjoni mal-ħruġ ta'ċertifikati msemmija fil-punt (e) tista' tiġi rikonoxxuta bil-ħruġ ta' approvazzjoni
3. B' deroga mill-paragrafi 1 u 2:
(a) permess għat-titjir jista' jinħareġ meta jintwera illi l-inġenju ta' l-ajru kapaċi jwettaq titjira bażika b'sigurtà. Għandu jinħareġ bil-limitazzjonijiet approprjati, b'mod partikulari sabiex tiġi protetta s-sigurtà tal-partijiet terzi;
(b) ċertifikat ristrett ta' Airworthiness jista' jinħareġ għal inġenju ta' l-ajru li għalih ma nħariġx ċertifikat tat-tip skond il- paragrafu 2(a). F'dan il-każ, l-inġenju ta' l-ajru għandu jidher li jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi ta' Airworthiness u mad-devjazzjonijiet mill-ħtieġiet essenzjali msemmija fil-pargrafu I għandhom madanakollu jiżguraw sigurtà adegwata fir-rigward ta' l-iskop. Inġenji ta' l-ajru eleġibbli għal dawn iċ-ċertifkati ristretti, u l-limitazzjonijiet ta' użu għal dawn l-inġenji ta' l-ajru għandhom jiġu definiti skond ir-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4;
(ċ) meta n-numru ta' inġenji ta' l-ajru ta' l-istess tip eleġibbli għal ċertifkat ristrett ta' Airworthiness jiġġustifika hekk, ċertifkat ristrett tat-tip jista' jinħareġ u bażi approprjata ta' ċertifikazzjoni tat-tip għandha tiġi stabbilita.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(3), ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' dan l- Artikolu, li jispeċifikaw b'mod partikolari:
(a) kondizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u notifikati lil applikant il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għal prodott;
(b) kondizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u notifikati lil applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta' Airworthiness applikabbli għall-partijiet u t-tagħmir;
(ċ) kondizzjonijiet sabiex jistabbilixxu u jinnotifikaw lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi ta' Airworthiness applikabbli għal inġenji ta' l-ajru eliġibbli għal ċertifikat ristrett ta' Airworthiness;
(d) kondizzjonijiet sabiex tinħareġ u tiġi mxerrda informazzjoni mandatorja sabiex tiġi assigurata l-Airworthiness kontinwa ta' prodotti;
(e) kondizzjonijiet sabiex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, jiġu sospiżi jew irrevokati ċertifikati tat-tip, ċertifikati tat-tip ristretti, l-approvazzjonijiet għal bidliet għal ċertifikati tat-tip, ċertifikati ristretti ta' Airworthiness, permessi għal titjir u ċertifikati għal prodotti, partijiet jew apparat, inklużi:
(i) kondizzjonijiet dwar id-durata ta' dawn iċ-ċertifikati, u kondizzjonijiet sabiex jiġġeddu ċertifikati meta tiġi ffissata durata limitata;
(ii) restrizzjonijiet applikabbli għall-ħruġ ta' permessi għal titjir. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jikkonċernaw b'mod partikolari dan li ġej:
— l-iskop tat-tijira,
— l-ispazju ta' l-arju wżat għat-titjira
— kwalifika ta' l-ekwipaġġ tat-titjira,
— it-trasport ta' persuni barra mill-ekwipaġġ tat-titjira;
(iii) inġenji ta' l-ajru eleġibbli għal ċertifikati ristretti ta' Airworthiness, u restrizzjonijiet assoċjati;
(f) kondizzjonijiet biex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, sospiżi jew irrevokati approvazzjonijiet ta' organizzazzjoni meħtieġa skond il-pargrafu 2(d) u (f) u l-kondizzjoniiet li taħthom dawn l-approvazzjonijiet m'hemmx għalfejn jintalbu;
(g) kondizzjonijiet biex jinħargu, jinżammu, jiġu emendati, sospiżi jew irrevokati ċertifikati tal-personal meħtieġa skond il-paragrafu 2(e);
(h) responsabbiltajiet ta' titolari taċ-ċertifikati;
(i) kif inġenji ta' l-ajru msemmija fil-pargrafu 1 li mhumiex koperti bil-paragrafu 2 jew 3 għandhom juru konformità mal-ħtiġiet essenzjali.
5. Meta jiġu stabbiliti r-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tieħu attenzjoni speċifika li:
(a) jirriflettu l-istat ta' l-arti u l-aħjar prattiki fil-kamp tal-Airworthiness;
(b) jieħdu kont ta' l-esperjenza dinjija ta' l-inġenji ta' l-ajru fis-servizz, u tal-progress xjentifiku u tekniku;
(ċ) jippermettu reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta' inċidenti u inċidenti serji.
Artikolu 6
Ħtiġiet essenzjali għall-protezzjoni ambjentali
1. Il-Prodotti, partijiet u apparat għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent stipulati fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago hekk kif ippubblikati f'Marzu 2002 fir-rigward ta' l-Ewwel Volum u Novembru 1999 fir-rigward tat-Tieni Volum, bl-eċċezzjoni ta' l-Appendiċi ta' l-Anness 16.
2. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3), il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi addattat, sabiex jinġjieb in linja ma' emendi sussegwenti għall-Konvenzjoni ta' Chicago u l-Annessi tagħha, li jidħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u li jsiru applikabbli fl-Istati Membri kollha, sakemm dawn l-addattamenti ma jwessgħux il-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
3. Il-Kummissjoni għandha tippreskrivi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, bl-użu kif neċessarju tal-kontenut ta' l-Appendiċi msemmija fil-paragrafu 1, skond il-proċedura stabbilita fl- Artikolu 54(3).
Artikolu 7
Operazzjonijiet ta' l-ajru u l-liċenzji lill-ekwipaġġ ta' l-ajru
Fir-rigward tal-prinċipji bażiċi, l-applikabilità u l-ħtiġiet essenzjali għall-oqsma koperti bl-Artikolu 1(1)(b), il-Kummissjoni għandha, malajr kemm jista' jkun, tissottometti proposti dwar dawn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 8
Ir-Rikonoxximent ta' ċertifikati
1. L-Istati Membri għandhom, mingħajr ħtieġiet jew valutazzjonijiet tekniċi ulterjuri, jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa skond dan ir-Regolament. Meta r-rikonoxximent oriġinali huwa għal skop, jew skopijiet partikolari, kwalunkwe rikonoxximent sussegwenti għandu jkopri biss l-istess skop(ijiet).
2. Fl-istennija ta' l-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57(2), ċertifikati li ma jistgħux jinħarġu skond dan ir-Regolament jistgħu jinħarġu abbażi tar-regolamenti nazzjonali applikabbli.
L-Artikolu 9
L-Aċċettazzjoni ta' l-approvazzjoni ta' pajjiż terz
1. B'deroga mid-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-regoli adottati għall-implimentazzjoni tiegħu, l-Aġenzija jew l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni fl-Istat Membru jistgħu joħorġu ċertifikati abbażi ta' ċertifikati maħruġa minn awtoritajiet aeronawtiċi ta' pajjiż terzi, kif previst fi ftehim ta' rikonoxximent bejn il-Komunità u dak il-pajjiż terz.
2.
(a) Fl-assenza ta' ftehim konkluż mill-Komunità, Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi ta' ċertifikazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz fl-applikazzjoni ta' ftehim konkluż minn dak l-Istat Membru mal-pajjjiż terz in kwistjoni qabel id-dħul fis-seħħ tad-disposizzjonijiet relatati ta' dan ir-regolament u notifikat lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri l-oħra. L-Aġenzija tista' wkoll toħroġ dawn iċ-ċertifkati għan-nom ta' l-Istat Membru fl-applikazzjoni ta' ftehim konklż bejn wieħed mill-Istati Membri mal-pajjiż terz in kwistjoni
(b) Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra illi:
— d-disposizzjonijiet ta' ftehim bejn Stat Membru u pajjiż terz ma jipprovdix għal livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak speċifikat b'dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u/jew,
— dan il-ftehim jagħmel diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri mingħajr ma jkunu obbligati raġunijiet ta' sigurtà jew huwa kuntraju għall-politika barranija tal-Komunità fir-rigward ta' pajjiż terz,
tista', skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(2) teħtieġ lill-Istat Membru kkonċernat li jimmodifika l-ftehim jew jissospendi l-applikazzjoni tiegħu jew jirrinunzja għalih, in konformità ma' l-Artikolu 307 tat-Trattat.
