02007R1375 — MT — 07.03.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1375/2007 tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (ĠU L 307 24.11.2007, p. 5) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/337 tas-27 ta' Frar 2017 |
L 50 |
42 |
28.2.2017 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1375/2007
tat-23 ta’ Novembru 2007
dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika
(Verżjoni kodifikata)
Artikolu 1
1. Għandha ssir analiżi tal-laboratorju sabiex tikkontrolla l-konformità tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum importat fil-Komunità mill-USA permezz tal-kodiċi tan-NM 2309 90 20 bid-definizzjoni ta’ din il-kodiċi għat-tagħbijiet kollha bil-baħar mhux akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-Federal Grain Inspection Service (FGIS) u ċertifikat maħruġ mill-industrija Amerikana tat-tħin bit-tixrib kif iddikjarat fl-Anness I.
2. It-tagħbijiet bil-baħar mill-USA li jkunu akkumpanjati biż- żewġ ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 huma soġġetti għall-miżuri doganali tas-soltu dwar il-verifika ta’ l-importazzjoni.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni qabel l-aħħar ta’ kull xahar il-kwantitajiet u l-valur tal-prodotti importati permezz tal-kodiċi tan-NM 2309 90 20 matul ix-xahar ta’ qabel u akkumpanjati biċ-ċertifikat ta’ konformità msemmi fl-Artikolu 1(1).
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 2019/94 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/94 |
(ĠU L 203, 6.8.1994, p. 5) |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 396/96 |
(ĠU L 54, 5.3.1996, p. 22) |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2060/2002 (1) |
(ĠU L 317, 21.11.2002, p. 20). |
|
(1) Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2060/2002: “Ċertifikati maħruġin skond ir-Regolament (KE) Nru 2019/94 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi”. |
|
ANNESS III
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 2019/94 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
— |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
|
Anness |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |