<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-375/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0375</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1026">EU:C:2018:1026</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20181219">19.12.2018</DATE> – Kawża C‑375/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Stanley International Betting u Stanleybet Malta</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 49 u 56 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Logħob tal-ażżard</KEYWORD><KEYWORD>Konċessjoni għall-ġestjoni tas-servizz tal-logħob tal-Lotto awtomatizzat u logħob numeriku ieħor bi kwota fissa skont il-mudell ta’ konċessjonarju wieħed</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet imperattitivi ta’ interess ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑375/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Stanley International Betting Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stanleybet Malta Ltd.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Economia e delle Finanze,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia delle Dogane e dei Monopoli,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Lottomatica SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Lottoitalia Srl,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tat-Tielet Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, C. Toader (Relatur), u A. Rosas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Stanley International Betting Ltd, minn R. Jacchia, F. Ferraro, A. Terranova u D. Agnello, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Stanleybet Malta Ltd., minn D. Agnello u M. Mura, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Lottoitalia Srl, minn F. Satta, R. Mastroianni, S. Fidanzia, A. Gigliola, R. Baratta u A. Romano, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino u P. G. Marrone, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u L. Van den Broeck, bħala aġenti, assistiti minn P. Vlaemminck, R. Verbeke u B. Van Vooren,, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, A. Silva Coelho u P. de Sousa Inês, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Tserepa-Lacombe, G. Gattinara u P. Ondrůšek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20180927">27 ta’ Settembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 56 TFUE, tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, trasparenza u proporzjonalità, kif ukoll tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 114, p. 24</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 82, p. 17</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Stanley International Betting Ltd, kumpannija rreġistrata fir-Renju Unit, u Stanleybet Malta Ltd., sussidjarja tagħha bbażata f’Malta (iktar ’il quddiem, flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Stanley<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Ministero dell’Economia e delle Finanze (il-Ministeru għall-Ekonomija u għall-Finanzi, l-Italja) u l-Agenzia delle Dogane e dei Monopoli (l-Aġenzija Doganali u tal-Monopolji, l-Italja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>ADM<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar il-legalità tal-proċedura ta’ kuntratt pubbliku organizzat għall-finijiet tal-attribuzzjoni, fl-Italja, tal-konċessjoni għall-ġestjoni tas-servizz tal-logħob tal-Lotto awtomatizzat u ta’ logħob diġitali ieħor bi kwota fissa (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Lotto<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 1 tad-Direttiva 2014/23 tiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>In-nuqqas ta’ regoli ċari fil-livell tal-Unjoni li jirregolaw l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni jagħti lok għal inċertezza legali u għal ostakoli għall-forniment ħieles ta’ servizzi u joħloq distorsjonijiet fil-funzjonament tas-suq intern. […] Qafas legali adegwat, ibbilanċjat u flessibbli għall-għoti tal-konċessjonijiet jiżgura aċċess effettiv u mhux diskriminatorju għas-suq għall-operaturi ekonomiċi<?PAGE NO="3"?> kollha tal-Unjoni u ċertezza legali, u jiffavorixxi l-investimenti pubbliċi f’infrastrutturi u servizzi strateġiċi liċ-ċittadin. Tali qafas legali jkun jippermetti wkoll li jkun hemm ċertezza legali akbar għall-operaturi ekonomiċi u jista’ jkun ta’ bażi u mezz għal ftuħ akbar tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u għat-tisħiħ tal-kummerċ dinji. […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 51 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Traspożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-<DATE ISO="20170430">30 ta’ April 2017</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 54 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Dħul fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</ALINEA><ALINEA>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-għoti ta’ konċessjonijiet offruti jew mogħtija qabel is-<DATE ISO="20140417">17 ta’ April 2014</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Nru 528/1982 tat‑<DATE ISO="19820802">2 ta’ Awwissu 1982</DATE> li Tirregola l-Logħob tal-Lotto u l-Persunal li Jaħdem fil-Lotto</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-legge n. 528 – Ordinamento del gioco del lotto e misure per il personale del lotto (il-Liġi Nru 528 li Tirregola l-Logħob tal-Lotto u l-Persunal li Jaħdem fil-Lotto), tat‑<DATE ISO="19820802">2 ta’ Awwissu 1982</DATE> (GURI Nru 222, tat‑<DATE ISO="19820813">13 ta’ Awwissu 1982</DATE>), l-eżerċizzju tal-Lotto huwa rriżervat għall-Istat, peress li s-servizz tal-Lotto huwa ġestit mill-ADM.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Nru 190/2014</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(653) tal-legge n. 190 – Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge di stabilità 2015) (il-Liġi Nru 190 li Tistabbilixxi d-Dispożizzjonijiet għall-Formazzjoni tal-Baġit Annwali u Multiannwali tal-Istat (Liġi ta’ Stabbiltà 2015)), tat‑<DATE ISO="20141223">23 ta’ Diċembru 2014</DATE> (Suppliment Ordinarju għall-GURI Nru 300, tad‑<DATE ISO="20141229">29 ta’ Diċembru 2014</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Liġi Nru 190/2014<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Fid-dawl tal-iskadenza tal-konċessjoni eżistenti, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interess pubbliku f’attivitajiet ta’ ġbir ta’ [imħatri ta’] logħob, il-ġestjoni tas-servizz tal-logħob tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Lotto<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> awtomatizzat u ta’ logħob numeriku bi kwota fissa, għall-ġbir tiegħu, jew permezz tal-interdjazzjoni tan-netwerk tal-konċessjonarji […] jew mill-bogħod, għandha tingħata b’konċessjoni, wara sejħa għal offerti organizzata mill-[ADM], b’osservanza tal-prinċipji u tar-regoli Ewropej u nazzjonali, lil impriża kkwalifikata u b’esperjenza fil-ġestjoni jew il-ġbir ta’ [mħatri ta’] logħob, li s-sede tagħha tinsab f’wieħed mill-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea, u li tissodisfa l-kriterji ta’ affidabbiltà rikjesti f’termini ta’ moralità, ta’ teknika u fil-livell ekonomiku, magħżula permezz ta’ proċedura tal-għażla miftuħa, kompetittiva u mhux diskriminatorja. Il-proċedura tipprevedi l-kundizzjonijiet essenzjali li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tul tal-konċessjoni ta’ disa’ snin, li ma jiġġeddidx.