|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4640 |
31.8.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12592 – IBERDROLA / CARUNA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/4640)
1.
Fil-21 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Iberdrola Energía Internacional, S.A.U. (“Iberdrola Energía Internacional”, Spanja), ikkontrollata minn Iberdrola, S.A. (“Iberdrola Group”, Spanja), |
|
— |
Caruna Networks Oy (“Caruna”, il-Finlandja), li bħalissa fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata b’mod konġunt mill-Ontario Teachers’ Pension Plan Board (il-Kanada) u KKR & Co. Inc. (l-Istati Uniti). |
Iberdrola Energía Internacional se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Caruna kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni se titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Iberdrola Energía Internacional tikkonsolida l-preżenza tal-Grupp Iberdrola fi swieq ewlenin barra mill-oqsma ewlenin tal-operat tal-Grupp Iberdrola. Hija attiva prinċipalment fl-Ewropa (minbarra r-Renju Unit u Spanja). Iberdrola Group huwa attiv fil-ġenerazzjoni tal-elettriku, fix-xiri u l-bejgħ tal-elettriku u l-gass fis-swieq bl-ingrossa, fit-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, fil-provvista bl-imnut tal-elettriku, il-gass u servizzi tal-enerġija relatati, u attivitajiet oħra prinċipalment marbuta mas-settur tal-enerġija. Iberdrola Group huwa attiv l-aktar fi Spanja, fi Stati Membri oħra tal-UE, fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti u fil-Brażil, |
|
— |
Caruna hija operatur ta’ sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku attiva fit-tħaddim u fl-iżvilupp ta’ ċerti networks ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fil-Finlandja. Hija topera fin-Nofsinhar, fil-Lbiċ u fil-Punent tal-Finlandja, kif ukoll fil-belt ta’ Joensuu, is-subreġjun ta’ Koillismaa u Satakunta. Minbarra d-distribuzzjoni tal-elettriku, Caruna tagħmel manutenzjoni, issewwi u tibni networks tal-elettriku f’dawn iż-żoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12592 – IBERDROLA / CARUNA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4640/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)