|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2211 |
2.10.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2211
tal-1 ta’ Ottubru 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/165 fir-rigward tal-istandards armonizzati għas-sistemi ta’ refriġerazzjoni u għall-pompi tas-sħana, għat-tagħmir tal-LPG, għar-reċipjenti krijoġeniċi, u għall-iwweldjar u għall-ibbrejżjar, abbozzata b’appoġġ tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva, li huma konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jiġu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2024) 1241 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN, European Committee for Standardization) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għall-abbozzar ta’ standards armonizzati ġodda, għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti u għat-tlestija tal-ħidma fuq l-abbozzi tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE. |
|
(3) |
Abbażi ta’ dik it-talba, CEN irreveda u emenda l-istandards armonizzati li ġejjin: EN 10253-2:2021 dwar fittings tal-pajpijiet tal-iwweldjar tarf ma’ tarf. Dan irriżulta fl-istandard emendatorju li ġej: EN 10253-2:2021+A1:2025. Is-CEN irreveda u emenda wkoll l-istandard li ġej: EN 12392: 2016 + A1: 2022 dwar prodotti tal-aluminju maħdum u fondut. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard emendatorju EN 12392:2025. Barra minn hekk, is-CEN irreveda u emenda l-istandards EN 12953-2:2012, EN 12953-6:2011 u EN 12953-9:2007 dwar ix-shell boilers. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards emendatorji EN 12953-2:2025, EN 12953-6:2024 u EN 12953-9:2024. Is-CEN irreveda u emenda wkoll l-istandard li ġej: EN 13134:2000 dwar l-ibbrejżjar. Dan irriżulta fl-istandard emendatorju li ġej: EN ISO 17779:2025. Is-CEN irreveda u emenda wkoll l-istandard EN 13136:2013+A1:2018 dwar is-sistemi ta’ refriġerazzjoni u l-pompi tas-sħana, li rriżulta fl-adozzjoni tal-istandard emendatorju EN ISO 24664:2024. Is-CEN irreveda u emenda wkoll l-istandard li ġej: EN ISO 13585:2012 dwar l-ibbrejżjar. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard emendatorju li ġej: EN ISO 13585:2024. Is-CEN irreveda u emenda wkoll l-istandard li ġej: EN 14129:2014. Dan irriżulta fl-istandard emendatorju EN 14129:2024 dwar it-tagħmir u l-aċċessorji tal-LPG. Is-CEN irreveda u emenda wkoll l-istandard li ġej: EN 14222:2021. Dan irriżulta fl-istandard emendatorju EN 14222:2021+A1:2025 dwar il-bojlers tal-istim tal-azzar inossidabbli. Is-CEN irreveda u emenda EN 14585-1:2006 għall-assemblaġġi korrugati ta’ manki tal-metall. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard emendatorju EN 14585:2024. Is-CEN irreveda u emenda l-istandard li ġej: EN 14917:2021 dwar il-ġonot għall-espansjoni tal-imniefaħ tal-metall. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard emendatorju EN 14917:2021+A1:2026. Is-CEN emenda wkoll EN ISO 15493:2003/A1:2017. Dan irriżulta fl-istandard emendatorju EN 15493:2003/A11:2025. Is-CEN irreveda u emenda wkoll l-istandard li ġej: EN ISO 15613:2004. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard emendatorju EN ISO 15613:2025. Is-CEN irreveda u emenda EN ISO 15614-5:2004 dwar il-proċeduri tal-iwweldjar. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard emendatorju li ġej: EN ISO 15614-5:2024. Is-CEN irreveda u emenda wkoll l-istandard li ġej: EN ISO 15614-11:2002 dwar il-proċeduri tal-iwweldjar. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard emendatorju EN ISO 15614-11:2025. Is-CEN irreveda u emenda l-istandard EN ISO 21009-2:2015 dwar ir-reċipjenti krijoġeniċi. Dan irriżulta fl-istandard emendatorju EN ISO 21009-2:2024. Is-CEN emenda l-istandard EN 21922:2021 dwar is-sistemi ta’ refriġerazzjoni u l-pompi tas-sħana, li rriżulta fl-istandard emendatorju EN ISO 21922:2021/A1:2024. Is-CEN lesta l-istandard EN 14071:2024 dwar it-tagħmir tal-LPG. Fl-aħħar nett, is-CEN lesta l-istandard EN ISO 14732:2025 dwar il-persunal tal-iwweldjar. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dawk l-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif abbozzati, emendati jew riveduti mis-CEN, jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2024) 1241. |