(ċ) Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jirrinunzjaw ftehim malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' fethim bejn il-Komunità u l-pajjiż terz in kwistjoni, dwar dawk id-dominji koperti b'dak il-ftehim aħħari.
Artikolu 10
Disposizzjonijiet ta' flessibiltà
1. Id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u ta' regoli adottati għall-implimentazzjoni tiegħu m'għandhomx jipprevjenu Stat Membru milli jirreaġixxi immedjatament għal problema ta' sigurtà li tinvolvi prodott, persuna jew organizzazzjoni soġġetti għad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Jekk il-problema ta' sigurtà hija riżulatat ta':
(a) livell inadewgat ta' sigurtà li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; jew
(b) żvantaġġ f'dan ir-Regolament jew ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;
l-Istat Membru għandu jinnotifika immedjatament lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda u r-raġunijiet għalihom.
2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3), jekk livell inadegwat ta' sigurtà jew żvantaġġ f'dan ir-Regoalment jew fir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu jiġġustifikawx l-applikazzjoni kontinwa tal-miżuri adottati skond il-paragrafu 1. F'dak il-każ, għandha wkoll tieħu l-passi neċessarji sabiex temenda r-regola rrelatata. Jekk il-miżuri ta' l-Istati Membri jinsab li ma jkunux ġustifikati, l-Istat Membru għandu jirrevoka jew jemenda l-miżuri in kwistjoni
3. Stati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-ħtiġiet sostantivi stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu fil-każ ta' ċirkostanzi operazzjonali urġenti mhux mistennija jew ħtiġiet operazzjonali ta' durata limitata, sakemm il-livell ta' sigurtà ma jkunx effetwat b'mod ħażin bihom. L-Aġenzija, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nnotifikati bi kwalunkwe eżenzjoni ta' dan it-tip malli jsiru repetittivi jew meta jingħataw għal perjodi ta' aktar minn xahrejn.
4. Meta l-miżuri deċiżi minn Stat Membru huma inqas restrittivi mid-disposizzjonijiet Komunitarji applikabbli, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-eżenzjonijiet jikkonformawx mal-mira ġenerali ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew xi regola oħra tal-Komunità. Jekk l-eżenzjonijiet mogħtija ma jikkonformawx mal-miri ġenerali ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe regola oħra tal-liġi Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(4). F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jirrevoka l-eżenzjoni.
5. Meta livell ekwivalenti ta' protezzjoni għal dak milħuq bl-applikazzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni għall-Artikoli 5 u 6 jista' jintlaħaq permezz ta' mezzi oħra, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità, jagħtu approvazzjoni li tidderoga minn dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni. F'dawn il-każijiet, l-Istat Membru konċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni illi għandu l-intenzjoni jagħti din l-approvazzjoni u għandu jagħti raġunijiet li juru l-bżonn ta' deroga mir-regola kkonċernata, kif ukoll il-kondizzjonijiet stabbiliti sabiex jiġi assigurat assigurat li jintlaħaq livell ekwivalenti ta' protezzzjoni.
6. Fi żmien tliet xhur minn meta tiġi nnotifikata minn Stat Membru skond il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3), sabiex tiddeċiedi jekk approvazzjoni proposta skond il-paragrafu 5 tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu u tistax tingħata. F'dak il-każ, għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha, li għandhom ukoll ikunu intitolati japplikaw dik il-miżura. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 għandhom japplikaw għall-miżura in kwistjoni. Ir-regoli rilevanti ta' implimentazzjoni jistgħu ukoll jiġu emendati sabiex jirriflettu dik il-miżura, bl-użu ta' proċeduri trasparenti, skond l-Artikolu 43.
Artikolu 11
Network ta' informazzjoni
1. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija, u l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni għandhom jiskambjaw kull informazzjoni disponibbli lilhom fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regoalment u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu. Entitajiet fdati bl-investigazzjoni ta' inċidenti ċivili u inċidenti, jew bl-analiżi ta' dak li jseħħ, huma intitolati għall-aċċess għal dik l-informazzjoni.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Kummissjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3), miżuri għat-tixrid lill-partijiet interessati fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawn il-miżuri, li jistgħu jkunu ġeneriċi jew individwali, għandhom ikunu bbażati fuq il-bżonn:
(a) li jipprovdu persuni u organizzazzjonijiet bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex titjieb is-sigurtà ta' l-avjazzjoni;
(b) li jillimitaw id-disseminazzjoni ta' informazzjoni għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-iskop ta' l-utenti tagħha, sabiex tiġi assigurata kunfidenzjalità approprjata ta' dik l-informazzjoni.
3. L-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni għandhom, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, jieħdu l-passi neċessarji sabiex jassiguraw kunfidenzjalità approprjata ta' l-informazzjoni riċevuta minnhom bl-applikazzjoni tal-paragrafu 1.
4. Sabiex il-pubbliku jiġi nfurmat bil-livell ġenerali ta' sigurtà, għandha tiġi ppubblikata annwalment mill-Aġenzija reviżjoni ta' sigurtà.
KAPITOLU III
L-AĠENZIJA EWROPEA TAS-SIGURTÀ TA' L-AVJAZZJONI
SEZZJONI I
IL-KOMPITI
Artikolu 12
L-Istabbiliment u l-funzjonijiet ta' l-Aġenzija
1. Għall-iskop ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni, hawnhekk iżjed il quddiem magħrufa bħala “l-Aġenzija”, għandha tiġi stabbilita.
2. Għall-iskopijiet li jiġi assigurat il-funzjonament u l-iżvilupp tajjeb tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili, l-Aġenzija għandha:
(a) tieħu kwalunkwe kompitu u tifformula opinjonijiet dwar il-materji kollha koperti bl-Artikolu 1(1);
(b) tassisti lill-Kummissjoni billi tipprepara miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta dawn jinkludu regoli tekniċi u b'mod partikolari regoli li jirrelataw għall-kostruzzjoni u d-disinn u aspetti operazzjonali, il-Kummissjoni ma tistax tibdel il-kontenut tagħhom mingħajr koordinazzjoni minn qabel ma' l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha wkoll tipprovdi lill-Kummissjoni bis-sostenn neċessarju tekniku, xjentifiku, u amministrattiv sabiex twettaq il-kompiti tagħha;
(ċ) tieħu l-miżuri neċessarji fil-poteri konferiti lilha b'dan ir-Regolament jew leġislazzjoni Komunitarja oħra;
(d) tmexxi spezzjonijiet u investigazzjonijiet neċessarji sabiex tissodisfa l-kompiti tagħha;
(e) fl-oqsma ta' kompetenza tagħha, tmexxi, f'isem Stati Membri, funzjonijiet u kompiti mogħtija lilhom minn Konvenzjoniiet Internazzjonali applikabbli, b'mod partikolari il-Konvenzjoni ta' Chicago.
Artikolu 13
Miżuri ta' l-Aġenzija
L-Aġenzija għandha, meta approprjat:
(a) tagħti opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni;
(b) toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, li jinkludu kodiċijiet ta' l-Airworthiness u mezzi aċċettabbli ta' konformità, kif ukoll kwalunkwe materjal ta' gwida għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;
(ċ) tieħu d-deċiżjonijiet approprjati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 15, 45 u 46.
Artikolu 14
Opinjonijiet, ċertifikazzjonijiet, speċifikazzjonijiet u materjal ta' gwida
1. Sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni ta' proposti għall-prinċipji bażiċi, l-applikabilità u ħtiġiet essenzjali li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u l-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni, l-Aġenzija għandha tipprepara abbozzi tagħhom. Dawn l-abbozzi għandhom jiġu sottomessi mill-Aġenzija bħala opinjonijiet lill-Kummissjoni.
2. L-Aġenzija għandha, skond l-Artikolu 43 u r-regoli ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni, tiżviluppa:
(a) speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, li jinkludu kodiċijiet ta' Airworthiness u mezzi aċċettabbli ta' konformità; u
(b) materjal ta'gwida;
li għandhom jintużaw fil-proċess ta' ċertifikazzjoni.
Dawn id-dokumenti għandhom jirriflettu l-istat ta' l-affarijiet u l-aħjar prattiki fl-oqsma kkonċernati u għandhom jiġu aġġornati b' kont meħud ta' esperjenza dinjija ta' inġenji ta' l-ajru fis-servizz, u progress xjentifiku u tekniku.
Artikolu 15
Ċertifkazzjoni tal-Airworthiness u ambjentali
1. Fir-rigward ta' prodotti, partijiet u tagħmir imsemmi fl- Artikolu 4(1), l-Aġenzija għandha, meta applikabbli u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta' Chicago u l-Annessi tagħha, twettaq f'isem l-Istati Membri l-funzjonijiet u l-kompiti ta' l-Istat tad-disinn, il-fabbrikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni meta rrelatati ma' l-approvazzjoni tad-disinn. Għal dak l-iskop, għandha b'mod partikolari:
(a) għal kull prodott li għalih hu mitlub ċertifikat tat-tip jew bidla għal ċertifikat tat-tip, tistabbilixxi u tinnotifika l-bażi taċ-ċertifikat tat-tip. Din il-bażi ta' ċertifikazzjoni tikkonsisti fil-kodiċi tal-Airworthiness applikabbli, id-disposizzjonijiet li għalihom ġie aċċettat livell ekwivalenti ta' sigurtà u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati neċessarji meta l-fatturi tad-disinn ta' prodott partikolari jew l-esperjenza in operazzjoni jrendu kwalunkwe disposizzjoni tal-kodiċi ta' Airworthiness inadegwata jew inapproprjata sabiex tiġi assigurata konformità ma' ħtiġiet essenzjali;
(b) għal kull prodott li għalih hu mitlub ċertifkat ristrett ta' Airworthiness, tistabbilixxi u tinnotifika l-ispeċifkazzjonijiet speċifiċi ta' l-Airworthiness;
(ċ) għal kull parti jew tagħmir li għalih hu mitlub ċertifikat, tistabbilixxi u tinnotifika l-ispeċifkazzjonijiet dettaljati ta' Airworthiness;
(d) għal kull prodott li għalih hi meħtieġa ċertifikazzjoni ambjentali skond l-Artikolu 6, tistabbilixxi u tinnotifika l-ħtiġiet ambjentali approprjati;
(e) tikkonduċi, hija stess jew permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati, ispezzjonijiet tekniċi assoċjati maċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti, partijiet u tagħmir;
(f) toħroġ iċ-ċertifkati tat-tip approprjati jew bidliet assoċjati;
(g) toħroġ ċertifkati għal partijiet u apparat;
(h) toħroġ iċ-ċertifikati ambjentiali approprjati;
(i) temenda, tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat rilevanti meta l-kondizzjonijiet li skondhom inħareġ mhumiex aktar sodisfatti jew jekk il-persuna ġuridika jew fiżika titolari taċ-ċertifikat ma tissodisfax l-obbligi mposti fuqha b'dan ir-Regolament jew bir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;
(j) tassigura l-funzjonijiet kontinwi ta' Airworthiness assoċjati mal-prodotti, l-partijiet u t-tagħmir li hija ċċertifikat, inkluża r-reazzjoni mingħajr dewmien mhux dovut għal problema ta' sigurtà u toħroġ u tiddissemina l-informazzjoni mandatorja applikabbli.
2. Fir-rigward ta' organizzazzjonijiet, l-Aġenzija għandha:
(a) tikkonduċi, hija nnifsha jew permezz ta' l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni nazzjonali jew entitajiet kwalifikati, ispezzjonijiet u verifiki ta' l-organizzazzjonijiet li hija tiċċertifika;
(b) toħroġ u ġġedded ċertifikati ta'
(i) organizzazzjonijiet ta' disinn; jew
(ii) organizzazzjonijiet ta' produzzjoni li jinsabu fit-territorju ta' l-Istati Membri, jekk mitluba mill-Istat Membru kkonċernat; jew
(iii) organizzazzjonijiet ta' produzzjoni u manutenzjoni allokati barra t-territorju ta' l-Istati Membri;
(ċ) temenda, tissospendi u tirrevoka ċ-ċertifikat rilevanti ta' l-organizzazzjoni meta l-kondizzjonijiet li skondhom inħareġ mhumiex aktar sodisfatti, jew jekk l-organizzazzjoni kkonċernata tonqos ti tissodisfa l-obbligi mposti fuqha b'dan ir-Regolament jew bir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;
Artikolu 16
Monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tar-regoli
1. L-Aġenzija għandha tmexxi spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni f'oqsma koperti bl-Artikolu 1(1), sabiex tagħmel monitoraġġ ta' l-applikazzjoni minn awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u għandha tirrapporta lill-Kummissjoni.
2. L-Aġenzija għandha tikkonduċi investigazzjonijiet tekniċi sabiex tagħmel monitoraġġ ta' l-effettività ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, b'qies għall-miri stabbiliti fl-Artikolu 2.
3. L-Aġenzija għandha tiġi kkonsultata u tagħti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10.
4. Il-metodi ta' xogħol ta' l-Aġenzija sabiex tikkonduċi l-kompiti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu soġġetti għall-ħtiġiet li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2), u b'kont meħud għall-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.
Artikolu 17
Ir-Riċerka
1. L-Aġenzija tista' tiżviluppa u tiffinanzja riċerka sa fejn tirrelata strettament għat-titjib ta' attivitajiet fil-qasam ta' kompetenza tagħha, mingħajr preġudizzju għal-Liġi Komunitarja.
2. L-Aġenzija għandha tikkoordina r-riċerka tagħha u l-attivitajiet ta' żvilupp ma' dawk tal-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex tassigura li l-politiki u l-azzjonijiet huma konsistenti b'mod reċiproku.
3. Ir-riżultati tar-riċerka mill-fondi ta' l-Aġenzija għandhom jiġu ppubblikati, sakemm ma tikklassifikhomx bħala kunfidenzjali.
Artikolu 18
Relazzjonijiet Internazzjonali
1. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi skond il-liġi Komunitarja rilevanti. Għandha, b'mod partikolari, tassisti fl-armonizzazzjoni tar-regoli u tar-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' approvazzjonijiet li jikkonfermaw l-applikazzjoni soddisfaċenti tar-regoli.
2. L-Aġenzija tista' tikkoopera ma' l-awtortiajiet aeronawtiċi ta' pajjiżi tersi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament fil-kwadri ta' arranġamenti ta' xogħol konklużi ma' dawk il-korpi, skond id-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat.
3. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw l-obligi internazzjonali tagħhom, b'mod partikolari dawk taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago.
SEZZJONI II
L-ISTRUTTURA INTERNA
Artikolu 19
L-Istatus Legali, il-post, l-uffiċċji lokali
1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Komunità. Għandu jkollha personalità ġuridika.
2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-iktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Tista' b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti għal proċeduri legali.
3. L-Aġenzija tista' tistabbilixxi l-uffiċċji lokali tagħha fl-Istati Membri soġġetti għall-kunsens tagħhom.
4. L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
Artikolu 20
Impjegati
1. Ir-Regolamenti ta' l-impjegati ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kondizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati konġuntament mill-istituzzjonijiet tal-Komuntajiet Ewropej għal skopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti u l-Kondizzjonijiet ta' impieg għandhom japplikaw għall-impjegati ta' l-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament għall-membri tal-Bord ta' l-Appell.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30, il-poteri konferiti lill-awtorità ta' applikazzjoni mir-Regolamenti ta' l-Impjegati, u mill-Kondizzjonijiet ta' impieg ta' ħaddiema oħra, għandhom jiġu eżerċitati mill-Aġenzija fir-rigward ta' l-impjegati tagħha stess.