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għażla bbażata fuq il-kriterju tal-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament u, għall-komponent <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>prezz<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, il-valur bażiku tal-kuntratt, għall-offerti għola, ta’ EUR 700 miljun;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-ħlas tal-prezz kif stabbilit fl-offerta tal-offerent ikklassifikat fl-ewwel pożizzjoni ta’ EUR 350 miljun, fil-mument tal-għoti tal-kuntratt, fl-2015, wara ta’ EUR 250 miljun fl-2016, fil-mument tat-teħid ta’ responsabbiltà tas-servizz tal-logħob mill-offerent magħżul, u tal-bilanċ fl-2017, qabel it‑30 ta’ April ta’ dik is-sena;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>dritt għall-konċessjonarju magħżul li juża n-netwerk tat-telekomunikazzjonijiet għal provvisti, diretti jew indiretti, ta’ servizzi għajr il-ġbir [tal-imħatri] tal-logħob tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Lotto<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u ta’ logħob numeriku ieħor bi kwota fissa, sakemm l-[ADM] tqis dan kompatibbli mal-ġbir fis-sens proprju tal-kelma;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>remunerazzjoni tas-servizz għall-konċessjonarju ekwivalenti għal 6 fil-mija tas-somma miġbura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>obbligu ta’ aġġornament teknoloġiku tas-sistema tan-netwerk u terminals tal-logħob skont standards ta’ kwalità li jiżguraw l-ogħla grad ta’ sigurtà u ta’ affidabbiltà konformement mal-pjan ta’ investiment li jagħmel parti integrali mill-offerta teknika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>obbligu għall-konċessjonarju li jħallas lill-Istat fuq bażi annwali l-ammonti li eventwalment ma ġewx investiti skont il-pjan imsemmi fil-punt f);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>obbligu għal kull kompetitur li jwettaq, waqt il-parteċipazzjoni tiegħu fil-proċedura ta’ għażla, ħlas favur l-[ADM] ta’ ammont ekwivalenti għar-remunerazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 654, bi dritt ta’ ħlas lura biss għall-offerenti mhux magħżula tal-konċessjoni.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jiriżulta li, fl-Italja, il-Lotto huwa organizzat mill-Istat skont sistema doppja ta’ konċessjonijiet, l-ewwel dwar il-ġbir tal-imħatri, mogħtija lil numru ta’ punti ta’ ġbir fuq il-bażi tal-mudell ta’ diversi konessjonarji, it-tieni dwar is-servizzi ta’ għażla u l-ġestjoni awtomatizzata tan-nertwerk ta’ ġbir, li kienet preċedentement ingħatat b’għotja diretta lil Lottomatica SpA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Qrib tmiem din l-aħħar għotja, jiġifieri fit‑<DATE ISO="20160608">8 ta’ Ġunju 2016</DATE>, ADM ingħatat l-inkarigu li torganizza s-sejħa għall-offerti għal konċessjoni ġdida, li l-kundizzjonijiet ġenerali ewlenin tagħha kienu previsti fl-Artikolu 1(653) tal-Liġi Nru 190/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Avviż għal sejħa għal offerti ġie ppubblikat, għal dak il-għan, f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, fis‑<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, u fil-<HT TYPE="ITALIC">Gazzetta ufficiale della Repubblica italiana</HT>, fil‑<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>. L-avviż stabbilixxa t-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti għas‑<DATE ISO="20160316">16 ta’ Marzu 2016</DATE> u indikat, abbażi tal-ammont tal-konċessjoni, somma li tikkorrispondi għall-ġbir irreġistrat matul l-2014, jiġifieri EUR <FT TYPE="NUMBER">6600000000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Minbarra l-kundizzjonijiet sostantivi stabbiliti permezz tas-sejħa għal offerti, l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta kienu jipprevedu fil-punt 5.3 tiegħu, bħala kundizzjoni ta’ kapaċità ekonomika u finanzjarja li għandha tiġi ssodisfatta mill-offerenti, li fil-perjodu mill- 2012 sal-2014 jew f’dak mill-2013 sal-2015, jinkiseb dħul mill-bejgħ totali ta’ mill-inqas EUR 100 miljun għall-attivitajiet ta’ ġestjoni jew ta’ ġbir ta’ mħatri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ kapaċità teknika, il-punt 5.4(a) tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kien jirrikjedi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[il-]ksib ta’ total ta’ bejgħ f’kull waħda mill-aħħar tliet snin finanzjarji magħluqa fil-perijodu ta’ tliet snin ta’ bejn l-2012 u l-2014, jew fil-perijodu ta’ tliet snin ta’ bejn l-2013 u l-2015, ekwivalenti għal minn tal-inqas EUR 350 miljun marbut ma’ [ġabra ta’ mħatri ta’] logħob ta’ dan it-tip li jintlagħab<?PAGE NO="5"?> permezz ta’ terminals tal-logħob<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, u ppreċiża li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[f]’ċirkustanzi li fihom l-offerent kien attiv fis-settur għal inqas minn tliet snin iżda għal mill-inqas 18-il xahar, il-valur tal-bejgħ għandu għandu jkun marbut b’mod proporzjonali mal-perijodu ta’ bejgħ reali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont il-punt 11 tal-imsemmija speċifikazzjonijiet tal-kuntratt, kien l-offerent għall-għoti tal-kuntratt li kellu jippreżenta pjan ta’ investiment, proġett organizzattiv kif ukoll proġett ta’ żvilupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-offerta ekonomika kienet tikkonsisti, skont il-punt 12.4 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>fl-offerta ogħla mill-ammont minimu li huwa l-valur tal-kuntratt stabbilit bħala EUR 700 miljun<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, filwaqt li huwa speċifikat li l-offerti għola kellhom jiġu ppreżentati b’ammont minimu ta’ EUR 3 miljun. Il-punt 15.3. tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kien jipprevedi li l-kuntratt għandu jingħata abbażi tal-kriterju tal-offerta l-iktar ekonomikament vantaġġjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-mudell ta’ kuntratt ta’ konċessjoni għall-ġestjoni ta’ servizz tal-Lotto (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>mudell ta’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) indika, fl-Artikolu 22(1) tiegħu, li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>fi tmiem it-tul tal-konċessjoni, il-konċessjonarju għandu jirrestitwixxi lill-[ADM], mingħajr l-ebda piż fuq din tal-aħħar u fuq talba tiegħu, l-assi kollha tanġibbli u intanġibbli li jifformaw in-netwerk tal-punti ta’ ġbir fiżiċi, kif ukoll il-proprjetà tas-sistema awtomatizzata kollha, inkluż id-disponibbiltà ta’ bini, tagħmir. fosthom terminals mal-punti ta’ ġbir, stallazzjonijiet, strutturi, programmi, arkivji u kwalunkwe element ieħor meħtieġ għall-funzjonament, għall-ġestjoni u għalll-funzjonalità sħiħa tas-sistema stess kif jirriżulta mill-aħħar inventarju approvat mill-ADM<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 ta’ dan il-mudell ta’ kuntratt, li jidefinixxi l-kawżi ta’ revoka u ta’ dekadenza tal-konċessjoni, kien jistipula, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-ADM, għall-finijiet tal-protezzjoni tal-interessi tat-Teżor Pubbliku u tal-konsumaturi tippronunzja d-dekadenza tal-konċessjoni […] ukoll fil-każijiet fejn:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>[…] f’kull tip ta’ reat li fir-rigward tiegħu hemm stipulata akkuża quddiem qorti u li, minħabba n-natura tiegħu, il-gravità, il-metodu ta’ twettiq u l-konnessjoni tiegħu mal-attività li għaliha l-konċessjoni ngħatat, l-[ADM] tikkunsidra li tipprekludi lill-konċesjonarju milli jkollu l-affidabbiltà, il-professjonaliżmu u l-kwalità morali meħtieġa[…];</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT>il-konċessjonarju jikser ir-regoli dwar il-prevenzjoni tal-logħob irregolari, illegali u bil-moħbi u, b’mod partikolari, fejn il-konċessjonarju stess, jew kumpannija kkontrollata minnu jew marbuta miegħu, tkun fejn tkun stabbilita, tikkummerċjalizza fit-territorju Taljan logħob ieħor komparabbli għal Lotto kompjuterizzat u logħob numeriku ieħor bi kwota fissa, mingħajr ma jkollu l-liċenzja meħtieġa, jew paragunabbli għal logħob ieħor ipprojbit taħt il-liġi Taljana;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20160516">16 ta’ Mejju 2016</DATE>, il -konċessjoni ngħatat lil Lottoitalia Srl, peress li din tal-aħħar ipparteċipat fil-proċedura ta’ selezzjoni fil-kuntest ta’ grupp temporanju ta’ impriżi magħmul minn Lottomatica u tliet kumpanniji oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Stanley topera fl-Italja fis-settur tal-imħatri bi kwota fissa, permezz ta’ operaturi msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ċentri ta’ trażmissjoni ta’ data” (iktar ’il quddiem iċ-ĊTD<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), li jipprovdu servizzi ta’ mħatri sportivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li kkunsidrat li hija ġiet prekluża milli tipparteċipa fis-sejħa għal offerti għall-konċessjoni tal-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto, Stanley ippreżentat quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lazio, l-Italja), rikors għal annullament tal-atti ta’ proċedura ta’ selezzjoni, fejn ikkontestat il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-Artikolu 1(653) tal-Liġi Nru 190/2014 kif ukoll ċerti kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti previsti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u fil-mudell ta’ kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’sentenza tal‑<DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lazio) ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Stanley.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, il-Lotto huwa sostanzjalment differenti minn logħob ieħor, għaliex dan huwa l-unika logħba fejn l-Istat isostni r-riskju ekonomiku u li huwa kkaratterizzat mid-distinzjoni bejn il-fażi ta’ ġbir tal-imħatri u dik tal-ġestjoni tal-logħba. Dawn id-differenzi jiġġustifikaw l-għażla tal-mudell ta’ konċessjoni wieħed għall-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto, mudell li jiżgura tnaqqis fl-ispejjeż marbuta mal-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ diversi konċessjonarji u li jiffavorixxi kompetizzjoni limitata fis-suq u, għaldaqstant, ġestjoni responsabbli tal-logħob.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti qieset li l-kriterji ta’ parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti kienu adattati u proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt, sa fejn l-istatistika kienet turi li l-ġbir tal-imħatri numeriċi bi kwota fissa matul l-aħħar ħames snin finanzjarji kien ta’ iktar minn EUR 6 biljun fis-sena, u dan jiġġenera dħul mill-bejgħ għall-konċessjonarju ta’ madwar EUR 400 miljun. Barra minn hekk, din il-qorti ppreċiżat li mill-inqas 15-il operatur tas-settur kienu jissodisfaw l-imsemmija kriterji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Stanley ippreżentat rikors għal riforma ta’ din is-sentenza quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan ir-rikors, Stanley tikkontesta l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-applikazzjoni għal-Lotto, bil-kontras ta’ logħob, kompetizzjonijiet ta’ tbassir u mħatri oħra, tal-mudell ta’ konċessjonarju wieħed. Hija ssostni li l-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni għas-sejħa għal offerti, b’mod partikolari l-valur bażiku tal-kuntratt, u l-każijiet li jistgħu jwasslu għad-dekadenza tal-konċessjoni kienu eċċessivi u kienu jikkostitwixxu mezz li jiddiswadiha milli tipparteċipa. Hija tallega li t-trasferiment mingħajr ħlas tan-netwerk, fi tmiem il-konċessjoni, lill-ADM imur kontra l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Laezza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑375/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:60">EU:C:2016:60</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li kkunsidrat li t-tilwilma fil-kawża prinċipali tqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għaliha l-ġurisprudenza ma tagħtix, sa issa, risposta, il-qorti tar-rinviju tqis li huwa neċessarju li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>(1)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni – u, b’mod partikolari, id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ libertà ta’ kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ koerenza – għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik stabbilita fl-Artikolu 1(653) tal-Liġi [Nru 190/2014] u fl-atti ta’ implementazzjoni rilevanti, li tipprevedi mudell ta’ konċessjonarju monoproviding esklussiv fir-rigward tas-servizz tal-logħob tal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Lotto<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>, iżda mhux għal logħob ieħor, għal logħob ta’ tbassir u għal imħatri?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni – u, b’mod partikolari, id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u d-[Direttiva 2014/23], kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ libertà ta’ kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ koerenza – għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sejħa għal offerti li tipprevedi valur bażiku tal-kuntratt ħafna għola u mhux iġġustifikat<?PAGE NO="7"?> fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kapaċità ekonomika-finanzjarja u tekniċi-organizzattivi, bħal dawk previsti mill-punti 5.3, 5.4, 11, 12.4 u 15.3 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt tas-sejħa għal offerti għall-għoti tal-konċessjoni tal-logħob tal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Lotto<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni – u, b’mod partikolari, id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u d-[Direttiva 2014/23], kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ libertà ta’ kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ koerenza – għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ għażla de facto bejn il-fatt li wieħed jingħata konċessjoni ġdida u t-tkomplija tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti l-varji servizzi ta’ imħatri fuq bażi transkonfinali, għażla bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 30 tal-mudell ta’ kuntratt, b’mod li d-deċiżjoni ta’ parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti għall-għoti tal-konċessjoni l-ġdida tkun tinvolvi r-rinunzja għall-attività transkonfinali, minkejja li l-legalità ta’ din l-aħħar attività ġiet diversi drabi rrikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Lottoitalia kif ukoll il-gvern Taljan iqisu li t-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi ddikjarata inammissibbli sa fejn id-deċiżjoni tar-rinviju sempliċement tirriproduċi l-kwistjonijiet proposti minn Stanley, mingħajr ma tissostanzja r-raġunijiet li wasslu lill-qorti nazzjonali sabiex tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas ma tistabbilixxi l-ħtieġa tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi dwar talba mressqa minn qorti nazzjonali biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Politanò</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:645">EU:C:2016:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li l-ħtieġa li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali teżiġi li dik il-qorti tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi magħmula minnha jew li, minn tal-inqas, tispjega s-sitwazzjonijiet fattwali li fuqhom ikunu bbażati dawn id-domandi. Id-deċiżjoni tar-rinviju għandha barra minn hekk tindika r-raġunijiet preċiżi li wasslu lill-qorti nazzjonali sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u sabiex tqis neċessarju li tagħmel domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Stanley International Betting u Stanleybet Malta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:25">EU:C:2015:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiddefinixxi b’mod suffiċjenti l-kuntest ġuridiku u fattwali tat-tilwima fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju dwar ir-rilevanza tad-domandi magħmula sabiex tingħata deċiżjoni dwar l-imsemmija tilwima jippermettu li tiġi evalwata l-portata ta’ dawn id-domandi u tipprovdi risposta utli għalihom, kif jikkonfermaw ukoll l-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-Gvern Belġjan u dak Portugiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif imfakkar fil-punt 3 tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-qrati nazzjonali, dwar l-introduzzjoni ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="257" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, C 257, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi, b’mod preliminari, dwar l-interpretazzjoni jew il-validità tad-dritt tal-Unjoni hija eżerċitata fuq l-inizjattiva esklużiva tal-qrati nazzjonali, kemm jekk il-partijiet fit-tilwima fil-kawża prinċipali kienu jew le esprimew ix-xewqa li tiġi<?PAGE NO="8"?> adita l-Qorti tal-Ġustizzja. Sa fejn hija msejħa sabiex tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tintervjeni, fil-fatt hija l-qorti nazzjonali adita b’tilwima, u hija biss, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża, kemm il-ħtieġa għal deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tat-tliet domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar il-kompatibbiltà mal-Artikoli 49 u 56 TFUE u tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/23, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali u ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-atti adottati għall-applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikabbiltà ratione temporis tad-Direttiva 2014/23</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi osservat li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, stabbilita fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi u applikabbli b’analoġija fil-qasam tal-konċessjonijiet ta’ servizzi, id-direttiva applikabbli hija, fil-prinċipju, dik li tkun fis-seħħ fil-mument li fih l-awtorità kontraenti tagħżel it-tip ta’ proċedura li għandha ssegwi u tiddeċiedi b’mod definittiv il-kwistjoni ta’ jekk hemmx obbligu jew le li ssir sejħa għal offerti qabel l-għoti ta’ kuntratt pubbliku. Min-naħa l-oħra, huma inapplikabbli d-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li t-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha skada wara dan il-mument (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Partner Apelski Dariusz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑324/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:214">EU:C:2016:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-sejħa għal offerti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġiei ippubblikata f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fis‑<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, jiġifieri qabel l-iskadenza, fit‑<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>, tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/23, mingħajr ma jidher barra minn hekk, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 30 tal-konklużjonijiet tagħha, li tali traspożizzjoni kienet diġà saret fid-dritt nazzjonali fil-mument tal-imsemmija pubblikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, din id-direttiva ma hijiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, għall-konċessjoni tal-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto, mudell ta’ konċessjonarju wieħed, bil-kontra ta’ logħob, kompetizzjonijiet ta’ tbassir u mħatri oħra, li għalihom japplika mudell ta’ diversi konċessjonarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Hekk kif ġie ripetutament iddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika għall-ksib ta’ konċessjoni u tipprevedi diversi każijiet ta’ dekadenza tal-konċessjoni tikkostitwixxi ostakolu għal-libertajiet iggarantiti mill-Artikoli 49 u 56 TFUE (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Costa u Cifone</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/10 u C‑77/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:80">EU:C:2012:80</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Stanley International Betting u Stanleybet Malta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:25">EU:C:2015:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ li ntuża mudell ta’ konċessjonarju wieħed jew ta’ diversi konċessjonarji. Konsegwentement, kif l-Avukat Ġenerali rrilevat fil-punt 43 tal-konklużjonijiet tagħha, id-deċiżjonijiet li l-attività inkwistjoni tiġi suġġetta għall-kisba ta’ konċessjoni u li tiġi segwita proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku skont il-mudell ta’ konċessjonarju wieħed għandhom ikunu s-suġġett ta’ eżami fid-dawl tal-imsemmija artikoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ dan l-eżami, għandu jitfakkar li, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, l-Istati Membri jibqgħu liberi li jiffissaw l-għanijiet tal-politika tagħhom f’dan il-qasam, filwaqt li jgawdu minn setgħa diskrezzjonnali wiesgħa fir-rigward tal-għażla tal-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ordni soċjali li jikkunsidraw l-iktar xieraq tal-logħob tal-ażżard, ir-restrizzjonijiet