Official Journal L 031 , 02/02/1983 P. 0005 - 0006
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0013
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 27 P. 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0236
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0236
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 269/83 ta’ l-1 ta’ Frar 1983 li jemenda għar-raba’ darba r-Regolamenti (KEE) Nri 2191/81 u (KEE) Nru 2192/81 fejn jikkonċerna l-miżuri ta’ kontroll konnessi ma l-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt u mill-armati u forzi oħra simili ta’ l-Istati Membri IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1183/82 [2], u b’ mod partikulari Artikolu 12(3), Billi r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81 [3] u (KEE) Nru 2192/81 [4], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KEE) Nru 1333/82 [5], jipprovdu f’Artikoli 6 u 5 rispettivament il-frekwenzi tal-kontrolli in-konnessjoni mal-għajnuna li għaliha sar provvediment f’dawn ir-Regolamenti; billi dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu emendati sabiex jieħdu in-konsiderazzjoni r-rekwiżiti minimi dwar tali kontrolli, kif imwaqqfa fid-Direttiva tal-Kunsill 77/435/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1977 dwar l-eżami dettaljata mill-Istati Membri tat-transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Ewropew għal Gwida u Garanziji Agrikoli [6]; Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni Għal Ħalib u Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Artikolu 6 tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 2191/81 huwa mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha ta’ kontroll sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-aktar b’kontrolli fuq id-dokumenti kummerċjali u r-rekords dwar il-ħażna ta’ min jissupplixxi. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu implimentati skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/435/KEE [7]. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni: (a) fi żmien tliet xhur mill-proċedura dwar il-kontrolli adottati għall-butir fl-istadji differenti tal-marketing u l-miżuri li jkunu ttieħdu skond Artikolu 2(3)(a); (b) qabel l-għoxrin jum ta’ kull xahar, dwar il-kwantitajiet li matul ix-xahar ta’ qabel - ikunu nħarġu vouchers għalihom, - l-għajnuna li tkun tħallset." Artikolu 2 Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2192/81 huwa mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jibdew il-miżuri neċessarji kollha ta’ kontroll sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu mħarsa, l-aktar b’kontrolli fuq id-dokumenti kummerċjali u fuq r-rekords dwar il-ħażna ta’ min jissupplixxi. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu implimentati skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/435/KEE [8] Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni: (a) fi żmien tliet xhur dwar il-proċedura għall-kontrolli adottati għall-butir u l-istadji differenti tal-marketing u l-miżuri meħuda skond Artikolu 2(3)(a); (b) qabel l-għoxrin jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet għal-liema, matul ix-xahar ta’ qabel: - ikunu nħarġulhom vouchers, - l-għajnuna tkun tħallset." Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Frar 1983. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 140, ta’ l-20.5.1982, p. 1. [3] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 20. [4] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 24. [5] ĠU L 150, tad-29.5.1982, p. 78. [6] ĠU L 172, tat-12.7.1977, p. 17. [7] ĠU L 172, tat-12.7.1977, p. 17. [8] ĠU L 172, tat-12.7.1977, p. 17. --------------------------------------------------