|
(5) |
L-istandards armonizzati li ġejjin jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru, u li huma stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2014/68/UE: EN 10253-2:2021+A1:2025, EN 12392:2025, EN 12953-2:2025, EN 12953-9:2024, EN ISO 17779:2025, EN ISO 24664:2024, EN ISO 13585:2024, EN 14129:2024, EN 14222:2021+A1:2025, EN 14585:2024, EN 14917:2021+A1:2026, EN ISO 15493:2003/A11:2025, EN ISO 15613:2025, EN ISO 15614-5:2024, EN ISO 15614-11:2025, EN ISO 21009-2:2024, EN ISO 21922:2021/A1:2024, EN 14071:2024, EN ISO 14732:2025. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummssjoni (UE) 2025/165 (4) jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/68/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 10253-2:2021+A1:2025, EN 12392:2025, EN 12953-2:2025, EN 12953-6:2024, EN 12953-9:2024, EN ISO 17779:2025, EN ISO 24664:2024, EN ISO 13585:2024, EN 14129:2024, EN 14222:2021+A1:2025, EN 14585:2024, EN 14917:2021+A1:2026, EN ISO 15493:2003/A11:2025, EN ISO 15613:2025, EN ISO 15614-5:2024, EN ISO 15614-11:2025, EN ISO 21009-2:2024, EN ISO 21922:2021/A1:2024, EN 14071:2024, EN ISO 14732:2025 jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(7) |
Jeħtieġ li jiġu rtirati mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 10253-2:2021, EN 12392:2016+A1:2022, EN 12953-2:2012, EN 12953-6:2011, EN 12953-9:2007, EN 13134:2000, EN 13136:2013+A1:2018, EN ISO 13585:2012, EN 14129:2014, EN 14222:2021, EN 14585-1:2006, EN 14917:2021, EN ISO 15493:2003 flimkien ma’ kwalunkwe referenza għal standards emendatorji jew ta’ korrezzjoni tagħhom, EN ISO 15613:2004, EN ISO 15614-5:2004, EN ISO 15614-11:2002, EN ISO 21009-2:2015, EN ISO 21922:2021 flimkien ma’ kwalunkwe referenza għal standards emendatorji jew ta’ korrezzjoni tagħhom, peress li dawn ġew riveduti. Għalhekk, jixraq li dawn ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/165. |
|
(8) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet riveduti tal-istandards armonizzati EN 10253-2:2021, EN 12392:2016+A1:2022, EN 12953-2:2012, EN 12953-6:2011, EN 12953-9:2007, EN 13134:2000, EN 13136:2013+A1:2018, EN ISO 13585:2012, EN 14129:2014, EN 14222:2021, EN 14585-1:2006, EN 14917:2021, EN ISO 15493:2003, EN ISO 15613:2004, EN ISO 15614-5:2004, EN ISO 15614-11:2002, EN ISO 21009-2:2015 u EN ISO 21922:2021, huwa neċessarju li l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġi differit. |
|
(9) |
L-istandard armonizzat EN 12953-6:2024 dwar ir-rekwiżiti għat-tagħmir tekniku tax-shell boilers jissodisfa diversi rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri, iżda fih nuqqasijiet tekniċi fir-rigward tar-rekwiżiti għall-metodu tat-tħaddim tal-apparat tal-pressjoni, il-qbiż tal-limiti permissibbli, id-disinn u l-kostruzzjoni tal-aċċessorji tas-sikurezza u l-protezzjoni mir-riskju ta’ tisħin żejjed. Għalhekk jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni korrispondenti. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/165 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(11) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/165 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 1 tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika mit-2 ta’ April 2028.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/68/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2024) 1241 final tal-1 ta’ Marzu 2024 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward l-apparat u l-assemblaġġi ta’ pressjoni b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/165 tat-30 ta’ Jannar 2025 dwar l-istandards armonizzati għall-apparat ta’ pressjoni abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/165, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/165/oj).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/165 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Ir-ringieli 69, 82, 109, 113, 116, 122, 123, 146, 155, 159, 166, 167, 169, 171, 175, 179, 190 u 195 jitħassru; |
|
(2) |
jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin f’ordni sekwenzjali:
|
|
(3) |
jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2211/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)