European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1209

17.6.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1209

tat-12 ta’ Ġunju 2025

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju għal ftehim ta’ faċilitazzjoni tal-investiment sostenibbli

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim ta’ faċilitazzjoni tal-investiment sostenibbli mar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati għal ftehim ta’ faċilitazzjoni tal-investiment sostenibbli mar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju.

Il-Kummisjoni hija b’dan innominata bħala n-negozjatur tal-Unjoni.

Artikolu 2

In-negozjati għandhom isiru abbażi tad-direttivi ta’ negozjar tal-Kunsill stabbiliti fl-addendum għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

In-negozjati għandhom isiru f’konsultazzjoni mal-Grupp tal-Ħidma dwar l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku. Il-Kumitat tal-Politika Kummerċjali għandu jkun assoċjat.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BODNAR


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1209/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)