li huma jimponu għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-ġustifikazzjoni tagħhom għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali u l-proporzjonalità tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Politanò</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:645">EU:C:2016:645</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi evalwat jekk tali restrizzjoni tistax tiġi aċċettata bis-saħħa tal-miżuri derogatorji, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika u ta’ saħħa pubblika, li huma previsti espliċitament fl-Artikoli 51 TFUE u 52 TFUE u li huma applikabbli wkoll fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi bis-saħħa tal-Artikolu 62 TFUE, jew jekk tistax tiġi ġġustifikata, inkonformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Stanley International Betting u Stanleybet Malta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:25">EU:C:2015:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Gvern Taljan isostni li l-għażla tal-mudell ta’ konċessjonarju wieħed kienet tindirizza b’mod partikolari n-neċessità li l-logħob jiġi dirett f’ċirkwit ikkontrollat kif ukoll il-loġika ta’ ġestjoni responsabbli, billi tirrestrinġi l-kompetizzjoni fi ħdan dan is-suq partikolari. Huwa jżid li raġunijiet ta’ natura teknika għamlu meħtieġa wkoll tali għażla, peress li l-mudell alternattiv, jiġifieri l-mudell ta’ diversi konċessjonarji, kien jippreżumi livell doppju ta’ stħarriġ permezz ta’ entità li għandha tikkoordina u tikkonsolida l-attivitajiet ta’ konċessjonarji differenti, u li din l-istruttura kienet twassal għal żieda fl-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif il-Qorti tal-Ġustizzja preċedentement fakkret fil-ġurisprudenza tagħha dwar il-logħob tal-ażżard, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-prevenzjoni tal-frodi u tal-inkoraġġiment taċ-ċittadini għal infiq eċċessiv marbut mal-logħob jistgħu jkunu kklasifikati raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jiġġustifikaw restrizzjonijiet għal-libertaijiet fundamentali li jirriżultaw mill-Artikoli 49 u 56 TFUE (ara, pereżempju, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Stanley International Betting u Stanleybet Malta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:25">EU:C:2015:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif jirriżulta wkoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-iżvantaġġi amministrattivi kif ukoll il-motivi ekonomiċi ma jikkostitwixxux motiv li jista’ jiġġustifika ostakolu għal libertà fundamentali ggarantita mid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Zeturf</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:437">EU:C:2011:437</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, l-identifikazzjoni tal-għanijiet li jridu jintlaħqu b’mod effettiv mil-leġiżlazzjoni nazzjonali taqa’, fil-kuntest ta’ kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE, fil-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija wkoll il-qorti tar-rinviju, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-indikazzjonijiet kollha pprovduti mill-Qorti tal-Ġustizzja, li għandha tivverifika jekk ir-restrizzjonijiet imposti mill-Istat Membru kkonċernat jissodisfawx il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna l-proporzjonalità tagħhom (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għalkemm wieħed mill-għanijiet tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkonsisti effettivament, kif iddikjara l-Gvern Taljan, f’li titnaqqas il-kompetizzjoni fis-suq speċifiku tal-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto, il-mudell ta’ konċessjonarju wieħed jidher għaldaqstant xieraq sabiex jintlaħaq dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġuirisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, bil-kontra tal-istabbiliment ta’ kompetizzjoni libera u mhux distorta fi ħdan is-suq tradizzjonali, l-applikazzjoni ta’ tali kompetizzjoni fis-suq speċifiku ħafna tal-logħob tal-ażżard, jiġifieri bejn diversi operaturi li jistgħu jiġu awtorizzati jipprovdu l-istess logħob tal-ażżard, tista’ twassal għall-effett negattiv, li jiġi mill-fatt li dawn l-operaturi jkollhom jikkompetu fuq livell kreattiv sabiex irendu l-offerta tagħhom iktar attraenti minn dik tal-kompetituri tagħhom u, b’hekk, iżidu l-infiq tal-konsumaturi marbut mal-logħob u r-riskji ta’ vizzju tal-logħob ta’ dawn tal-aħħar (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pfleger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:281">EU:C:2014:281</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li l-għażla tal-modalitajiet ta’ organizzazzjoni u ta’ kontroll tal-attivitajiet ta’ operat u ta’ prattika tal-logħob tal-ażżard hija f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom, il-fatt li Stat Membru jkun għażel għall-konċessjoni tal-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto sistema ta’ konċessjonarju wieħed, bil-kontra ta’ dak li jipprevali, f’dan l-istess Stat Membru, fir-rigward tal-organizzazzjoni tas-suq ta’ logħob ieħor tal-ażżard, ma jistax, minnu nnifsu, ikollu impatt fuq l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, billi din għandha tiġi evalwata biss fid-dawl tal-objettivi li hija ssegwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali diverġenza ta’ sistemi ġuridiċi ma hijiex, fiha nnifisha, tali li taffettwa l-adegwatezza ta’ tali sistema ta’ konċessjoni waħda sabiex jintlaħaq l-għan ta’ prevenzjoni tal-inkoraġġiment taċ-ċittadini għal infiq eċċessiv relatat mal-logħob u mal-ġlieda kontra l-vizzju tal-logħob, li għalih din ġie stabbilita (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sporting Odds</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑3/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:130">EU:C:2018:130</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, sistema doppja ta’ organizzazzjoni tas-suq tal-logħob tal-ażżard tista’ tinsab li tmur kontra l-Artikolu 56 TFUE jekk jiġi kkonstatat li l-awtoritajiet kompetenti jħaddnu politika li hija intiża sabiex tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni f’logħob tal-ażżard li ma jkunx dak kopert mis-sistema ta’ konċessjoni waħda iktar milli sabiex jitnaqqsu l-okkażjonijiet ta’ logħob u sabiex jiġu llimitati l-attivitajiet f’dan il-qasam b’mod koerenti u sistematiku b’tali mod li l-għan ta’ prevenzjoni mill-inkoraġġiment għal infiq eċċessiv relatat mal-logħob u tal-ġlieda kontra l-vizzju tal-logħob li kien fl-għeruq tal-istabbiliment tas-sistema ta’ konċessjoni waħda, ma jistax iktar jintlaħaq b’mod effettiv permezz ta’ din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sporting Odds</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑3/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:130">EU:C:2018:130</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Tali sistema doppja, min-naħa l-oħra, hija kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE, peress li l-qorti tar-rinviju tistabbilixxi li l-leġiżlazzjoni tirrestrinġu l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ssegwi effettivament, b’mod koerenti u sistematiku, l-għanijiet invokati mill-Istat Membru kkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sporting Odds</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑3/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:130">EU:C:2018:130</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda li l-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, għall-konċessjoni tal-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto, mudell ta’ konċessjonarju wieħed bil-kontra ta’ logħob, kompetizzjonijiet ta’<?PAGE NO="11"?