31980D0156



Official Journal L 033 , 11/02/1980 P. 0013 - 0014
Finnish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0045
Greek special edition: Chapter 01 Volume 2 P. 0142
Swedish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0045
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 2 P. 0100
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 2 P. 0100


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Jannar 1980

li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ tal-Qwiebel

(80/156/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-abbozz tad-Deċiżjoni ippreżentat mill-Kummissjoni,

Billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ġunju 1974 dwar r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta' provi oħra ta' kwalifiki formali, il-Kunsill iddikjara li huwa favur l-istabbiliment ta' kumitati konsultattivi;

Billi, fil-kunstest tar-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta' provi oħra ta' kwalifiki formali fil-professjoni tal-qwiebel, huwa importanti li jkun assigurat livell ta' standard għoli ta' taħriġ;

Billi, sabiex ssir kontribuzzjoni għall-kisba ta' dan il-għan, huwa prudenti li jkun stabbilit Kumitat Konsultattiv biex jagħti pariri lill-Kummissjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ tal-Qwiebel, minn issa ' quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", huwa b'dan stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni.

Artikolu 2

1. Id-doveri ta' dan il-Kumkitat huma li jgħin ħalli jkun assigurat tul il-Komunita kollha standard għoli fit-taħriġ tal-qwiebel.

2. Għandu jwettaq dan ix-xogħol partikolarment permezz tal-mezzi li ġejjin:

- l-iskambju ta' tagħrif komprrnsiv dwar il-metodi tat-taħriġ u l-kontenut, il-livell u l-istruttura tal-korsijiet teoretiċi u prattiċi kif iprovvduti fl-Istati Membri,

- id-diskussjoni u l-konsultazzjoni bil-għan li jkun żviluppat approċċ komuni għal-livell li għandu jinkiseb fit-taħriġ tal-qwiebel u, kif xieraq, għall-istruttura u l-kontenut ta' dan it-taħriġ,

- iżommu dejjem riveduti l-addattament tat-taħriġ imsemmi hawn fuq skond l-iżviluppi fil-prattika tal-professjoni tal-qwiebel, tax-xjenza medika u soċjali u tal-metodi tat-tagħlim.

3. Il-Kumitat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-opinjonijiet u r-rakkommandazzjonijiet tiegħu inklużi, meta jidhirlu xieraq, is-suġġerimenti għall-emendi li għandhom isiru għall-Artikoli li jirrigwardaw it-taħriġ tal-qwiebel fid-Direttivi 80/154/KEE [1] u 80/155/KEE [2].

4. Il-Kumitat għandu wkoll jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kull materja li l-Kummissjoni tista' tirreferilu dwar it-taħriġ tal-qwiebel.

Artikolu 3

1. Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn tliet esperti minn kull Stat Membru, kif ġej:

- espert mill-professjoni prattikanti,

- espert mill-istituzzjonijiet responsabbli mit-taħriġ tal-qwiebel,

- espert mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru.

2. Kull membru għandu jkollu sostitut. Is-sostituti jattendu l-laqgħat tal-Kumitat.

3. Il-membri u s-sostituti riferuti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu nominati mill-Istati Membri. Il-membri riferuti fl-ewwel u t-tieni inċiżi tal-paragrafu 1 u s-sostituti tagħhom għandhom jiġu nominati fuq proposti mill-professjoni prattikanti tal-qwiebel u mill-istuzzjonijiet responsabbli mit-taħriġ tal-qwiebel. Il-membri u s-sostituti hekk nominati għandhom jinħatru mill-Kunsill.

Artikolu 4

1. Iż-żmien tal-kariga tal-membri tal-Kumitat għandu jkun ta' tliet snin. Wara t-tmiem ta' dan il-perjodu taż-żmien il-membri tal-Kumitat għandhom iżommu l-kariga tagħhom sakemm jiġu mibdula jew sakemm il-ħatra tagħhom tiġġedded.

2. Iż-żmien tal-kariga ta' membru tista' tiġi mitmuma qabel ma jagħlaq il-perjodu taż-żmien ta' tliet snin b'riżenja jew b'mewt, jew billi jiġi mibdul b'persuna oħra b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 3. Din il-ħatra għandha tibqa' għall-bqija taż-żmien tal-kariga f'dak il-każ.

Artikolu 5

Il-Kumitat għandu jaħtar President u żewġ viċi-presidenti minn fost il-membri tiegħu. Għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. L-aġenda għal-laqgħat għandha titfassal mill-President tal-Kumitat b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

Artikolu 6

Il-kumitat jista' jistabbilixxi sotto-kumitati u jsejjaħ u jagħti permess sabiex osservaturi jew esperti jgħinuh dwar l-aspetti speċjali kollha tax-xogħol tiegħu.

Artikolu 7

Is-servizzi segretarjali tal-Kumitat għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Jannar 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Marcora

[1] ĠU L 33, tal-11.2.1980, p. 1.

[2] ĠU L 33, tal-11.2.1980, p. 8.

--------------------------------------------------