3. L-impjegati ta' l-Aġenzija għandhom jikkonsistu f'numru strettament limitat ta' uffiċjali mogħtija jew assekondati mill-Kummissjoni jew Stati Membri sabiex iwettqu kompiti ta' Tmexxija. Il-bqija ta' l-impjegati għandhom jikkonsistu f' impjegati oħra miġbura mill-Aġenzija kif neċessarju sabiex jitwettqu l-kompiti tagħha.
Artikolu 21
Privileġġi u Immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Aġenzija.
Artikolu 22
Ir-Responsabbiltà
1. Ir-responsabbiltà kontrattwali ta' l-Aġenzija għandha tiġi rregolata bil-Liġi applikabbli għall-kuntratt in kwistjoni.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni biex li tagħti sentenza skond kwalunkwe kważola ta' arbitraġġ li tinsab f' kuntratt konkluż mill-Aġenzija.
3. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-Liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkważata mid-dipartimenti jew mill-ħaddiema tagħha fil-qadi ta' dmirijiethom.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jirrelataw għal kumpens għall-ħsara msemmija fil-paragrafu 3.
5. Ir-responsabbiltà personali tal-ħaddiema tagħha lejn l-Aġenzija għandha tiġi rregolata bid-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regoalmenti jew il-Kondizzjonijiet ta' impjieg applikabbli għalihom.
Artikolu 23
Pubblikazzjoni ta' dokumenti
1. Mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet meħuda abbażi ta' l- Artikolu 290 tat-Trattat, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu prodotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità:
(a) reviżjoni tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 11(4);
(b) opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(1);
(ċ) ir-rapport ġenerali annwali u l-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 24(2)(b) u (ċ) rispettivament.
2. Is-servizzji ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament ta' l-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għal korpi ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 24
Poteri tal-Bord ta' Tmexxija
1. L-Aġenzija għandu jkollha Bord ta' Tmexxija.
2. IL-Bord ta' Tmexxija għandu:
(a) jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, u d-Diretturi fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv skond l- Artikolu 30;
(b) Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaddotta l-mizuri li hemm fir-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija u jibgħatu sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Istati Membri.
L-Aġenzija għandha tibgħat kull sena lill-awtorità tal-budget kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta' valutazzjoni.
(ċ) qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, u wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta l-programm ta' xogħol ta' l-Aġenzija għas-sena ta' ħidma ta' wara u jgħaddih lill-Parlament Ewopew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri; dan il-programm ta' xogħol għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura annwali Komunitarja tal-budget u l-programm leġislattiv Komunitarju fiż-żoni rilevanti tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni;
(d) jadotta linji gwida għall-allokazzjoni ta' kompiti ta' ċertifikazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati bi ftehim mal-Kummissjoni;
(e) jistabbilixxi proċeduri sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv skond l-Artikoli 43 u 44;
(f) Iwettaq il-funzjonijiet tiegħu rrelatati mal-budget ta' l-Aġenzija skond l-Artikoli 48, 49 u 52;
(g) Jaħtar membri tal-Bord ta' l-Appell skond l-Artikolu 3 2;
(h) jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur Eżekuttiv u d-Diretturi, bi ftehim mad-Direttur Eżekuttiv;
(i) jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-regolament fuq il-ħlasijiet u l-piżijiet kif imsemmi fl-Artikolu 53(1).
(j) jistabbilixxi ir-Regoli tiegħu ta' Proċedura;
(k) jiddeċiedi dwar arranġamenti lingwistiċi għall-Aġenzija;
(l) jikkumplimenta, meta approprjat, il-lista ta' dokumenti msemmija fl-Artikolu 23(1);
(m) jistabbilixxi l-istruttura organizzazzjonali ta' l-Aġenzija u jadotta l-poltika ta' impjieg ta' l-Aġenzija.
3. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni strettament relatata ma' l-iżvilupp strateġiku ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni, inkluża riċerka kif definit fl-Artikolu 17.
4. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi korp konsultattiv ta' partijiet interessati, li għandu jikkonsulta qabel ma jieħu deċiżjonijiet fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 2(ċ), (e), (f) u (i). Il-Bord ta' Tmexxija jista' wkoll jiddeċiedi li jikkonsulta lill-korp konsultattiv dwar kwistjonijiet oħra msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Il-Bord ta' Tmexxija m'għandux ikun marbut bl-opinjoni tal-korp konsultattiv.
Artikolu 25
Kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant ieħor mill-Kummissjoni. Għal dan l-iskop, kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru membru tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll supplent biex jirrappreżenta l-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. It-terminu tal-mandat għandu jkun ta' ħames snin. Dan it-terminu tal-mandat għandu jiġġedded.
2. Meta approprjat, il-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi Ewropej u l-kondizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 55.
Artikolu 26
Il-Presidenza tal-Bord ta' Tmexxija
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi President u Deputat President minn fost il-membri tiegħu. Id-Deputat President għandu ex officio jissostitwixxi lill-President fil-każ illi huwa/hija jiġu pprevenuti milli jwettqu l-kompiti tagħhom.
2. It-terminu tal-mandat tal-President u tad-Deputat President għandu jiskadi meta s-sħubija rispettiva tal-Bord ta' Tmexxija tieqaf. Soġġett għal din id-disposizzjoni, it-terminu tal-mandat tal-President jew tad-Deputat President għandu jkun ta' tliet snin. Dawn it-termini tal-mandat għandhom jiġġeddu.
Artikolu 27
Il-Laqgħat
1. Il-Laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jissejħu mill-President.
2. Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet.
3. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. B'żieda, għandu jiltaqa' fuq talba tal-President jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu.
4. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jistieden lil kwalunke persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.
5. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija jistgħu, soġġetti għad-disposizzjonijiet tar-Regoli tiegħu ta' Proċedura, jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.
6. Is-segretarjat tal-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija.
Artikolu 28
Il-Votazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(1), il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu. Fuq it-talba ta' membru tal-Bord ta' Tmexxija, id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 24(2)(k) għandha tittieħed b'unanimità.
2. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija m'għandux jivvota. Fl-assenza ta' membru, is-supplent tiegħu/ tagħha għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tiegħu/tagħha tal-vot.
3. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti iktar dettaljati ta' votazzjoni, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet għal membru sabiex jaġixxi f'isem membru ieħor kif ukoll kwalunkwe ħtiġiet tal-kworum, meta approprjat.
Artikolu 29
Il-Funzjonijiet u l-poteri tad-Direttur Eżekuttiv
1. L-Aġenzija għandha tiġi amministrata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettieq tal-kompiti tiegħu/tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u l-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv m'għandu la jfittex u lanqas jieħu istruzzjoniijiet minn xi gvern jew korp ieħor.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija biex jirrapporta dwar it-twettieq tal-kompiti tiegħu/ tagħha.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu l-funzjonijiet u l-poteri li ġejjin:
(a) li japprova l-miżuri ta' l-Aġenzija kif definiti fl-Artikoli 13 u 15 fil-limiti speċifikati b' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u kwalunkwe liġi applikabbli;
(b) li jiddeċiedi dwar ispezzjonijiet u investigazzjonijiet kif previst fl-Artikoli 45 u 46;
(ċ) li jalloka kompiti ta' ċertifikazzjoni lill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' l-Avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati skond il-linji gwida mfassla mill-Bord ta' Tmexxija;
(d) li jidħol għal kwalunkwe funzjonijiet internazzjonali u kooperazzjoni teknika ma' pajjiżi terzi skond l-Artikolu 18;
(e) jieħu l-passi kollha neċessarji, inkluża l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżguraw il-funzjonament ta' l-Aġenzija skond id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(f) jipprepara kull sena abbozz ta' rapport ġenerali u jissottomettih lill-Bord ta' Tmexxija;
(g) jeżerċita fir-rigward ta' l-impjegati l-poteri stabbiliti fl- Artikolu 20(2);
(h) ifassal l-istimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija skond l- Artikolu 48, u jimplimenta l-budget skond l-Artikolu 49;
(i) jiddelega l-poteri tiegħu lill-membri oħra ta' l-impjegati ta' l-Aġenzija soġġett għar-regoli li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2);
(j) Bil-kunsens tal-Bord ta' Tmexxija, sabiex jieħu deċiżjoni fir-rigward ta' l-istabbilimenti ta' uffiċċji lokali fl-Istati Membri skond l- Artikolu 19(3).
Artikolu 30
Il-Ħatra ta' uffiċċjali Għolja
1. Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandu jinħatar abbażi tal-merti tiegħu u kompetenza u esperjenza dokumentata rilevanti għal avjazzjoni ċivili, jew jitneħħa mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu
2. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi assistit minn Direttur wieħed jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv huwa assenti jew indispost wieħed mid-Diretturi għandu jeħodlu postu.
3. Id-Diretturi ta' l-Aġenzija għandhom jinħatru abbażi ta' kompetenza professjonali rilevanti għal avjazzjoni ċivili, jew jitneħħew mill-Bord ta' Tmexxija fuq il-proposta tad-Direttur Eżekuttiv.
4. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u tad-Diretturi għandu jkun ta' ħames snin. Dan il-mandat għandu jiġġedded.
Artikolu 31
Il-Poteri tal-Bordijiet ta' Appelli
1. Fl-Aġenzija, għandu jkun hemm Bord ta' l-Appell wieħed jew aktar.
2. Il-Bord jew Bordijiet ta' l-Appell għandhom ikunu responsabbli biex jiddeċiedu dwar appelli kontra d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35.
3. Il-Bord jew Bordijiet ta' l-Appell għandhom jissejħu kif neċessarju. In-numru ta' Bordijiet ta' l-Appell u l-allokazzjoni tax-xogħol għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3).
Artikolu 32
Komposizzjoni tal-Bordijiet ta' l-Appell
1. Il-Bord ta' l-Appell għandu jikkonsisti minn President u żewġ membri oħra.
2. Il-President u ż-żewġ membri għandu jkollhom supplenti li jirrappreżentawhom fl-assenza tagħhom.
3. Il-President, il-membri l-oħra u s-supplenti rispettivi tagħhom għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta' kandidati kwalifikati adottata mill-Kummissjoni.
4. Meta l-Bord ta' l-Appell jikkunsidra illi n-natura ta' l-appell tirrikjedi hekk, jista' jsejjaħ żewġ membri oħra mill-imsemmija lista għal dak il-każ.
5. Il-kwalifiki meħtieġa għall-membri ta' kull Bord ta' l-Appell, il-poteri ta' membri individwali fil-fażi preparatorja tad-deċiżjonijiet u l-kondizzjonijiet ta' votazzjoni għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3).
Artikolu 33
Membri tal-Bordijiet ta' l-Appell
1. Il-mandat tal-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell, inkluż il-President u s-supplenti rispettivi tagħhom, għandu jkun ta' ħames snin. Dan il-mandat għandu jkun jiġġedded.
2. Il-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell għandhom ikunu indipendenti. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom m'għandhomx ikunu marbuta bi kwalunkwe istruzzjonijiet.
3. Il-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell ma jistgħux iwettqu dmirijiet oħra fl-Aġenzija. Il-funzjoni tal-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell jistgħu jkunu funzjonijiet fuq bażi part-time.
4. Il-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell ma jistgħux jitneħħew mill-mandat jew mil-lista matul il-mandati rispettivi tagħhom sakemm ma jkunx hemm bażijiet serji sabiex jitneħħew u l-Kummissjoni, wara li tottjeni l-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija, tieħu deċiżjoni għal dan l-iskop.
Artikolu 34
Esklużjoni u oġġezzjoni
1. Membri tal-Bordijiet ta' l-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi kwalunkwe proċeduri ta' appell jekk ikollhom xi interess personali fihom, jew jekk qabel kienu involuti qabel bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet għall-proċeduri, jew jekk ipparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.
2. Jekk, għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1jew għal xi raġuni oħra , membru tal-Bord ta' l-Appell jikkunsidra illi huwa/hija m'għandux jieħu sehem fil-proċeduri ta' l-appell, huwa/hija għandu jinforma lill-Bord ta' l-Appell minnufih.
3. Membri tal-Bordijiet ta' l-Appell jistgħu jiġu oġġezzjonati minn kwalunkwe parti għall-proċeduri ta' l-appell fuq xi wieħed mill-bażijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jew jekk issuspettat b' parzjalità. Oġġezzjoni m'għandhiex tkun ammissibbli jekk, waqt li tkun konxja mir-raġuni għal oġġezzjoni, il-parti għall-proċeduri ta' l-appell tkun għamlet pass proċedurali. L-ebda oġġezzjoni ma tista' tkun ibbażata fuq n-nazzjonalità tal-membri.
4. Il-Bordijiet tal-Appell għandhom jiddeċiedu dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru kkonċernat. Għall-iskopijiet biex tittieħed din id-deċiżjoni, il-membru kkonċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord ta' l-Appell mis-supplent tiegħu/tagħha.
Artikolu 35
Deciżjonijiet soġġetti għal Appell
1. Appell jista' jsir kontra deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija li ttieħdu skond l-Artikoli 15, 46 jew 53.
2. Appell li jsir skond il-paragrafu 1 hawn fuq m'għandux ikollu effett ta' sospensjoni. Madanakollu, l-Aġenzija tista', jekk tikkunsidra illi ċ-ċirkostanzi jippermettu, tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
3. Appell kontra deċiżjoni illi ma ttemmx il-proċeduri fir-rigward ta' waħda mill-partijiet jista' jsir biss konġuntement ma' appell kontra d-deċiżjoni finali, sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix għal appell separat.
Artikolu 36
Persuni intitolati għal appell
Kull persuna fiżika jew ġuridika tista' tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, hija ta' interess dirett u indivdwali għal ta' l-ewwel. Il-partijiet għall-proċeduri jistgħu jkunu parti għall-proċeduri ta' appell.
Artikolu 37
Limitu ta' żmien u forma
L-appell, flimkien ma' l-istqarrija tal-bażijiet tiegħu, għandhom jiddaħħlu bil-kitba fl-Aġenzija fi żmien xagħrejn minn notifika tal-miżura lill-persuna kkonċernata, jew, fl-assenza tagħha, fil-jum li saret taf bih ta' l-aħħar, skond il-każ.
Artikolu 38
Reviżjoni Interlokutorja
1. Jekk id-Direttur Eżekuttiv jikkunsidra li l-appell huwa ammissibbli u fundat tajjeb, huwa/hija għandhom jirrettifikaw id-deċiżjoni. Dan m'għandux japplika meta l-appellant huwa oppost għal parti oħra għall-proċeduri ta' l-appell.
2. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix rettifikata fi żmien xahar wara l-irċevuta tad-dikjarazzjoni ta' bażijiet għall-appell, l-Aġenzija għandha tiddeċiedi minnufih jekk tissospendix jew le l-applikazzjoni tad-deċiżjoni skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 35(2), u għandha tirrimetti l-appell lill-Bord ta' l-Appell.
Artikolu 39
Eżami ta' appelli
1. Jekk l-appell huwa ammissibbli, il-Bord ta' l-Appell għandu jeżamina jekk l-appell huwiex fundat sewwa.
2. Meta jeżamina l-appell, il-Bord ta' l-Appell għandu jaġixxi malajr. Għandu jistieden kif neċessarju lill-partijiet għall-proċeduri ta' l-appell biex jissottomettu l-osservazzjonijiet dwar notifiki maħruġa minnu stess jew fuq komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħra għall-proċeduri ta' l-appell, fi żmien speċifikat. Il-partijiet għall-proċeduri ta' l-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu preżentazzjonijiet orali.
Artikolu 40
Deċiżjonijiet ta' l-appell
Il-Bord ta' l-Appell jista' jeżerċita kull poter li jaqa' fil-kompetenza ta' l-Aġenzija, jew jista' jerġa' jirrimetti l-każ lill-korp kompetenti ta' l-Aġenzija. Ta' l-aħħar għandu jkun marbut bid-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell.
Artikolu 41
Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
1. Appell jista' jinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet ta' l-Appell skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl- Artikolu 230 tat-Trattat.