> tbassir u mħatri oħra, li għalihom japplika mudell ta’ diversi konċessjonarji, sakemm il-qorti nazzjonali tistabbilixxi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ssegwi effettivament b’mod koerenti u sistematiku, l-għanijiet leġittimi invokati mill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 49 u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali u l-atti adottati għall-applikazzjoni tagħha, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu, għall-konċessjoni tal-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto, valur bażiku tal-kuntratt għola mqabbel mar-rekwiżiti l-oħra ta’ kapaċità ekonomika u finanzjarja kif ukoll ta’ kapaċità teknika-organizzattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li kemm ir-rekwiżit ta’ kuntratt ta’ konċessjoni kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni previsti fis-sejħa għal offerti inkwistjoni, fosthom il-valur bażiku tal-kuntratt, huma tali li jrendu inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet iggarantiti mill-Artikoli 49 u 56 TFUE, u għandhom, għaldaqstant, ikunu ġġustifikati u jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li, meta tingħata konċessjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtorità kontraenti hija marbuta b’obbligu ta’ trasparenza li jinkludi <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> li jiġi żgurat, għal kull offerenti potenzjali, livell ta’ pubbliċità adegwat li jippermetti li tinbeda kompetizzjoni għall-ksib tal-liċenzja għal servizzi u kif ukoll kontroll tal-imparzjalità tal-proċeduri għall-għoti tal-liċenzja (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Costa u Cifone</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/10 u C‑77/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:80">EU:C:2012:80</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ trasparenza, li huwa korollarju tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, għandu essenzjalment, f’dan il-kuntest, l-għan li jiżgura li kull operatur ikkonċernat ikun jista’ jiddeċiedi li jagħmel offerta wara sejħiet għal offerti fuq il-bażi tal-informazzjoni rilevanti kollha u li jiggarantixxi l-assenza ta’ riskju ta’ favoritiżmu u ta’ arbitrarjetà min-naħa tal-awtorità kontraenti. Huwa jimplika li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet kollha tal-proċedura tal-għoti jkunu fformulati b’mod ċar, preċiż u univoku, b’mod, minn naħa, li jippermetti lill-offerenti kollha raġonevolment informati u b’diliġenza ordinarja jifhmu l-portata eżatta tagħhom u li jinterpretawhom bl-istess mod u, min-naħa l-oħra, b’mod li jiċċirkoskrivi s-setgħa diskrezzjonali tal-awtorità kontraenti u li jqegħidha f’pożizzjoni li tivverifika b’mod effettiv jekk l-offerti tal-offerenti jikkorrispondux għall-kriterji li jirregolaw il-proċedura inkwistjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Costa u Cifone</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/10 u C‑77/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:80">EU:C:2012:80</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-valur tal-kuntratt jikkostitwixxi element essenzjali ta’ informazzjoni li, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ trasparenza, għandu jinsab, għall-inqas bħala stima, fis-sejħa għal offerti. Kif irrilevat essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tagħha, il-valur stmat tal-kuntratt għandu, barra minn hekk, ikun ibbażat fuq kriterji oġġettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għalkemm huwa minnu, kif tosserva Stanley, li l-valur bażiku tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien, konformement mal-Artikolu 1(653)(b) tal-Liġi Nru 190/2014, EUR 700 miljun, jiġifieri madwar id-doppju tal-kundizzjoni ta’ kapaċità ekonomika u finanzjarja prevista fil-punt 5.3 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, għandu jiġi osservat li din l-aħħar kundizzjoni, li kienet tirreferi biss għall-ġbir li l-operatur ekonomiku kien wettaq fil-passat, ma hijiex tali li jkollha effett fuq in-natura oġġettiva tal-valur stmat tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 61 u 62 tal-konklużjonijiet tagħha, dan il-valur għandu wkoll jiġi evalwat anki fir-rigward tal-ammont għoli ħafna tal-konċessjoni, jiġifieri EUR <FT TYPE="NUMBER">6600</FT> miljun fis-sena, u tar-remunerazzjoni annwali tas-servizz għall-konċessjonarju ekwivalenti għal 6 % tal-ammont miġbur,<?PAGE NO="12"?> jiġifieri madwar EUR 400 miljun, kif ukoll fir-rigward tal-possibbiltà li kellhom il-kandidati potenzjali li jipparteċipaw fil-proċedura bħala grupp ta’ impriżi. Barra minn hekk, fuq dan l-aħħar punt, mis-sentenza tal‑<DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE> tat-Tribunale ammnistrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lazio) jirriżulta li mill-inqas 15-il operatur tas-settur issodisfaw dan il-kriterju sabiex jipparteċipaw fis-sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kien previst fl-Artikolu 1(653)(c) tal-Liġi Nru 190/2014 ħlas bin-nifs tal-ammont tal-prezz indikat fl-offerta tal-offerent ikklassifikat fl-ewwel pożizzjoni fi tliet pagamenti matul l-2015 sal-2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jidher għaldaqstant li l-valur bażiku tal-kuntratt f’dan il-każ ġiet ifformulat b’mod ċar, preċiż u univoku u li jidher li huwa oġġettivament iġġustifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jingħad ukoll li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, l-eżami finali tal-proporzjonalità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jsir mill-qorti nazzjonali. L-istess jgħodd f’dak li jirrigwarda l-konformità ta’ din l-istess leġiżlazzjoni mal-prinċipju ta’ trasparenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata risposta għat-tieni domanda li l-Artikoli 49 u 56 TFUE, kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali u l-atti li ġew adottati għall-applikazzjoni tagħha, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu, għall-konċessjoni tal-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto, valur bażiku tal-kuntratt għoli, bil-kundizzjoni li dan il-valur huwa fformulat b’mod ċar, preċiż u univoku u li huwa oġġettivament iġġustifikat, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>It-tielet domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju tidher li hija bbażata fuq il-premessa li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet fil-ġurisprudenza tagħha l-legalità tal-ġestjoni tal-attivitajiet tal-logħob tal-ażżard f’sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti permezz ta’ ĊTD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat fis-settur tal-logħob tal-ażżard l-użu tas-sistema ta’ konċessjonijiet, peress li qieset li din tista’ tikkostitwixxi mekkaniżmu effikaċi sabiex jippermetti li jiġu kkontrollati l-operaturi attivi f’dan is-settur bl-iskop li jiġi pprevenut l-isfruttament ta’ dawn l-attivitajiet għal finijiet kriminali jew frawdolenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Biasci <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑660/11 u C‑8/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:550">EU:C:2013:550</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitatata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat l-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ sejħiet għal offerti għall-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizzi marbuta mal-logħob tal-ażżard, hija ma ppronunzjatx ruħha fuq il-legalità tal-ġestjoni tal-attivitajiet marbuta mal-logħob tal-ażżard f’sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti permezz tal-intermedjarju ta’ ĊTD bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-preċiżazzjoni, it-tielet domanda għandha tiġi fformulata mill-ġdid fis-sens li, permezz tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 49 u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma<?PAGE NO="13"?> jipprekludu dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinsab f’mudell ta’ ftehim ta’ konċessjoni li jakkumpanja sejħa għal offerti u li jipprevedi d-dekandenza tal-konċessjoni għall-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>f’kull tip ta’ reat li fir-rigward tiegħu hemm stipulata akkuża u li, minħabba n-natura tiegħu, il-gravità tiegħu, il-metodu ta’ twettiq tiegħu u l-konnessjoni tiegħu mal-attività li għaliha l-konċessjoni ngħatat, l-awtorità kontraenti tikkunsidra li tipprekludi lill-konċessjonarju milli jkollu l-affidabbiltà, il-professjonaliżmu u l-kwalità morali meħtieġa;</P></ITEM><ITEM><P>jew jekk il-konċessjonarju jikser ir-regoli dwar il-prevenzjoni tal-logħob irregolari, illegali u bil-moħbi u, b’mod partikolari, fejn il-konċessjonarju stess, jew kumpannija kkontrollata minnu jew marbuta miegħu, tkun fejn tkun stabbilita, tikkummerċjalizza logħob ieħor komparabbli għal-Lotto, mingħajr ma jkollu l-liċenzja meħtieġa.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Kif tfakkar fil-punti 38 sa 40 ta’ din is-sentenza, leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika għall-ksib ta’ konċessjoni u li tipprevedi diversi każijiet ta’ dekadenza tal-koċessjoni tikkostitwixxi ostakolu għal-libertajiet iggarantiti mill-Artikoli 49 u 56 TFUE. Il-klawżoli ta’ dekadenza għandhom, għalhekk, sabiex jiġu ddikjarati kompatibbli mal-imsemmija artikoli, ikunu ġġustifikati minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali u jissodisfaw il-kriterju tal-proporzjonalità. Dawn il-klawżoli għandhom, barra minn hekk, josservaw il-prinċipju ta’ trasparenza mfakkar fil-punti 56 u 57 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandha tingħata risposta għat-tielet domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, il-klawżola ta’ dekadenza tal-kuntratt ta’ konċessjoni minħabba rinviju quddiem qorti, prevista fl-Artikolu 30(2)(h) tal-mudell ta’ konvenzjoni, mill-ġuriprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-qasam partikolari tal-logħob tal-ażżard, l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku minħabba t-twettiq ta’ reat marbut mal-għan tal-attiviita mogħtija f’konċessjoni tista’, fil-prinċipju tiġi kkunsidrata bħala miżura ġġustifikata mill-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Costa u Cifone</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/10 u C‑77/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:80">EU:C:2012:80</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Madankollu, peress li d-dekadenza ta’ konċessjoni tikkostitwixxi miżura partikolarment serja għall-konċessjonarju, dan tal-aħħar għandu jkun jista’ jevalwa b’ċertezza r-riskju li tali sanzjoni jimponi fuqu. Għal dan il-għan, huwa neċessarju li ċ-ċirkustanzi li fihom din is-sanzjoni tista’ tiġi applikata jkunu fformulati b’mod ċar, preċiż u univoku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Costa u Cifone</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/10 u C‑77/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:80">EU:C:2012:80</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-klawżola li tinsab fl-Artikolu 30(2)(h) tal-mudell ta’ kuntratt tidher, bla ħsara għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, li tissodisfa dan ir-rekwiżit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat fil-fatt li, minn naħa, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 73 tal-konklużjonijiet tagħha, din il-klawżola tiddeskrivi fil-qosor iżda b’mod ċar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti qabel mal-ADM tiddeċiedi li tippronunzja d-dekadenza, b’tali mod li offerent raġonevolment informat u normalment diliġenti ma jistax jsibha diffiċli sabiex jifhem il-kamp ta’ applikazzjoni u l-portata tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, peress li l-kundizzjonijiet ta’ rinviju quddiem qorti huma rregolati fid-dritt Taljan permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, dawn il-kundizzjonijiet għaldaqstant huma aċċessibbli u prevedibbli għall-operaturi kollha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk din il-klawżola tissodisfax ukoll ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li r-restrizzjonijiet imposti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma jistgħux imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Gambelli <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:597">EU:C:2003:597</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, għalkemm l-awtoritajiet kontraenti għandhom, fil-prinċipju, ikunu f’pożizzjoni li jippronunzjaw id-dekadenza ta’ kuntratt ta’ konċessjoni meta l-affidabbiltà tal-konċessjonarju hija kkontestata, b’mod partikolari, minħabba t-twettieq ta’ reat relatat mas-suġġett tal-attività mogħtija b’konċessjoni, din il-fakultà għandha madankollu tkun strettament irregolata sabiex ikun żgurat li hija tkun proporzjonata mal-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha l-ADM sabiex tippronunzja d-dekadenza tal-kuntratt ta’ konċessjoni abbażi tal-klawżola prevista fl-Artikolu 30(2)(h) tal-mudell ta’ kuntratt huwa suġġett għal kundizzjoni doppja. Fil-fatt, l-ewwel nett, id-dekadenza timplika l-intervent minn qabel ta’ awtorità ġudizzjarja indipendenti tal-awtorità kontraenti li, wara talba mill-prosekutur pubbliku, toħroġ att ta’ akkuża bbażata fuq sensiela ta’ indizji probatorji miġbura fil-kuntest ta’ investigazzjoni kriminali. It-tieni nett, id-dekadenza tippreżumi li r-reat li twettaq ikun relatat mas-suġġett tal-attività mogħtija b’konċessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, klawżola bħal dik li tinsab fl-Artikolu 30(2)(h) tal-mudell ta’ kuntratt ma tidhirx li tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, jiġifieri l-ġlieda kontra l-kriminalità, li madankollu għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-punt 81 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Costa u Cifone</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑72/10 u C‑77/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:80">EU:C:2012:80</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jgħid li esklużjoni mis-suq għad-dekadenza tal-liċenzja għandha, bħala prinċipju, tiġi kkunsidrata bħala proporzjonali għall-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità biss jekk din hija bbażata fuq sentenza li għandha l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> għal reat serju biżżejjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm, fil-prinċipju, id-dekadenza għandha ssir b’mod awtomatiku, fejn sentenza li għandha l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> ngħatat minħabba t-twettiq ta’ reat b’rabta mal-għan tal-attività mogħtija b’konċessjoni, dan il-fatt ma jeskludix il-possibbiltà li l-awtorità kontraenti jkollha l-possibbiltà li tippronunzja d-dekadenza fl-ssenza ta’ sentenza finali f’kundizzjonijiet strettament irregolati mil-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-klawżola ta’ dekadenza prevista fl-Artikolu 30(2)(k) tal-mudell ta’ kuntratt, il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju Taljan ta’ logħob ieħor simili għal-Lotto mingħajr ma jkun inkiseb il-permess meħtieġ għal dan il-għan jew ta’ logħob ieħor ipprojbit mid-dritt Taljan msemmi tikkostitwixxi wkoll miżura ddestinata għall-ġlieda kontra l-logħob illegali, li jikkostitwixxi ċertament għan leġittimu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Bla ħsara għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, it-termini ta’ din il-klawżola jidhru li huma redatti bi grad suffiċjenti ta’ ċarezza. Bl-istess mod, tali klawżola tidher xierqa sabiex jintlaħaq l-għan f’dan il-każ segwit mingħajr ma tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dan jintlaħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jizdied li, fl-eżami tal-proporzjonalita ta’ dawn il-kawżoli, il-qorti tar-rinviju għandha tikkunsidra wkoll l-fatt li d-dekadenza mill-kuntratt ta’ konċessjoni ta’ operatur ekonomiku ma tistax tiġi kkunsidrata proporzjonali meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali la tipprevedi rimedju ġudizzjarju effikaċi u lanqas kumpens għad-danni subiti fejn, sussegwentement, din id-dekadenza tirriżulta li ma hijiex iġġustifikata (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Costa u Cifone</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/10 u C‑77/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:80">EU:C:2012:80</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>B’hekk, sakemm l-operatur li effettivament għamel offerta u li jinsab miċħud mill-kuntratt minħabba l-klawżoli ta’ dekadenza kontenzjużi jew li l-offerent li kien is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ dekadenza fuq il-bażi ta’ dawn l-istess klawżoli jkollu d-dritt għal rimedju effettiv kontra l-fatt li ġie rispettivament miċħud jew dekadut, u li l-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jiksbu kumpens għad-danni subiti fil-każ<?PAGE NO="15"?> fejn, sussegwentement, dawn il-fatti ntwerew li huwa inġustifikati, inkluż minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni, tali klawżoli għandhom jitqiesu bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinsab f’mudell ta’ kuntratt ta’ konċessjoni li jakkumpanja sejħa għal offerti u li jipprevedi d-dekadenza tal-konċessjoni għall-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>f’kull tip ta’ reat li fir-rigward tiegħu hemm stipulata akkuża u li, minħabba n-natura tiegħu, il-gravità tiegħu, il-metodu ta’ twettiq tiegħu u l-konnessjoni tiegħu mal-attività li għaliha l-konċessjoni ngħatat, l-awtorità kontraenti tikkunsidra li tipprekludi lill-konċessjonarju milli jkollu l-affidabbiltà, il-professjonaliżmu u l-kwalità morali meħtieġa;</P></ITEM><ITEM><P>jew jekk il-konċessjonarju jikser ir-regoli dwar il-prevenzjoni tal-logħob irregolari, illegali u bil-moħbi u, b’mod partikolari, fejn il-konċessjonarju stess, jew kumpannija kkontrollata minnu jew marbuta miegħu, tkun fejn tkun stabbilita, tikkummerċjalizza logħob ieħor komparabbli għal-Lotto, mingħajr ma jkollu l-liċenzja meħtieġa.</P></ITEM></LIST></P><P>sakemm dawn il-klawżoli jkunu ġġustifikati, proporzjonati għall-għan segwit u konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza, u hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan fid-dawl tal-indikazzjonijiet li fiha din is-sentenza.</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, għall-konċessjoni tal-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto awtomatizzat u logħob numeriku ieħor bi kwota fissa, mudell ta’ konċessjonarju wieħed, bil-kontra ta’ logħob, kompetizzjonijiet ta’ tbassir u mħatri oħra, li għalihom japplika mudell ta’ diversi konċessjonarji, sakemm il-qorti nazzjonali tistabbilixxi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ssegwi effettivament b’mod koerenti u sistematiku, l-għanijiet leġittimi invokati mill-Istat Membru kkonċernat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 49 u 56 TFUE, kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali u l-atti li ġew adottati għall-applikazzjoni tagħha, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu, għall-konċessjoni tal-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto awtomatizzat u logħob numeriku ieħor bi kwota fissa, valur bażiku tal-kuntratt għoli, bil-kundizzjoni li dan il-valur huwa fformulat b’mod ċar, preċiż u univoku u li huwa oġġettivament iġġustifikat, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="16"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinsab f’mudell ta’ kuntratt ta’ konċessjoni li jakkumpanja sejħa għal offerti u li jipprevedi d-dekadenza tal-konċessjoni għall-ġestjoni tas-servizz tal-Lotto awtomatizzat u logħob numeriku ieħor bi kwota fissa:</HT></TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">f’kull tip ta’ reat li fir-rigward tiegħu hemm stipulata akkuża u li, minħabba n-natura tiegħu, il-gravità tiegħu, il-metodu ta’ twettiq tiegħu u l-konnessjoni tiegħu mal-attività li għaliha l-konċessjoni ngħatat, l-awtorità kontraenti tikkunsidra li tipprekludi lill-konċessjonarju milli jkollu l-affidabbiltà, il-professjonaliżmu u l-kwalità morali meħtieġa;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">jew jekk il-konċessjonarju jikser ir-regoli dwar il-prevenzjoni tal-logħob irregolari, illegali u bil-moħbi u, b’mod partikolari, fejn il-konċessjonarju stess, jew kumpannija kkontrollata minnu jew marbuta miegħu, tkun fejn tkun stabbilita, tikkummerċjalizza logħob ieħor komparabbli għal-Lotto awtomatizzat u logħob numeriku ieħor bi kwota fissa mingħajr ma jkollu l-liċenzja meħtieġa.</HT></P></ITEM></LIST></P><P><HT TYPE="BOLD">sakemm dawn il-klawżoli jkunu ġġustifikati, proporzjonati għall-għan segwit u konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza, u hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan fid-dawl tal-indikazzjonijiet li fiha din is-sentenza.</HT></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>