2. Jekk l-Aġenzija ma tieħux deċiżjoni, proċeduri għal dan in-nuqqas ta' azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 232 tat-Trattat.
3. L-Aġenzija għandha tkun meħtieġa tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 42
Appell dirett
Stati Membri u istituzzjonijiet Komunitarji jistgħu jalloġġaw appell dirett quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija.
SEZZJONI III
METODI TA' ĦIDMA
Artikolu 43
Proċeduri għall-iżvilupp ta' opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifkazzjoni u materjal ta' gwida
1. Malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi proċeduri trasparenti biex joħorġu opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u materjal ta' gwida msemmi fl-Artikolu 13 (a) u (b).
Dawk il-proċeduri għandhom:
(a) jiġbdu fuq l-esperjenza disponibbli fl-awtoritajiet regolatorji ta' l-avjazzjoni ta' l-Istati Membri;
(b) kull meta neċessarju, jinvolvu esperti appropjati minn partijiet rilevanti interessati;
(ċ) jiżguraw l-Aġenzija tippubblika dokumenti u tikkonsulta partijiet interessati, skond skeda u proċedura li tinkludi obbligu fuq l-Aġenzija sabiex tagħmel tweġiba bil-miktub għall-proċess ta' konsultazzjoni.
2. Meta l-Aġenzija, skond Artikolu 14, tiżviluppa opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u materjal gwida li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri, għandha tistabbilixxi proċedura sabiex tikkonsulta lill-Istati Membri. Għal dan l-iskop, tista' toħloq grupp ta' xogħol li fih kull Stat Membru huwa intitolat jaħtar espert.
3. Miżuri msemmija fl-Artikolu 13 (a) u (b) u l-proċeduri stabbiliti skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġi ppubblikati f' pubblikazzjoni uffiċjali ta' l-Aġenzija.
4. Proċeduri speċjali għandhom jiġu stabbiliti sabiex jindirizzaw azzjoni immedjata li għandha tittieħed mill-Aġenzija sabiex tirreaġixxi għal problema ta' sigurtà u tinforma lill-partjiet interessati rilevanti bl-azzjoni li għandhom jieħdu.
Artikolu 44
Proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi proċeduri trasparenti sabiex jittieħdu deċiżjonijiet individwali hekk kif provdut fl-Artikolu 13 (ċ).
Dawk il-proċeduri għandhom:
(a) jassiguraw is-smiegħ tal-persuna fiżika jew ġuridika li għandha tiġi indirizzata fid-deċiżjoni u ta' kull parti oħra b'interess dirett u individwali;
(b) jipprovdu għal notifika ta' deċiżjoni lil persuna fiżika jew ġuridika u l-pubblikazzjoni tagħha;
(ċ) jipprovdu għal informazzjoni lill-persuna fiżika jew ġuridika li lilha d-deċiżjoni hija indirizzata, u kull parti oħra għall-proċeduri, tar-rimedji legali disponibbli għal dik il-persuna taħt dan ir-Regolament;
(d) jassiguraw illi d-deċiżjoni tikkontjeni raġunijiet.
2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi ukoll proċeduri li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom id-deċiżjonijiet huma notifikati filwaqt li jieħu kont dovut tal-proċedura ta' l-appell.
3. Proċeduri speċjali għandhom jiġu stabbiliti sabiex jindirizzaw azzjoni immedjata li għandha titieħed mill-Aġenzija sabiex tirreaġixxi għal problema ta' sigurtà u tinforma lill-partijiet interessati rilevanti bl-azzjoni li għandhom jieħdu.
Artikolu 45
Ispezzjonijiet ta' Stati Membri
1. Mingħajr preġudizzju għall-poteri ta' applikazzjoni konferiti mit-Trattat lill-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, billi tikkonduċi spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif speċifikat fl-Artikolu 16(1). L-Uffiċjali awtorizzati taħt dan ir-Regolament, u l-awtoritajiet nazzjonali, għandhom il-poter, illi in konformità mad-disposizzjonijiet ġuridiċi ta' l-Istat Membru kkonċernat:
(a) jeżaminaw ir-reġistri, d-data, l-proċeduri u kwalunkwe materjal rilevanti ieħor biex jintlaħħqu l-livelli ta' sigurtà fl-avjazzjoni skond dan ir-Regolament;
(b) jieħdu kopji jew biċċiet minn dawn ir-reġistri, data, proċeduri u materjal ieħor;
(ċ) jitolbu għal spjegazzjoni orali fuq il-post;
(d) jidħlu fi kwalunkwe post, art jew mezz ta' transport rilevanti.
2. L-uffiċjali ta' l-Aġenzija awtorizzati għall-iskop ta' dawn l-ispezzjonijiet għandhom jeżerċitaw il-poteri tagħhom wara li jipproduċu awtorizazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett, l-iskop ta' l-ispezzjoni u d-data li fiha għandha tibda. Sewwa qabel l-ispezzjoni, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-ispezzjoni u bl-identità ta' l-uffiċjali awtorizzati.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jissotometti għal dawn l-ispezzjonijiet u għandu jassigura illi korpi jew persuni kkonċernati wkoll jissottomettu għal ispezzjonijiet.
4. Meta spezzjoni skond it-termini ta' dan l-Artikolu tinvolvi spezzjoni ta' impriża jew assoċazzjoni ta' impriża d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 46 għandhom japplikaw. Meta intrapriża topponi din l-ispezzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti l-assistenza neċessarja lil uffiċjali awtorizzati mill-Aġenzija sabiex jagħmlu l-ispezzjoni tagħhom.
5. Rapporti mfassla f'applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli fil-lingwa(i) uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn saret l-ispezzjoni.
Artikolu 46
Investigazzjoni ta' impriżi
1. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 15, l-Aġenzija tista' tikkonduċi jew talloka lill-awtoritajiet nazzjonli ta' l-avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati l-investigazzjonijiet kollha neċessarrji ta' l-intrapriżi. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu in konformità mad-disposizzjonijiet ġuridiċi ta' l-Istati Membri li fihom għandhom jitwettqu. Għal dak l-iskop, il-persuni awtorizzati taħt dan ir-regolament huma awtorizzati illi:
(a) jeżaminaw ir-reġistri, id-data, il-proċeduri u kwalunkwe materjal rilevanti ieħor għall-eżekuzzjoni tal-kompiti ta' l-Aġenzija;
(b) jieħdu kopji ta' jew biċċiet minn dawn ir-reġistri, data, proċeduri u materjal ieħor;
(ċ) jitolbu għal spjegazzjoni orali fuq il-post;
(d) jidħlu f'postijiet, art jew mezzi rilevanti ta' transport ta' intrapriżi.
2. Il-persuni awtorizzati għall-iskop ta' dawn l-investigazzjonijiet għandhom jeżerċitaw il-poteri tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop ta' l-investigazzjoni.
3. Sewwa qabel l-investigazzjoni, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat li fit-territorju tiegħu għandha ssir l-investigazzjoni, bl-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. Uffiċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat għandhom, fuq talba ta' l-Aġenzija, jassistu lill-persuni awtorizzati fit-twettieq ta' dmirijiethom.
Artikolu 47
Transparenza u komunikazzjoni
1. Ir-Regolament (KE) Num. 10492001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 8 ) għandu japplika għad-dokumenti fil-pussess ta' l-Aġenzija.
2. L-Aġenzija tista' tikkomunika fuq inizjattiva proprja fl-oqsma fil-missjoni tagħha. Għandha tiżgura b'mod partikolari illi, b'żieda għall-pubblikazjoni speċifikata fl-Artikolu 43(3), il-pubbliku u kull parti interessata jingħataw b'mod rapidu informazzjoni objettiva, dipendibbli u li tinftiehem malajr fir-rigward tax-xogħol tagħha.
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-arranġamenti dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Num.10492001 fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Num. 16432003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Num. 15922002 tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni ( 9 ).
4. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun intitolata illi tindirizza hija stess bil-miktub lill-Aġenzija fi kwalunkwe waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 314 tat-Trattat. Għandu jkollha d-dritt li tirċevi risposta fl-istess lingwa.
5. Deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-Aġenzija konformi ma' l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Num. 10492001 jistgħu jkunu l-kawża ta' lmenti li jintbagħtu lill-Ombudsman jew li tinħoloq azzjoni quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja, taħt l-Artikli 195 u 230 tat-Trattat tal-KE rispettivament.
SEZZJONI IV
ĦTIĠIET FINANZJARJI
Artikolu 48
Budget
1. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:
(a) kontribuzzjoni mill-Komunità u minn kwalunkwe pajjiż terz Ewropew li miegħu l-Komunità kkonkludiet ftehim imsemmi fl- Artikolu 55;
(b) il-piżijiet imħallsa mill-applikanti għal, u titolari ta', ċertifikati u approvazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija; u
(ċ) piżijiet għal pubblikazzjonijiet, taħriġ u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-Aġenzija.
2. In-nefqa ta' l-Aġenzija għandha tinkludi l-ispejjeż ta' l-impjegati, dawk amministrattivi, infrastrutturali, u operazzjonali.
3. Id-Dħul u l-Ħruġ tal-finanzi għandhom jibbilanċjaw.
4. Kull sena l-Bord tat-Tmexxija, skond il-bażi ta' abbozz ta' rendikont li juri estimi tad-dħul u l-ħruġ tal-finanzi, għandu jipproduċi rendikont li juri l-Budget tad-dħul u l-ħruġ tal-finanzi ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara.
5. Dan ir-rendikont ta' l-estimi, li għandu jinkludi abbozz ta' pjan tat-twaqqif flimkien mal-programm proviżorju tax-xogħlijiet, għandu jintbagħat mill-Bord tat-Tmexxija sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu lill-Kummissjoni u lill-Istati li magħhom il-Komunità tkun ikkonkludiet ftehim skond l-Artikolu 55.
6. Ir-rendikont ta' l-estimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (minn hawn “il-quddiem riferut bħala l-awtorità tal-Budget) flimkien ma”; l-abbozz preliminari tal-Budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
7. Konformi mar-rendikont ta' l-estimi, il-Kummissjoni, għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-Budget li jidhrilha neċessarji għall-pjan tat-twaqqif u l-ammont tas-sussidju li jrid jidħol fil-Budget ġenerali, li hija tkun ser tressaq quddiem l-awtorità tal-Budget skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.
8. L-awtorità tal-Budget għandha tawtorizza s-somom ta' flus allokati għas-sussidju lill-Aġenzija.
9. Il-Budgetgħandu jiġi addottat mill-Bord tat-Tmexxija. Għandha titqies bħala finali wara l-approvazzjoni finali tal-Budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Isiru l-aġġustamenti fejn ikun meħtieġ.
10. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, malajr kemm jista' jkun, javża lill-awtorità tal-Budget bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta xi proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet sinifikattivi għall-iffinanzjar tal-Budget, b'mod partikulari kull proġett li jirrigwarda propjeta' bħall-kiri jew xiri ta' bini. Għandu javża lill-Kummissjoni b'dan.
Fejn xi fergħa ta' l-awtorità tal-Budget tkun uriet l-intenzjoni tagħha li tixtieq tesprimi opinjoni, din għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord tat-Tmexxija fi żmien sitt ġimgħat mid-data ta' l-avviż tal-proġett.
L'Artikolu 49
Implimentazzjoni ta' u kontroll fuq il-Budget
1. Id-Direttur Esekuttiv għandu jimxi fuq il-Budget ta' l-Aġenzija.
2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal inkarigat miż-żamma tal-kotba ta' l-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal korrispondenti tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar il-kontroll tal-Budget u tal-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal inkarigat miż-żamma tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet u tal-korpi iddeċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal inkarigat mill-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar il-kontroll tal-Budget u tal-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-kontroll tal-Budget u tal-finanzi għas-sena finanzjarja għandu wkoll jiġi mibgħut lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Mal-wasla mill-Qorti ta' l-Awdituri ta' l-osservazzjonijiet dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija, taħt l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Esekuttiv għandu jikkompila l-kontijiet finali ta' l-Aġenzija taħt ir-responsabbilta' tiegħu u jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.
5. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija.
6. Id-Direttur Esekuttiv għandu, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija.
7. Għandhom jiġu ippubblikati l-kontijiet finali.
8. Id-Direttur Esekuttiv għandu jibgħat risposta lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Huwa għandu jibgħat ir-risposta tieghu lill-Bord tat-Tmexxija wkoll.
9. Id-Direttur Esekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, kull tagħrif neċessarju sabiex tkun tista' tiġi attwata mingħajr problemi l-proċedura tal-ħlas għas-sena finanzjarja partikulari, hekk kif preskritt fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li jkun mexa fuq maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, jagħti permess lid-Direttur Esekuttiv fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-Budget għas-sena N.
Artikolu 50
Ġlieda kontra l-frodi
1. Fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra d-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 10731999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l- investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF) ( 10 ) għandhom japplikaw mingħar restrizzjoni.
2. L-Aġenzija għandha taċċetta l-Ftehim Interistituzzjonali tal- 25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF) ( 11 ) u għandha toħroġ, mingħajr telf ta' żmien, id-disposizzjonijiet approprjati applikabbli għall-impjegati kollha ta' l-Aġenzija.
3. Id-Deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-għoti ta' fondi u l-ftehim ta' implimentazzjoni u l-istrumenti li irriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċatament illi l-Qorti ta' l-Awdituri u l- OLAF jistgħu jekk neċessarju jwettqu kontrolli fuq il-post fost ir-reċipjenti ta' l-iffinanzjar ta' l-Aġenzija u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tagħhom.
Artikolu 51
Il-Valutazzjoni
1. Fi żmien tliet snin mid-data meta l-Aġenzija ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull ħames snin wara, il-Bord ta' Tmexxija għandu jikkummissjona valutazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. Il-valutazzjoni għandha teżamina kemm l-Aġenzija tissodisfa l-missjoni tagħha b'mod effettiv. Għandha tistma wkoll l-impatt ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiċi ta' ħidma tagħha sabiex fl-istabbiliment ta' livell għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili. Il-valutazzjoni għandha tieħu kont ta' l-opinjonijiet ta' dawk kollha kkonċernati, fuq livell kemm Ewropew kif ukoll nazzjonali.
3. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jirċievi r-riżultati tal-valutazzjoni u joħroġ rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-bidliet għal dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiċi ta' ħidma tagħha lill-Kummissjoni,li tista' tgħaddihom, flimkien ma' l-opinjoni tagħha kif ukoll proposti approprjati, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Pjan ta' azzjoni bi skeda għandhom jiġu nklużi, jekk approprjat. Kemm is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-valutazzjoni għandhom ikunu pubbliċi.
Artikolu 52
Dispożizzjonijiet finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu addottati mill-Bord tat-Tmexxija wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Num. 23432002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 12 ) sakemm dan it-tbegħid ma jkunx hemm il-ħtieġa speċifika għalih minħabba l-operat ta' l-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.
Artikolu 53
Regolament dwar ħlasijiet u piżijiet
1. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(3) u wara li tikkonsulta l-Bord ta' Tmexxija, għandha tadotta regolament dwar ħlasijiet u piżijiet.
2. Ir-Regolament dwar il-ħlasijiet u l-piżijiet għandu jiddetermina b'mod partikolari l-materji li għalihom ħlasijiet u piżijiet skond l-Artikolu 48(1) huma dovuti, l-ammont ta' ħlasijiet u piżijiet u l-mod kif għandhom jitħallsu.
3. Ħlasijiet u piżijiet għandhom jiġu mposti għal:
(a) il-ħruġ u tiġdid ta' ċertifkati, kif ukoll il-funzjonijiet irrelatati kontinwi ta' sbalji u ommissjonijiet;
(b) disposizzjoni ta' servizzi; għandhom jirriflettu l-ispiża attwali ta' kull dispsoizzjoni individwali;
(ċ) l-ipproċessar ta' appelli.
Il-ħlasijiet u l-piżijiet kollha għandhom jiġu espressi, u jitħallsu, f'ewro.
4. L-ammont ta' ħlasijiet u piżijiet għandu jiġi ffisat f'livell sabiex jiġi assigurat li d-dħul fir-rigward tagħhom huwa fil-prinċipju suffiċjenti biex ikopri l-ispiża kollha tas-servizzi mogħtija.
Il-Kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 48(1), tista' tkopri, għal perjodu transitorju li jispicca fil-31 ta' Diċembru tar-raba' sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-ispiża li tirrelata għall-fażi inizjali ta' operazzjoni ta' l-Aġenzija. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(3), dan il-perjodu jista' jiġi estiż jekk neċessarju, għal mhux iktar minn sena.
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 54
Il-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.
2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b'qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw fir-rigward tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deciżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.
4. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu japplika.
Qabel ma tadotta d-Deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Il-perjodu previst fl-Artikolu 6(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/ KE għandu jkun ta' tliet xhur.
Meta deċiżjoni tal-Kummissjoni hija riferita lill-Kunsill minn Stat Membru, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti f'perjodu ta' tliet xhur
5. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu
Artikolu 55
Il-Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej
L-Aġenzija għandha tkun miftħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Chicago u li daħlu fi ftehim mal-Komunità Ewropea fejn adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi Komunitarja fil-kamp kopert minn dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
Skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta' dan il-ftehim, jiġu żviluppati arranġamenti li għandhom, inter alia, jispeċifikaw in-natura u l-estent ta', u r-regoli dettaljati, għall-parteċipazzjoni minn dawn il-pajjiżi fix-xogħol ta' l-Aġenzija, inklużi disposizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u impjegati
Artikolu 56
Il-Bidu ta' l-operazzjoni ta' l-Aġenzija
1. L-Aġenzija għandha tidħol għall-kompiti ta' ċertifikazzjoni li hi responsabbli għalihom skond l-Artikolu 15 sa mit-28 ta' Settembru 2003. Sa dak in-nhar, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jimplimentaw leġislazzjoni u regolamenti applikabbli.
2. Matul perjodu addizzjonali ta' transizzjoni ta' 42 xahar mid-data msemmija fil-paragrafu 1, Stati Membri jistgħu jibqgħu joħorġu ċertifikati u approvazzjonijiet b'deroga mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 5, 6, 9 u 15 taħt il-kondizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni fir-regoli ta' implimentazzjoni adottati għall-applikazzjoni tagħhom. Meta f'dak il-kuntest Stati Membri joħorġu ċertifikati abbażi ta' ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi, ir-regoli ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jagħtu konsiderazzjoni dovuta lill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 9(2)(b) u (ċ).
3. B'deroga mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 43, fl-istennija ta' l-adozzjoni tal-ħtiġiet essenzjali skond l-Artikolu 7, l-eżekuzzjoni tal-kompiti korrispendenti mill-Aġenzija tista' tkun soġġetta għal proċeduri ta' xogħol miftiehma mill-awtoritajiet konġunti ta' l-avjazzjoni.
Artikolu 57
It-Tħassir
1. Id-Direttiva 80/51 KEE u l-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 għandhom jitħassru sa mit-28 ta' Settembru 2003.
2. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 għandhom japplikaw għal prodotti, partijiet u apparat, organizzazzjonijiet u persuni li ġew ċertifikati skond id-disposizzjonijiet imsemmijs fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 58
Id-Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Artikoli 5 u 6 għandhom japplikaw mid-dati speċifikati fir-regoli ta' implimentazzjoni.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Ħtiġiet essenzjali għall-Airworthiness imsemmija fl-Artikolu 5
|
1. |
: l-integrità tal-prodott għandha tiġi assigurata għall-kondizzjonijiet kollha ta' titjir antiċipati għall-ħajja operazzjonali ta' l-inġenju ta' l-ajru. Il-Konformità mal-ħtiġiet kollha għandha tintwera permezz ta' stima jew analiżi, appoġġati, meta neċessarju, minn testijiet.
|
|
2. |
Aspetti ta' Airworthiness ta' operazzjoni tal-prodott
|
|
3. |
(li jinkludu persuni fiżiċi li jidħlu għad-disinn, il-fabbrikazzjoni jew il-mauntenzjoni)
|
ANNESS II
L-Inġenji ta' l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(2)
Inġenji ta' l-ajru li għalihom l-Artikolu 4(1) ma japplikax huma inġenji ta' l-ajru li għalihom ċertfikat tat-tip jew ċertifkat ta' Airworthiness ma nħariġx a bażi ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, u li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:
(a) inġenji ta' l-ajru li jkollhom rilevanza storika ċara, relatata għal:
(i) parteċipazzjoni f'avvemeniment storiku importanti; jew
(ii) pass maġġuri fl-iżvilupp ta' l-avjazzjoni; jew
(iii) rwol maġġuri fil-forzi armati ta' Stat Membru;
u li jissodisfa kriterju wieħed jew iktar milli ġejjin:
(i) huwa stabbilit li d-disinn inizjali tiegħu għandu aktar minn 40 sena;
(ii) il-produzzjoni tiegħu waqfet minn ta' l-inqas 25 sena ilu;
(iii) inqas minn 50 inġenju ta' l-ajru ta' l-istess disinn bażiku għandhom irreġistrati fl-Istati Membri;
(b) inġenji ta' l-ajru speċifikament maħsuba jew modifikati għar-riċerka, skopijiet sperimentali jew xjentifiċi, u x' aktarx li jiġu prodotti f' numri limitati ħafna;
(ċ) inġenji ta' l-ajru li minnhom mill-inqas 51 % huwa mibni minn dilettant, jew assoċazzjoni mingħajr profit ta' dilettanti, għall-iskopijiet proprji u mingħajr ebda objettiv kummerċjali;
(d) inġenji ta' l-ajru li d-disinn oriġinali tagħhom kien intiż għal skopijiet militari biss;
(e) ajruplani li m'għandhom aktar minn żewġ sedili, il-veloċità ta' waqfien jew il-veloċità minima uniformi tat-titjira fil-konfigurazzjoni ta' l-inżul ma teċċeddix 35 knots f'veloċità kalibrata ta' l-ajru (CAS), u l-massa massimu ta' take off (MTOM) ta'mhux iktar minn:
(i) 300 kg għal ajruplan ta' l-art , sedil wieħed; jew
(ii) 450 kg għal ajruplan ta' l-art, żewġ sedili; jew
(iii) 330 kg għal ajruplan amfibju jew galleġġjanti ta' sedil wieħed; jew
(iv) 495 kg għal ajruplan amfibju jew galleġġjanti ta' żewġ sedili, sakemm, meta opera kemm bħala galleġġjanti kif ukoll bħala ajruplan ta' l-art, jaqa' taħt iż-żewġ limiti MTOM, kif approprjat;
(f) “gliders” b'massa strutturali ta' inqas minn 80 kg meta b'sedil wieħed jew 100 kg meta b' żewġ sedili, inklużi dawk li jittellgħu bis-sieq;
(g) inġenju ta' l-ajru mingħajr kontrolli b' massa operazzjonali ta' inqas minn 150 kg;
(h) kwalunkwe inġenju ta' l-ajru ieħor b' massa totali mingħajr pilota ta' inqas minn 70 kg.
( 1 ) ĠU C 154 E, tad-29.5.2001, p. 1.
( 2 ) ĠU C 221, tas-7.8.2001, p. 38.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2001 (ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 146), Pożizzjoni Komuni ta-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 (ĠU C 58 E, 5.3.2002, p. 44) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' April 2002 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2002.
( 4 ) ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.
( 5 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 6 ) ĠU L tat-18, 24.1.1980, p. 26. Id-Direttiva hekk kif l-aħħar emendat permezz tad-Direttiva 83/206/KEE (ĠU L 117, 4.5.1983, p. 15).
( 7 ) ĠU L 373, tal-31.12.1991, p. 4. Regolament hekk kif l-aħħar emendat permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 28712000 (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 47).
( 8 ) ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.
( 9 ) ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 7.
( 10 ) ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 1.
( 11 ) ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 15.
( 12 ) ĠU L 357 31.12.2002, s. 72; corrigendum f' ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.